Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31984R1262

    Ir-Regolament tal-kunsill (KEE) Nru 1262/84 ta' l-10 ta' April 1984 li jikkonċerna l-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali fuq l-Armonizzazzjoni ta' Kontrolli tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri

    ĠU L 126, 12.5.1984, p. 1–2 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1984/1262/oj

    Related international agreement

    31984R1262



    Official Journal L 126 , 12/05/1984 P. 0001 - 0002
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0114
    Spanish special edition: Chapter 02 Volume 10 P. 0228
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0114
    Portuguese special edition Chapter 02 Volume 10 P. 0228


    Ir-Regolament tal-kunsill (KEE) Nru 1262/84

    ta' l-10 ta' April 1984

    li jikkonċerna l-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali fuq l-Armonizzazzjoni ta' Kontrolli tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

    Billi l-Konvenzjoni Internazzjonali fuq l-Armonizzazzjoni ta' Kontrolli tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri, konkluża f'Ġinevra fil-21 ta' Ottubru 1982, tintroduċi disposizzjonijiet maħsuba biex jiffaċilitaw il-moviment internazzjonali ta' merkanzija, biex tikkontribwixxi għat-tneħħija kontinwa ta' ostakli għall-kummerċ u biex tippromwovi l-iżvilupp ta' kummerċ dinji, b’hekk tilħaq għanijiet konsistenti ma’ dawk tal-politika kummerċjali tal-Komunità Ekonomika Ewropea;

    Billi l-Konvenzjoni, minn naħa waħda tippermetti l-Komunità fost l-oħrajn biex tapplika l-leġislazzjoni proprja tagħha fuq kontrolli li jsiru fuq il-fruntieri interni u, mill-banda l-oħra, f'dak li jirrigwardja kontestazzjonijiet fil-kompetenzi tagħha, li teserċita f'isimha d-drittijiet u li taderixxi r-responsabbilitajiet li l-Konvenzjoni msemmija tagħti lill-Istati Membri tagħha li huma Partijiet Kontraenti hekk imsemmi;

    Billi l-Konvenzjoni Internazzjonali fuq l-Armonizzazzjoni ta' Kontrolli tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri għandha għalhekk tiġi approvata f'isem il-Komunità,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Konvenzjoni Internazzjonali fuq l-Armonizzazzjoni ta' Kontrolli tal-Merkanzija fuq il-Fruntieri hawnhekk qed tiġi approvata f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea.

    Il-Komunità għandha tapplika l-Konvenzjoni għall-kontrolli li jsiru fuq il-fruntieri esterni tagħha skond l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni.

    It-test tal-Konvenzjoni huwa anness ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat jiddepożita, f'isem il-Komunità, l-istrument ta' ratifikazzjoni skond l-Artikolu 16(3)(a) tal-Konvenzjoni [3].

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fl-10 ta' April 1984.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    C. Cheysson

    [1] ĠU C 46, ta' l-20.2.1984, pġ. 113.

    [2] ĠU C 35, tad-9.2.1984, pġ. 3.

    [3] Id-data ta' meta l-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ għandha tiġi ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat tal-Kunsill Ġenerali.

    --------------------------------------------------

    Top