EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31983D0653

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1983 fuq l-allokazzjoni tal-possibilitajiet ta' qbid ta' l-aringi fil-Baħar tat-Tramuntana sa' mill-1 ta' Jannar 1984

ĠU L 371, 31.12.1983, p. 39–40 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/01/1998

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1983/653/oj

31983D0653



Official Journal L 371 , 31/12/1983 P. 0039 - 0040
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0124
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 2 P. 0258
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 1 P. 0124
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 2 P. 0258


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-20 ta' Diċembru 1983

fuq l-allokazzjoni tal-possibilitajiet ta' qbid ta' l-aringi fil-Baħar tat-Tramuntana sa' mill-1 ta' Jannar 1984

(83/653/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 170/83 tal-25 ta' Jannar 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja għall-konservazzjoni u l-immaniġjar tar-riżorsi ta'l-industrija tas-sajd [1], u b'mod partikulari l-Artikolu 4(1) u 11 tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi r-riforniment tal-popolazzjoni ta'l-aringi fil-Baħar tat-Tramuntana jippermetti li jinbeda mill-ġdid is-sajd għall-din l-ispeċi;

Billi, sabiex is-sajjieda ta'l-aringi jkunu jistgħu jorganizzaw is-sajd tagħhom fuq bażi stabbli, għandhom jiġu addottati regoli fuq id-distribuzzjoni ta' din il-ħażna fuq il-bażi ta' l-iżviluppp tagħhom,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-possibilitajiet ta' qbid ta' aringi fil-Baħar tat-Tramuntana għandhom jiġu allokati skond it-tabella annessa ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-20 ta' Diċembru 1983.

F'isem il-Kunsill

Il-President

N. Akritidis

[1] ĠU L 24, tas-27.1.1983, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

| D | F | NL | B | RU | DK |

Għall-sehem Komunitarju ta' 155000 tunnellata | 13,3 | 13,8 | 27,6 | 7100 tunnellata | 24,15 | 21,15 |

Għall-sehem Komunitarju ta' 251000 tunnellata | 15,0 | 12,0 | 27,0 | 6000 tunnellata + 1 % | 23,0 | 22,0 |

Allokazzjoni ta' kwantitajiet ‘l fuq minn 251000 tunnellata | 17,5 | 8,5 | 20,5 | 1,0 | 17,5 | 35,0 |

Għall-ishma Komunitarji bejn il-155000 u l-251000 tunnellata, l-allokazzjoni ssir skond il-punti fuq grafiċi ta' linja dritta korrispondenti.

--------------------------------------------------

Top