This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 31982D0734
82/734/EEC: Council Decision of 18 October 1982 on the list of establishments in the Swiss Confederation approved for the purposes of exporting fresh meat to the Community
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ottubru 1982 dwar il-lista ta' stabbilimenti fil-Konfederazzjoni Svizzera approvata għall-iskopijiet ta' l-esportazzjoni ta' laħam frisk lejn il-Komunità
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ottubru 1982 dwar il-lista ta' stabbilimenti fil-Konfederazzjoni Svizzera approvata għall-iskopijiet ta' l-esportazzjoni ta' laħam frisk lejn il-Komunità
ĠU L 311, 8.11.1982, p. 13–15
(DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 05/12/1991
Official Journal L 311 , 08/11/1982 P. 0013 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0170
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 26 P. 0109
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 15 P. 0170
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 26 P. 0109
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Ottubru 1982 dwar il-lista ta' stabbilimenti fil-Konfederazzjoni Svizzera approvata għall-iskopijiet ta' l-esportazzjoni ta' laħam frisk lejn il-Komunità (82/734/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 dwar problemi tas-saħħa u veterinarji meta jiġu importati annimali tal-fart u laħam tal-majjali u frisk minn pajjiżi terzi [1], u partikolarment l-Artikoli 4(1) u 18(1)(a) u (b) tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi stabbilimenti f'pajjiżi terzi ma jistgħux jiġu awtorizzati li jesportaw laħam frisk lejn il-Komunità jekk ma jilħqux il-kondizzjonijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fid-Direttiva 72/462/KEE; Billi l-Isvizzera bagħtet, skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, lista ta' l-istabbilimenti awtorizzati li jesportaw laħam frisk lejn il-Komunità; Billi ż-żjarat fuq il-post mill-Komunità wrew li l-istandard ta' l-iġjene ta' ħafna minn dawn l-istabbilimenti huma suffiċjenti u għalhekk jistgħu jiġu nklużi fil-lista ewlenija, stabbilita skond l-Artikolu 4(1) tal-imsemmija Direttiva, ta' stabbilimenti li minnhom tista’ tiġi awtorizzata l-importazzjoni ta' laħam frisk; Billi fill-każ ta' stabbilimentii oħrajn proposti mill-Isvizzera għandha terġa’ tkun eżaminata mill-ġdid fuq il-bażi ta' l-informazzjoni l-oħra dwar l-istandard tagħhom ta' l-iġjene u l-abilità tagħhom li jaddattaw ruħhom malajr għar-regoli tal-Komunità; Billi, sadanittant u sabiex tiġi evitata interruzzjoni f'daqqa tat-tmexxija tal-kummerċ eżistenti, dawn l-istabbilimenti jistgħu jiġu awtorizzati temporanjament li jkomplu l-esportazzjonijiet tagħhom ta' laħam frisk f'dawk l-Istati Membri li huma ppreparati li jaċċettawhom; Billi għalhekk ikun neċesarju li jerġa jiġi eżaminat mill-ġdid u, jekk meħtieg, tiġi emendata din id-Deċiżjoni; Billi, dwar il-każ partikolari ta' mħażen tas-silġ, l-istandard Komunitarji li għandhom jintlaħqu huma bħalissa għaddejjin minn xi aġġustamenti, li l-forma finali tagħhom bħalissa għadha ma tistax tiġi prevista b’ mod ċar; billi, konsegwentement huwa meħtieġ li din il-materja tinżamm ftit lura u jitħallew għal data aktar tard id-deċiżjonijiet kollha dwar dawn l-istabbilimenti; Billi għandu jiġi miftakar li l-importazzjoni tal-laħam frisk hija suġġett ukoll għal regoli veterinarji oħrajn tal-Komunità, partikolarment dwar il-ħtiġiet ta' protezzjoni tas-saħħa, inklużi d-dispożizzjonijiet speċjali għad-Danimarka, l-Irlanda, u r-Renju Unit; Billi l-kondizzjonijiet dwar l-importazzjoni ta' laħam frisk minn stabbilimenti li jidhru fl-Anness jibqgħu bla ħsara għal dispożizzjonijiet veterinarji stabbiliti u għad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat; billi, partikolarment, l-importazzjoni minn pajjiżi terzi u l-esportazzjoni mill-ġdid lejn l-Istati Membri l-oħrajn ta' xi kategoriji ta' laħam, bħal biċċiet li jiżnu anqas minn 3 kg, jew laħam li fih residwi ta' xi sustamzi, li għadhom mhumiex koperti mir-regoli armonizzati tal-Komunità, jibgħu bla ħsara għall-leġislazzjoni tas-saħħa tal-Istat Membru li jimporta; Billi, fin-nuqqas ta' opinjoni favorevoli mill-Kumitat Permanenti Veterinarju, il-Kummissjoni ma tistax tadotta l-miżuri li ħasbet fihom fuq dan is-suġġett skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 72/462/KEE, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: L-Artikolu 1 1. L-istabbilimenti fl-Isvizzera elenkati fl-Anness huma b'dan approvati għall-iskopijiet ta' l-esportazzjoni ta' laħam frisk lejn il-Komunità. 2. L-importazzjoni ta' laħam frisk mill-istabbilimenti msemmija fil-paragrafu 1 jibqgħu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet veterinarji tal-Komunità kif stabbiliti, partikolarment dawk dwar il-ħtiġiet għall-ħarsien tas-saħħa. L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjonijiet ta' laħam frisk minn stabbilimenti oħrajn minbarra dawk elenkati fl-Anness. 2. Il-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tgħodd biss mill-1 ta' Awissu 1983 għall-istabbilimenti li mhumiex elenkati f'dan l-Anness iżda li ġew approvati u uffiċjalment proposti mill-awtoritajiet Svizzeri mill-1 ta' Jannar 1982 skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 72/462/KEE, kemm-il darba ma titteħiedx deċiżjoni bil-kuntrarju skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva msemmija qabel l-1 ta' Awissu 1983. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lista ta' dawn l-istabbilimenti lill-Istati Membri. L-Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tkun tapplika mill-1 ta' Jannar 1983. L-Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta u jekk meħtieġ emendata qabel l-1 ta' Marzu 1983. L-Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fit-18 ta' Ottubru 1982. Għall-Kunsill Il-President N. A. Kofoed [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28. -------------------------------------------------- L-ANNESS LISTA TA' STABBILIMENTI ELENKATI FL-ARTIKOLU 1 Nru ta’ l-approvazzjoni | Stabbiliment | Indirizz | I.LAĦAM TA’ L-IFRAT A.Biċċeriji u postijiet tat-tqattigħ A 115 — C 227 | Gustav Spiess | 9442 Berneck | A 145 — C 267 | Grieder AG | 4702 Önsingen | B.Biċċeriji A 102 | Städtischer Schlachthof | 3014 Bern | A 103 | Städtischer Schlachthof | 4000 Basel 25 | A 107 | Städtischer Schlachthof | 9015 St. Gallen | A 117 | Abattoir municipal de Genève | 1227 Carouge | A 124 | Braunwalder AG | 5610 Wohlen | A 147 | Städtischer Schlachthof Luzern | 6010 Kriens | A 155 | FF Frischfleisch AG | 6210 Sursee | II.LAĦAM TAL-MAJJALI A.Biċċeriji u postijiet tat-tqattigħ A 110 — C 250 | Gebr. Kunz, Fleisch- und Wurst Produktion AG | 8865 Bilten | A 115 — C 227 | Gustav Spiess | 9442 Berneck | A 145 — C 267 | Grieder AG | 4702 Önsingen | B.Biċċeriji A 102 | Städtischer Schlachthof | 3014 Bern | A 103 | Städtischer Schlachthof | 4000 Basel 25 | A 107 | Städtischer Schlachthof | 9015 St. Gallen | A 124 | Braunwalder AG | 5610 Wohlen | A 130 | Abattoir municipal de Lausanne | 1008 Prilly | A 136 | Micarna AG | 9602 Bazenheid | A 147 | Städtischer Schlachthof Luzern | 6010 Kriens | A 155 | FF Frischfleisch AG | 6210 Sursee | --------------------------------------------------