EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31981R1292

Ir-regolament tal-kummissjoni (KEE) Nru 1292/81 tat-12 ta' Mejju 1981 li jippreskrivi l-istandards tal-kwalità għall-kurrat, il-brunġiel u l-qargħa bagħli żġħir

ĠU L 129, 15.5.1981, p. 38–47 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32008R1221

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1981/1292/oj

31981R1292



Official Journal L 129 , 15/05/1981 P. 0038 - 0047
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0067
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 21 P. 0199
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 13 P. 0067
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 21 P. 0199


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1292/81

tat-12 ta' Mejju 1981

li jippreskrivi l-istandards tal-kwalità għall-kurrat, il-brunġiel u l-qargħa bagħli żġħir

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta' Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u ħxejjex [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1116/81 [2], u b'mod partikolari Artikolu 2(2) tiegħu,

Billi r-Regolament (KEE) Nru 1208/79 [3] u r-Regolament (KEE) Nru 1315/80 [4] żied il-kurrat, il-brunġiel u l-qargħa bagħli żgħir rispettivament ma’ Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 li jelenka l-prodotti għall-kunsinna friska lill-konsumatur li huma koperti minn standards ta' kwalità;

Billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġu preskritti dawn l-istandards ta' kwalità għal dawn il-prodotti;

Billi l-istandards għandhom japplikaw fl-istadji kollha ta' marketing; billi t-trasport fuq distanza twila, il-ħażna għal ċertu tul ta' żmien jew id-diversi operazzjonijiet ta' tbagħbis bl-idejn li għalihom ikunu suġġetti l-prodotti jistgħu jġibu d-deterjorazzjoni minħabba l-iżvilupp bijoloġiku tal-prodotti jew it-tendenza tagħhom li jmorru; billi, għalhekk, trid titqies din id-deterjorazzjoni meta jiġu applikati l-istandards fl-istadji tal-marketing wara d-dispaċċ;

Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Frott u l-Ħxejjex,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. L-istandards ta' kwalità għall-kurrat (subintestatura ex 07.01 IJ tat-Tariffa Doganali Komuni) u l-brunġiel u l-qargħa bagħli żgħir (subintestaturi ex 07.01 T tat-Tariffa Doganali Komuni huma rispettivament preskritti f'Annessi I, II u III ta' dan ir-Regolament.

2. Dawk l-istandards għandhom japplikaw fl-istadji kollha tal-marketing, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 1035/72.

Madankollu, fl-istadji ta' wara d-dispaċċ, il-prodott jista’ juri, relattivament għall-istandards preskritti,

- freskezza mnaqqsa u nefħa, u/jew

- daqsxejn deterjorazzjoni minħabba l-iżvilupp tagħhom u t-tendenza tagħhom li jidbielu.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara li jiġi ppubblikat fl-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b'effett minn:

- l-1 ta' Awissu 1981 għall-kurrat,

- l-1 ta' Lulju 1981 għall-brunġiel u l-qargħa bagħli żgħir.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Mejju 1981.

Għall-Kummissjoni

Poul Dalsager

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1.

[2] ĠU L 118, tat-30.4.1981, p. 1.

[3] ĠU L 153, tal-21.6.1979, p. 1.

[4] ĠU L 134, tal-31.5.1980, p. 20.

--------------------------------------------------

ANNESS I

STANDARDS TA' KWALITÀ GĦALL-KURRAT

I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTTI

Dan l-istandard japplika għall-kurrat tal-varjetajiet (cultivars) imkabbrin mill-Allium porrum L., li għandhom jingħataw friski lill-konsumatur, għajr il-kurrat għall-ipproċessar industrijali.

II. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan ta' l-istandard huwa li jfisser il-ħtiġijet tal-kwalità tal-kurrat wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A. Ħtiġijet minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi li huma permessi, il-kurrat għandu jkun:

- sħiħ (din il-ħtieġa ma tapplikax, madankollu, għall-għeruq u truf tal-weraq, li jistgħu jinqatgħu),

- frisk fid-dehra, bil-weraq li jkunu dbielu jew nixfu imneħħijin,

- ma wasalx għaż-żerriegħa (bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi III),

- b'saħħtu: il-prodott milqut minn taħsir jew deterjorament li jagħmlu mhux tajjeb għall-ikel huwa eskluż,

- nadif, prattikament ħieles minn materja barranija li tidher; madankollu, l-għeruq jista' jkollhom il-ħamrija mwaħħla magħhom,

- ħieles minn umdità esterna mhux normali, i.e., adegwatament "imnixxef" jekk kien maħsul,

- ħieles minn irwejjaħ barranin u/jew togħma.

Meta bil-weraq, dawn iridu jinqatgħu pulit.

L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-kurrat għandu jkun hekk li jkun jista:

- jiflaħ għat-trasport u t-tbagħbis bl-idejn, u

- jasal f'kondizzjoni tajba fil-post destinatarju.

B. Klassifika

Il-kurrat huwa klassifikat fi tliet klassijiet kif definit hawn taħt:

(i) Klassi I

Il-kurrat f'din il-klassi għandu jkun ta' kwalità tajba. Madankollu, jista' jkollu difetti superfiċjali żgħar, basta li dawn ma jtellfux mid-dehra ġenerali, mill-kwalità, mil-kwalitajiet li jżomuh tajjeb jew mid-dehra tal-prodott.

Il-parti l-bajda tal-kurrat għandha mill-inqas tirrappreżenta terz tat-tul kollu jew nofs il-parti mgħottija.

(ii) Klassi II

Din il-klassi hi magħmula minn kurrat li ma jikkwalifikax għal inklużjoni fil-Klassi I imma li jissodisfa l-ħtiġijet minimi speċifikati hawn fuq.

Il-parti l-bajda tal-kurrat għandha mill-inqas tirrappreżenta kwart tat-tul kollu jew terz tal-parti mgħottija.

(iii) Klassi III [1]

Din il-klassi tiġbor fiha l-kurrat li ma jikkwalifikax għal inklużjoni fi klassijiet iktar għolja imma li jissodisfa l-ħtiġijet għall-Klassi II.

Madankollu, jista' juri:

- zokk bil-fjur, jekk dan ma jnaqqasx mill-edibilità tal-prodott,

- difetti ta' kuluri u tbenġil żgħir,

- traċċi ta' sadid,

- traċċi żgħar ta' ħamrija.

III. DISPOSIZZJONIJIET DWAR DAQS

(i) Id-daqs għandu jkun stabbilit bid-dijametru mkejjel b'angoli retti ma' l-assi ta' fuq in-nefħa ta' l-għonq.

L-inqas dijametru huwa dak fiss ta' 10 mm.

(ii) Għall-Klassi I, id-dijametru ta' l-ikbar kurrat fl-istess qatta jew pakkett ma għandux ikun iżjed minn darbtejn tad-dijametru ta' l-iżgħar waħda.

IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR TOLLERANZI

It-tolleranzi li ġejjin dwar kwalità u daqs huma permessi għal prodotti li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-klassi indikata f'kull pakkett.

A. Tolleranzi ta' kwalità

(i) Klassi I

10 % fin-numru jew bil-piż tal-kurrat li ma jissodisfax il-ħtiġijet għall-klassi, imma li jissodisfa dawk ta' Klassi II jew, bħala eċċezzjoni, li jaqa' fil-limitu tat-tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii) Klassi II

10 % fin-numru jew bil-piż tal-kurrat li ma jissodisfax il-ħtiġijiet la tal-klassi lanqas dawk minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti milqutin minn tħassir, tbenġil ċar jew xi deterjorazzjoni li jagħmluh mhux tajjeb għall-ikel.

(iii) Klassi III

15 % fin-numru jew bil-piż tal-kurrat li ma jissodisfax la l-ħtiġijiet tal-klassi u lanqas il-ħtiġijiet minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti milqutin minn tħassir, tbenġil ċar jew xi deterjorazzjoni oħra li jagħmluh mhux tajjeb għall-ikel.

B. Tolleranzi ta' daqs

Għall-klassijiet kollha, 10 % fin-numru jew bil-piż tal-kurrat li ma jkunx konformi mal-ħtieġa ta' dijametru minimu jew, fil-każ ta' kurrat tal-Klassi I, il-ħtieġa ta' uniformità.

V. DISPOSIZZJONIJIET DWAR PREŻENTAZZJONI

A. Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett, jew kull qatta fl-istess pakkett, għandu jkun uniformi u jkun fih kurrat biss ta' l-istess oriġini, kwalità jew daqs (meta, għal dan il-kriterju, l-uniformità hija preskritta), u fil-biċċa l-kbira ta' l-istess żvilupp u kulur.

Fil-każ tal-Klassi III, huwa biżżejjed illi l-oriġini tkun uniformi.

Il-parti li tidher tal-kontenut ta' kull pakkett jew qatta għandha tirrappreżenta l-kontenut kollu kemm hu.

B. Preżentazzjoni

Il-kurrat jista' jiġi ppreżentat kif ġej:

- f'arranġament b'ordni fil-pakkett,

- jew f'qatet, kemm f'pakkett u kemm le..

Ċ. Ippakkjar

Il-kurrat għandu jkun ippakkjat b' mod li jipproteġi l-prodott kif jixraq.

Il-materjali wżati ġol-pakkett għandhom ikunu ġodda, indaf u ta' kwalità li ma jikkawżawx xi ħsara minn barra jew minn ġewwa lill-prodott. L-użu ta' materjal, u b'mod partikolari ta' karti jew bolol li jkollhom speċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess basta li l-stampar u t-tikkettjar ikun sar b'linka jew kolla mhux tossika.

Il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kull materja barranija.

VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett, jew kull qatta kunsinnata b'volum, għandu jkollhom id-dettalji li ġejjin li jistgħu jinqraw u mmarkati b'mod li ma jitħassarx u jidhru minn barra.

A. Identifikazzjonidak li jagħmel l-ippakkeġġar

u/jew | isem u indirizz jew marka ta' kodiċi uffiċjalment maħruġa |

jew aċċettata |

il-kunsinnatur |

B. Natura tal-prodotti

- "Kurrat", jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra.

Ċ. Oriġini tal-prodott

- pajjiż ta' l-oriġini u, jekk wieħed irid, id-distrett fejn tkabbar jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew tal-post lokali.

D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali

- klassi,

- numru ta' qatet (għal kurrat ippakkjat f'qatet u fil-kaxxi).

E. Marka ta' kontroll uffiċjali (mhux obbligatorja)

Meta l-kurrat ikun ippakkjat, dawn id-dettalji għandhom jinġabru fl-istess naħa.

[1] Klassi addizzjonali kif previst f'Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72. L-applikazzjoni ta' din il-klassi ta' kwalitàjew ta' ftit mill-ħtiġijet tagħha għandha tkun bla ħsara għal xi deċiżjoni li tittieħed taħt Artikolu 4(1) ta' l-istess Regolament.

--------------------------------------------------

ANNESS II

STANDARDS TA' KWALITÀ GĦALL-BRUNĠIEL

I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTTI

Dan l-istandard japplika għal brunġiel, frott tal-varjetajiet (cultivars) imkabbrin mis-Solanum melongena L. var. esculentum, insanum u ovigerum, li għandhom jingħataw friski lill-konsumatur, għajr brunġiel għall-ipproċessar industrijali.

Skond il-forma tagħhom, issir distinzjoni bejn:

- brunġiel tawwali,

- brunġiel globus.

II. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITÀ

L-għan ta' l-istandard huwa li jfisser il-ħtiġijet fil-kwalità tal-brunġiel wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A. Ħtiġijet minimi

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi li huma permessi, il-brunġiel għandu jkun:

- sħiħ,

- frisk fid-deħra,

- sod,

- b'saħħtu; il-prodott milqut minn taħsir jew deterjorament li ma jkunx tajjeb għall-konsum huwa eskluż,

- nadif, ħieles prattikament minn kull materja barranija li tidher,

- għadu bil-buttun u l-pedunkulu li jista' kollhom xi ħsara ħafifa,

- misjur biżżejjed, mingħajr ma jkollu laħmu fibruż jew iebes u mingħajr żvilupp żejjed taż-żrieragħ (bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali tal-Klassi III),

- ħieles minn umdità minn barra li mhix normali,

- ħieles minn xi riħa barranija u/jew togħma.

L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-brunġiel għandu jkun hekk li jagħmlu:

- jiflaħ għat-trasport u t-tbagħbis bl-idejn, u

- jasal f'kondizzjoni tajba fil-post destinatarju.

B. Klassifikazzjoni

Il-brunġiel hu klassifikat fi tliet klassijiet kif definit hawn taħt:

(i) Klassi I

Brunġiel f'din il-klassi għandu jkun ta' kwalità tajba u għandu jkollu l-karatteristiċi tal-varjetà. Għandu jkun ukoll prattikament ħieles minn ħruq tax-xemx. Jista, madankollu, juri d-difetti superfiċjali żgħar li ġejjin, basta li dawn ma jgħarrqux id-dehra ġenerali, il-kwalità, il-ħarsien jew il-preżentazzjoni tal-prodott:

- difett żgħir fil-forma,

- tibdil żgħir fil-lewn fil-bażi,

- tbenġil żgħir u/jew xquq żgħar li għalqu basta li ma jkoprux iżjed minn 3 ċm2.

(ii) Klassi II

Din il-klassi hi magħmula minn brunġiel li ma jikkwalifikax għal inklużjoni fil-Klassi I iżda li jissodisfa l-ħtiġijiet minimi speċifikati hawn fuq. Sakemm iżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu ta' kwalità u preżentazzjoni, jista' juri d-difetti li ġejjin:

- difetti fil-forma,

- difetti fil-lewn,

- ftit tixwit tax-xemx basta li dan ma jkoprix iżjed minn 4 ċm2,

- difetti ta' nixfa żgħira u superfiċjali basta li dawn ma jkoprux iżjed minn 4 ċm2.

(iii) Klassi III [1]

Din il-klassi hi magħmula minn brunġiel li ma jikkwalifikax għall- inklużjoni fl-għola klassijiet imma li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Klassi II.

Madankollu, jista:

- ikun ftit fibruż,

- juri żvilupp konsiderevoli taż-żerriegħa,

- juri tixwit tax-xemx basta li dan ma jkoprix iżjed minn 6 ċm2,

- juri difetti żgħar u mfejqa ta' nixfa superfiċjali basta li dawn ma jkoprux iżjed minn 6 ċm2.

III. DISPOSIZZJONIJIET DWAR DAQS

Id-daqs tal-brunġiel huwa stabbilit:

- jew bid-dijametru massimu tas-sezzjoni ekwatorjali fuq l-assi lonġitudinali,

- jew bil-piż.

A. Għad-daqs bid-dijametru id-dijametru minimu huwa ffissat għal 40 mm għal brunġiel tawwali u għal 70 mm għal brunġiel globus.

Id-differenza bejn l-iżgħar u l-ikbar brunġiel fl-istess pakkett m'għandhiex teċċedi:

- 20 mm għal brunġiel tawwali,

- 25 mm għal brunġiel globus.

B. Għad-daqs skond il-piż il-piż minimu huwa ffissat għal 100 gramma. L-iskala li ġejja għandha tkun imħarsa:

- 100 sa 300 gramma b'differenza massima ta' 75 gramma bejn l-iżgħar u l-ikbar brunġiel fl-istess pakkett,

- 300 sa 500 gramma b'differenza massima ta' 100 gramma bejn l-iżgħar u l-ikbar brunġiel fl-istess pakkett,

- il fuq minn 500 gramma b'differenza massima ta' 250 gramma bejn l-iżgħar u l-ikbar brunġiel fl-istess pakkett.

Konformità ma' l-iskala tad-daqsijiet hija obbligatorja għall-Klassi I. Barra minn dan, il-brunġiel tawwali għandu jkollu tul minimu, eskluż il-pedunkulu, ta' 80 mm.

IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR TOLLERANZI

Tolleranzi dwar kwalità u daqs huma permessi f'kull pakkett għall-prodotti li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-klassi indikata.

A. Kwalità ta' tolleranzi

(i) Klassi I

10 % fin-numru jew bil-piż ta' brunġiel li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi, imma li jissodisfa dawk għall-Klassi II jew, eċċezzjonalment, li jaqa' fil-limiti ta' tolleranzi għal dik il-klassi.

(ii) Klassi II

10 % fin-numru jew bil-piż ta' brunġiel li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi u lanqas dawk minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti milqutin minn tħassir, tbenġil li jidher,xquq li ma għalqux jew xi deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-ikel.

(iii) Klassi III

15 % fin-numru jew bil-piż ta' brunġiel li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi u lanqas dawk minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti milqutin minn tħassir, tbenġil li jidher, xquq li ma għalqux jew xi deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-ikel.

B. Tolleranzi fid-daqs

(i) Klassi I

10 % fin-numru jew bil-piż ta' brunġiel li jikkonforma mad-daqs immedjatament' l isfel jew' il fuq minn dak speċifikat fuq il-pakkett.

(ii) Klassijiet II u III

10 % fin-numru jew bil-piż ta' brunġiel li ma jikkonformax mad-daqs minimu. F'kull każ, it-tolleranza mhijiex applikabbli għal brunġiel b'dijametru ta' iżjed minn 5 mm taħt id-dijametru minimu jew, fil-każ ta' piż fid-daqs, għal brunġiel li jiżen inqas minn 90 gramma.

V. DISPOSIZZJONIJIET DWAR PREŻENTAZZJONI

A. Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett għandu jkun uniformi u jkollu biss brunġiel ta' l-istess oriġini, tip kummerċjali, kwalità u daqs (fejn id-daqs huwa obbligatorju) u fil-biċċa l-kbira l-istess grad ta' żvilupp u lewn.

Fil-każ tal-Klassi III, huwa biżżejjed illi l-oriġini u t-tip kummerċjali jkunu uniformi.

Il-brunġiel tawwali ppakkjat fl-istess pakkett għandu jkun uniformi biżżejjed għal dak li hu tul.

Il-parti li tidher tal-kontenut ta' kull pakkett għandha tirrappreżenta lil kontenut kollu kemm hu.

B. Ippakkjar

Il-brunġiel għandu jkun ippakkjat b'mod li jiżgura l-ħarsien tal-prodott.

Il-materjali wżati ġol-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' kwalità li ma tikkawżax xi ħsara lill-prodott minn barra jew minn ġewwa. L-użu ta' materjali, u b'mod partikolari ta' karti jew bolol, li jkollhom speċifikazzjonijiet kummerċjali huma permessi, basta li l-istampar u t-tikkettjar ikun sar b'inka jew kolla mhux tossika. Il-pakketti għandhom ikunu ħielsa minn kull materjal barrani.

VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin, b'ittri miġburin fuq l-istess naħa, li jistgħu jinqraw u mmarkati b'mod permanenti u li jidhru minn barra:

A. Identifikazzjoni

dak li jagħmel l-ippakkeġġar | isem u indirizz jew marka ta' kodiċi uffiċjalment maħruġa jew aċċettata |

u/jew |

il-kunsinnatur |

B. Natura tal-prodott

- "brunġiel", jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra.

- isem tal-varjetà (mhux obbligatorju).

Ċ. Oriġini tal-prodott

- pajjiż ta' l-oriġini u, jekk wieħed irid, id-distrett fejn tkabbru jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew tal-post lokali.

D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali

- klassi,

- daqs (meta applikabbli) imfisser:

- jew b'dijametri massimi u minimi, meta d-daqs ikun skond id-dijametru,

- jew bil-piżijiet massimi u minimi, meta d-daqs ikun skond il-piż.

E. Marka uffiċjali ta' kontroll (mhux obbligatorja)

[1] Klassi addizzjonali kif previst f'Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72. L-applikazzjoni ta' din il-klassi ta' kwalità jew ftit mill-ħtiġijiet tagħha għandha tkun bla ħsara għal deċiżjoni li trid tittieħed taħt Artikolu 4(1) ta' l-istess Regolament.

--------------------------------------------------

ANNESS III

STANDARDS TA' KWALITÀ GĦAL QARGĦA BAGĦLI ŻGĦIR

I. DEFINIZZJONI TAL-PRODOTT

Dan l-istandard japplika għal qargħa bagħli, miġbur meta jkun żgħir u teneru, qabel iż-żrieragħ tiegħu ikunu ssudaw, tal-varjetajiet (cultivars) imkabbrin mill-Cucurbita pepo L. [1], li għandhom jingħataw friski lill-konsumatur, għajr qargħa bagħli żgħir għall-ipproċessar industrijali.

II. DISPOSIZZJONIJIET DWAR IL-KWALITA`

L-għan ta' dan l-istandard huwa li jfisser il-ħtiġijiet ta' kwalità għal qargħa bagħli żgħir wara l-preparazzjoni u l-ippakkjar.

A. Ħtiġijiet minimi:

Fil-klassijiet kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għal kull klassi u t-tolleranzi li huma permessi, il-qargħa bagħli żgħir għandu jkun:

- sħiħ, inkluż iz-zokk li jista’ jkollu ftit tal-ħsara,

- ta' dehra friska,

- sod,

- b'saħħtu; prodotti milqutin minn taħsir jew deterjorament li jirrenduhom mhux tajbin għall-ikel huma esklużi

- mingħajr ħsara kawżata minn insetti jew parassiti oħrajn,

- bla toqob,

- bla xquq,

- nadif, prattikament ħieles minn kull materjal barrani li jidher,

- misjur biżżejjed mingħajr żvilupp żejjed taż-żrieragħ (bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċjali għall-Klassi III),

- ħieles minn umdità minn barra li mhix normali,

- ħieles minn xi riħa barranija u/jew togħma.

L-iżvilupp u l-kondizzjoni tal-qargħa bagħli żgħir għandu jkun hekk li jkun jista:

- jiflaħ għat-trasport u tbagħbis bl-idejn, u

- jasal f'kondizzjoni tajba fil-post destinatarju.

B. Klassifikazzjoni

Il-qargħa bagħli żgħir huwa klassifikat fi tliet klassijiet kif definit hawn taħt:

(i) Klassi I

Il-qargħa bagħli żgħir f’din il-klassi għandu jkun ta' kwalità tajba u għandu jkollu l-karatteristiċi tal-varjetà. Jista’, madankollu, juri d-difetti li ġejjin basta li dawn ma jtellfux mid-dehra ġenerali, il-kwalità, il-ħarsien u l-preżentazzjoni tal-prodott:

- difetti żgħar fil-forma,

- difetti żgħar fil-lewn,

- xquq żgħar li għalqu fil-qoxra.

Il-qargħa bagħli żgħir għandu jkollu zokk ta' tul massimu ta' 3 ċm.

(ii) Klassi II

Din il-klassi hi magħmula minn qargħa bagħli żgħir li ma jikkwalifikax għal inklużjoni fil-Klassi I imma li jissodisfa l-ħtiġijiet minimi speċifikati hawn fuq.

Kemm il-darba jżomm il-karatteristiċi essenzjali tiegħu ta' kwalità u preżentazzjoni, jista’ juri d-difetti li ġejjin:

- difetti fil-forma,

- difetti fil-lewn,

- ftit tixwit tax-xemx,

- xquq li għalqu fil-qoxra, kemm il-darba dawn ma jtellfux il-konservazzjoni.

(iii) Klassi III [2]

Din il-klassi hi magħmula minn qargħa bagħli żgħir li ma jikkwalifikax għal inklużjoni fl-għola klassijiet imma li jissodisfa il-ħtiġijiet tal-Klassi II. Madankollu, jista’ juri:

- żvilupp taż-żrieragħ,

- traċċi żgħar ta' ħamrija.

III. DISPOSIZZJONIJIET DWAR DAQS

Id-daqs tal-qargħa bagħli żgħir huwa stabbilit:

- jew skond it-tul,

- jew skond il-piż.

(a) Għall-kejl skond it-tul, dan isir bejn fejn jiltaqgħu iz-zokk u t-tarf tal-frotta, skond l-iskala li ġejja:

- 7 ċm sa 14 ċm inklużivi,

- 14 ċm (esklużivi) sa 21 ċm (inklużivi),

- 21 cm (esklużivi) sa 30 ċm.

(b) Għal kejl skond il-piż, għandha tkun osservata l-iskala li ġejja:

- 50 g sa 100 g (inklużivi),

- 100 g (esklużivi) sa 225 g (inklużivi),

- 225 g (esklużivi) sa 450 g.

Konformità ma’ l-iskala tad-daqs mhijiex obbligatorja għall-Klassi III.

IV. DISPOSIZZJONIJIET DWAR TOLLERANZI

Tolleranzi dwar kwalità u daqs huma permessi f'kull pakkett għal prodotti li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-klassi indikata.

A. Tolleranzi ta' kwalità

(i) Klassi I

10 % fin-numru jew bil-piż ta' qargħa bagħli żgħir li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi, iżda li jissodisfa il-ħtiġiet tal-Klassi II, jew, eċċezzjonalment, li jaqa’ fil-limiti ta' tolleranza għal dik il-klassi.

(ii) Klassi II

10 % fin-numru jew bil-piż ta' qargħa bagħli żgħir li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi u lanqas dawk minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti milqutin minn taħsir, tbenġil li jidher, xquq li ma’ għalqux jew xi deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-ikel.

(iii) Klassi III

15 % fin-numru tal-piż ta' qargħa bagħli żgħir li ma jissodisfax il-ħtiġijiet tal-klassi u lanqas dawk minimi, bl-eċċezzjoni ta' prodotti milqutin minn taħsir, tbenġil li jidher, xquq li ma għalqux jew xi deterjorazzjoni oħra li tagħmlu mhux tajjeb għall-ikel.

B. Tolleranzi fid-daqs

(i) Klassijiet I u II

10 % fin-numru jew bil-piż ta' qargħa bagħli żgħir li jikkonforma mad-daqs immedjatament taħt jew fuq dak speċifikat fuq il-pakkett. Madankollu, din it-tolleranza hija applikabbli biss għal prodotti li jkun differenti b'mhux iżjed minn 10 % tal-limiti ta' daqs jew piż speċifikati.

(ii) Klassi III

10 % fin-numru jew bil-piż ta' qargħa bagħli żgħir li jkun differenti b'mhux iżjed minn 10 % tal-limiti ta' daqs jew piż speċifikati.

V. DISPOSIZZJONIJIET DWAR PREŻENTAZZJONI

A. Uniformità

Il-kontenut ta' kull pakkett irid ikun uniformi u jkollu biss qargħa bagħli żgħir ta' l-istess oriġini, kwalità u daqs (fejn id-daqs huwa obbligatorju) u fil-biċċa l-kbira ta' l-istess grad ta' żvilupp u lewn.

Fil-każ tal-Klassi III, huwa biżżejjed illi l-oriġini tkun uniformi.

Il-parti li tidher tal-kontenut ta' kull pakkett għandha tirrappreżenta l-kontenut kollu kemm hu.

B. Ippakjar

Il-qargħa bagħli żgħir għandu jkun ippakkjat b'mod li jħares il-prodott sew.

Il-materjali wżati ġol-pakkett għandhom ikunu ġodda, nodfa u ta' kwalità li ma tikkawżax xi ħsara lill-prodott minn barra jew minn ġewwa. L-użu ta' materjali u b'mod partikolari ta' karti jew bolol li jkollhom speċifikazzjonijiet kummerċjali huwa permess basta li l-istampar u t-tikkettjar ikunu saru b'inka jew kolla mhux tossika.

Il-pakkett għandu jkun ħieles minn kull materjal barrani.

VI. DISPOSIZZJONIJIET DWAR L-IMMARKAR

Kull pakkett għandu juri d-dettalji li ġejjin, b'ittri miġburin fuq l-istess naħa, li jistgħu jinqraw u li jkunu mmarkati b'mod permanenti u li jidher minn barra:

A. Identifikazzjoni

dak li jagħmel l-ippakkeġġar | isem u indirizz jew marka ta' kodiċi uffiċjalment maħruġa jew aċċettata |

u/jew |

il-kunsinnatur |

B. Natura tal-prodott

- "qargħa bagħli żgħir" jekk il-kontenut ma jkunx jidher minn barra.

Ċ Oriġini tal-prodott

Il-pajjiż ta' l-oriġini u, jekk wieħed irid, id-distrett fejn tkabbru, jew l-isem nazzjonali, reġjonali jew tal-post lokali.

D. Speċifikazzjonijiet kummerċjali

- klassi,

- daqs (fejn applikabbli) imfisser:

- jew b'kejl massimu u minimu, meta d-daqs ikun skond it-tul

- jew b'piżijiet massimi u minimi, meta d-daqs ikun skond il-piż.

E. Marka uffiċjali ta' kontroll (mhux obbligatorja).

[1] Il-qargħa bagħli żgħir bi żrieragħ żviluppati sew, li jissejħu "qargħa bagħli" fir-Renju Unit u l-Irlanda, mhuwiex kopert b'din l-istandard.

[2] Klassi addizzjonali kif previst f'Artikolu 2(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72. L-applikazzjoni ta' din il-klassi ta' kwalità jew ta' ftit mill-ħtiġijiet tagħha għandha tkun bla ħsara għad-deċiżjoni li trid tittieħed skond Artikolu 4(1) ta' l-istess Regolament.

--------------------------------------------------

Top