EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979R1465

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1465/79 tat-13 ta’ Lulju 1979 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 890/78 li jistabbilixxi regoli dettaljati għaċ-ċertifikazzjoni tal-ħops u r-Regolament (KEE) Nru 3076/78 dwar l-importazzjoni tal-ħops minn pajjiżi li mhumiex membri

ĠU L 177, 14.7.1979, p. 35–36 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2007; Impliċitament imħassar minn 32006R1850

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1979/1465/oj

31979R1465



Official Journal L 177 , 14/07/1979 P. 0035 - 0036
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0028
Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0213
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0028
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0160
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0160


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1465/79

tat-13 ta’ Lulju 1979

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 890/78 li jistabbilixxi regoli dettaljati għaċ-ċertifikazzjoni tal-ħops u r-Regolament (KEE) Nru 3076/78 dwar l-importazzjoni tal-ħops minn pajjiżi li mhumiex membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-organiżazzjoni komuni tas-suq fil-ħops [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 235/79 [2], u partikolarment l-Artikoli 2(5) u 5 (3) li joħorġu minnu,

Billi l-esperjenza miksuba matul l-ewwel sena ta’ l-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 890/78 [3] u (KEE) Nru 3076/78 [4] turi li dawk il-miżuri għandhom ikunu ssuplimentati jew emendati biex jieħdu konsiderazzjoni aħjar tal-kondizzjonijiet għall-immarkettjar tal-prodott;

Billi jidher mixtieq li, fl-assenza ta’ ċertifikat mudell uniformi għall-Komunità, iċ-ċertifikati maħruġa minn l-Istati Membri differenti għandhom ikollhom test identiku rigward il-konformità tal-prodott għall-kondizzjonijiet tal-Komunità;

Billi jidher meħtieġ li jkunu ssuplimentati r-regoli biż-żieda ta’ disposizzjonijiet dwar prova ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti ġejjin minn kunsinna maqsuma; billi jidher xieraq li tkun addottata sistema simili li tkopri l-bejgħ mill-ġdid ta’ prodotti tal-ħops impurtati minn pajjiżi li mhumiex membri, wara li l-kunsinna tkun maqsuma;

Billi il-piżijiet stipulati fir-regoli tal-Komunità taħt liema pakketti żgħar ta’ ħops jew prodotti tal-ħops jistgħu jiċċirkulaw mingħajr ċertifikat jew mingħajr l-attestazzjoni li hemm ipprovdut għaliha fir-Regolament (KEE) Nru 3076/78 mhumiex interament skond il-prattika kummerċjali tradizzjonali; billi dawn il-piżijiet massimi għanhom ikunu mgħollija kif imiss;

Billi il-miżuri pprovdut għalihom f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Maniġerjali għall-Ħops,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 890/78 huwa għalhekk emendat kif ġej:

1. L-Artikolu segwenti huwa għalhekk imdaħħal wara l-Artikolu 5:

"Artikolu 5a

Iċ-ċertifikat li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1784/77 jkollu ta’ linqas waħda mit-testi segwenti, applikata mill-awtorità awtorizzata biex twettaq iċ-ċertifikazzjonijiet:

- Certified product — Regulation (EEC) No 890/78,

- Certificeret produkt — Forordning (EØF) nr. 890/78,

- Zertifiziertes Erzeugnis — Verordnung (EWG) Nr. 890/78,

- Produit certifié — Règlement (CEE) no 890/78,

- Prodotto certificato — Regolamento (CEE) n. 890/78,

- Gecertificeerd produkt — Verordening (EEG) nr. 890/78."

2. L-Artikolu segwenti huwa għalhekk imdaħħal wara l-Artikolu 9:

"Artikolu 9a

Fil-każ ta’ bejgħ mill-ġdid fit-territorju tal-Komunita, wara li kunsinna ċertifikata tkun inqasmet, il-prodott irid ikun akkumpanjat b’fattura jew dokument kummerċjali mill-venditur li jesprimi in-numru taċ-ċertifikat u l-isem ta’ l-aġenzija tal-ħruġ. Il-fattura jew id-dokument kummerċjali jridu wkoll ikollhom l-informazzjoni segwenti, meħuda miċ-ċertifikat:

(a) għall-ħops f’koni:

- id-deskrizzjoni tal-prodott,

- il-piż nett jew/u gross,

- il-post tal-produzzjoni,

- is-sena tal-ħsad,

- il-varjeta;

(b) għall-prodotti tal-ħops, l-informazzjoni mogħtija hawn fuq flimkien mal-post u d-data ta’ l-ipproċessar."

Artikolu 2

L-ewwel frażi ta’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3076/78 hija għalhekk mibdula b’dan li ġej:

"Jekk il-kunsinna terġa tinbiegħ jew tinqasam wara li tkun tpoġġiet fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa, il-prodott irid ikun akkumpanjat b’fattura jew b’dokumenti uffiċċjali oħra miġbuda mill-venditur, li jagħtu in-numru ta’ riferenza ta’ l-attestazzjoni ta’ l-ekwivalenza, l-estratt jew l-attestazzjoni tal-kontroll, flimkien ma’ l-isem ta’ l-awtorità li ħarġithom u l-informazzjoni kkuppjata segwenti:"

Artikolu 3

Il-piż massimu mogħti fl-Artikolu 10(d) tar-Regolament (KEE) Nru No 890/78 u fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KEE) Nru 3076/78 jkun miżjud għal kilogramm għall-koni u t-trab tal-ħops u għal 300 kilogramm għall-estratti tal-ħops.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Lulju 1979.

Għall-Kummissjoni

Finn Gundelach

Viċi-President

[1] ĠU L 175,ta’ l- 4.8.1971, p. 1.

[2] ĠU L 34,tad- 9.2.1979, p. 4.

[3] ĠU L 117, tad-29.4.1978, p. 43.

[4] ĠU L 367, tal-21.12.1978, p. 17.

--------------------------------------------------

Top