Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31979D0542

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 1976 li tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' annimali ta' l-ifrat, ħnieżer u laħam frisk

    ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15–17 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2010; Imħassar b' 32010D0477

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1979/542/oj

    31979D0542



    Official Journal L 146 , 14/06/1979 P. 0015 - 0017
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0015
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 25 P. 0135
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 11 P. 0015
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 16 P. 0136
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 16 P. 0136


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal-21 ta' Diċembru 1976

    li tfassal lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' annimali ta' l-ifrat, ħnieżer u laħam frisk

    (79/542/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta' Diċembru 1972 fuq saħħa u problemi ta' spezzjoni veterinarja fuq l-importazzjoni ta' annimali ta' l-ifrat, ħnieżer u laħam frisk minn pajjiżi terzi [1], kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 77/98/KEE [2], u b'mod partikolari l- Artikolu 3 (1) dwar dan,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi s-sistema mniżżla fid-Direttiva 72/462/KEE hi bbażata fuq it-twaqqif ta' lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi mil-liema l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' annimali ta' l-ifrat, ħnieżer u laħam frisk ta' annimali ta' l-ifrat, ħnieżer, ngħaġ, mogħoż u solipedi domestiċi, jew ta' wieħed jew aktar minn dawk il-kategoriji ta' annimali jew kategoriji ta' laħam frisk;

    Billi sabiex jiġi deċiż fir-rigward ta' kemm l-annimali u tal-laħam frisk jekk pajjiż jew parti minn kull pajjiż jista' jiġi nkluż fil-lista, akkont partikolari jittieħed tal-kriterja stabbilita fl-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq;

    Billi l-pajjiżi elenkati fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni li tradizzjonalment ifornu lill-Istati Membri jistgħu jiġu kkunsidrati li jissodisfaw din il-kriterja;

    Billi madankollu, din il-lista hija mfassla bla ħsara għal emendi bħal dawn jew żdidiet bħalma jistgħu jsiru b'mod li jikkonformaw mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 72/462/KEE; billi jista' jkun meħtieġ fid-dawl ta' aktar informazzjoni li jillimitaw jew ikabbru l-awtorizzazzjonijiet għal importazzjonijiet ta' ċertu kategoriji ta' annimali u laħam frisk; billi, jista' ukoll ikun meħtieġ f'ċerti każijiet fir-rigward ta' kemm l-annimali u ta' laħam frisk li jkun speċifiku tal-partijiet ta' pajjiżi minn fejn importazzjonijiet se jkunu awtorizzati;

    Billi, minkejja l-lista ta' pajjiżi terzi tifforma waħda mill-bażijiet ta' l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi stabbiliti fid-Direttiva 72/462/KEE miżuri oħra, partikolarment li jikkonċernaw l-iġjene u spezzjoni veterinarja, se jkollhom jittieħdu sabiex jiġi mfisser l-arranġament; billi, b'konsegwenza, huwa importanti li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni kordinata ta' kull miżura bħal din,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 72/462/KEE u b'mod partikolari kull miżura li tkun tista' tittieħed taħt il-proċedura li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 29, u bla ħsara għal kull emenda jew addizzjoni magħmula lill-elenku fl-Anness għal din id-Deċiżjoni taħt il-proċedura li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 30, b'mod partikolari għall-iskop li jillimita jew ikabbar l-awtorizzazzjonijiet għal importazzjonijiet ta' ċertu kategoriji ta' annimali u laħam frisk, jew biex jispeċifika, kemm għall-annimali u għal-laħam frisk, il-partijiet ta' pajjiżi mil-liema importazzjonijiet se jkunu awtorizzati, l-Istati Membri se jawtorizzaw l-importazzjoni ta' annimali u laħam frisk skond il-lista msemmija.

    Artikolu 2

    Il-lista li tinstab fl-Anness se tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, fl-istess ħin bħal emendi u addizzjonijiet li għalihom saret referenza f'Artikolu 1 hawn fuq.

    Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, Regolamenti u l-provvedimenti amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni li għaliha saret referenza fl-Artikolu 2 hawn fuq u minnufih jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, il-21 ta' Diċembru 1976.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.P.L.M.M. van der Stee

    [1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 28.

    [2] ĠU L 26, tal-31.1.1977, pġ. 81.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    Pajjiż | Laħam Frisk | Animali ħajjin |

    Ifrat | Ħnieżer | Ngħaġ | Żwiemel etċ |

    Albanija | | X | X | X |

    Arġentina | X | | X | X | X |

    Awstralja | X | X | X | X | X |

    Austria | X | X | X | X | X |

    Botswana | X | | X | X | |

    Brażil | X | | X | X | |

    Bulgarija | X | X | X | X | X |

    Kanada | X | X | X | X | X |

    Repubblika Popolari taċ-Ċina | | X | | X | |

    Kolumbja | X | | | X | |

    Kosta Rika | X | | | X | |

    Kuba | X | | | X | |

    Ċekoslovakja | X | X | X | X | X |

    El Salvador | X | | X | X | |

    Finlandja | X | X | X | X | X |

    Ġreċja | | | | X | |

    Gwatemala | X | | | X | |

    Honduras | X | | | X | |

    Ungerija | X | X | X | X | X |

    Islanda | X | X | X | X | X |

    Iżrael | | | | X | |

    Madagaskar | X | | X | X | |

    Malta | X | X | | X | X |

    Messiku | X | | | X | |

    Marokk | | | | X | |

    Nikaragwa | X | | | X | |

    Norveġja | X | X | X | X | X |

    New Zealand | X | X | X | X | X |

    Panama | X | | | X | |

    Paragwaj | X | | X | X | |

    Polonja | X | X | X | X | X |

    Portugall | | | | X | |

    Rumanija | X | X | X | X | X |

    Afrika t'Isfel | X | X | X | X | |

    Spanja | | | | X | |

    Sważiland | X | | | X | |

    Svezja | X | X | X | X | X |

    Svizzera | X | X | X | X | X |

    Turkija | | | | X | |

    L-Istati Uniti ta' l-Amerika | X | X | X | X | X |

    USSR | X | X | X | X | X |

    Urugwaj | X | | X | X | |

    Jugoslavja | X | X | X | X | X |

    GDR | X | X | X | X | X |

    --------------------------------------------------

    Top