Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31976R1361

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1361/83 ta’ l-14 ta’ Ġunju 1976 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni fuq ir-ross u taħlitiet tar-ross

    ĠU L 154, 15.6.1976, p. 11–12 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/12/2023; Imħassar b' 32023R2835

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1976/1361/oj

    31976R1361



    Official Journal L 154 , 15/06/1976 P. 0011 - 0012
    Finnish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0095
    Greek special edition: Chapter 03 Volume 15 P. 0116
    Swedish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0095
    Spanish special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0105
    Portuguese special edition Chapter 03 Volume 10 P. 0105


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1361/83

    ta’ l-14 ta’ Ġunju 1976

    li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni fuq ir-ross u taħlitiet tar-ross

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

    Wara li kkunsidrat r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 359/67 tal-25 ta’ Lulju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 668/75 [2] u b’mod partikolari l-Artikolu 17(6) tiegħu,

    Billi, biex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-sistema ta’ rifużjoni applikabbli għall-esportazzjonijiet tar-ross lill-pajjiżi mhux membri, regoli dettaljati għandhom jiġu applikati għall-esportazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ ross li jaqgħu fis-subintestaturi tat-tariffa;

    Billi r-rifużjoni fuq dawk it-taħlitiet jirriżulta mill-klassifikazzjoni tat-tariffa tagħhom, li hija normalment stabbilita skond ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tat-Tariffa Komuni Doganali;

    Billi, fil-każ ta’ taħlitiet ta’ ross li jaqgħu fl-intestaturi differenti tat-tariffa, il-klassifikazzjoni tat-tariffa tagħti lok għall-diffikultajiet jekk tiġi stabbilita skond dawn ir-regoli; billi fil-fatt dik il-klassifikazzjoni kull tant tittiżulta fl-għoti ta’ rifużjoni għolja fuq taħlitiet li, iżda, jkun fihom proporzjon sostanzjali ta’ prodotti li jikkwalifikaw għar-rifużjoni baxxa;

    Billi, biex jiġu evitati dawn id-diffkultajiet, dispożizzjonijiet speċjali għandhom jiġu adottati biex tkun stabbilita ir-rifużjoni fuq taħlitiet ta’ ross;

    Billi, peress li d-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 669/67/KEE tas-27 ta’ Settembru 1967 jipprovdi ċerti regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-rifużjonijiet fuq esportazzjoni tar-ross [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 941/72 [4], huma marbuta mill-qrib mas-sistema applikabbli għall-esportazzjonijiet ta’ taħlitiet ta’ ross. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu inklużi f’dan ir-Regolament u r-Regolament Nru 669/67/KEE għandu għalhekk jiġi mħassar;

    Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-ċereali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

    Artikolu 1

    Rifużjoni ta’ esportazzjoni għandha tapplika biss għal taħlitiet ta’ ross li jaqgħu fis-subintestatura 10.06 A u B tat-Traiffa Komuni Doganali jekk it-taħlitiet ikunu magħmula minn ross fl-istess stadju ta’ l-ipproċessar u, fejn xieraq, ross imkisser. Ross fil-fosdqa (subintestatura 10.06 A I), ross fil-qoxra (subintestatura 10.06 A II), ross nofsu midħun (subintestatura 10.06 B I) u ross midħun kollu kemm hu (subintestatura 10.06 B II) għandu kull wieħed jitqies li jkun fi stadju differenti ta’ ipproċessar.

    Artikolu 2

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, ir-rifużjoni ta’ esportazzjoni applikabbli għall-prodotti li jaqgħu fl-intestatura Nru 10.06 tat-Tariffa Komuni Doganali u komposti minn rossa tonda, rossa twila u ross imkisser għandhom ikunu dawk applikabbli:

    (a) għal taħlitiet li jkun fihom 40 % jew anqas skond il-piż ta’ ross imkisser li jaqgħa fis-subintestatura 10.06 C tat-Tariffa Komuni Doganali:

    - għall-komponent predominanti skond il-piż, meta dak il-komponent ikun jirrappresenta ta’ l-anqas 90 % tal-piż tat-taħlitiet, bil-piż tar-ross imkisser ikun l-ewwel imnaqqas,

    - għall-komponent, ħlief ross imkisser, li għalih tapplika l-anqas rifużjoni, meta ebda wieħed mill-komponenti ma jkun jirrappresenta għall-anqas 90 % tal-piż tat-taħlitiet, bil-piż tat-taħlitiet jkun l-ewwel imnaqqas;

    (b) għal taħlitiet oħra, għall-ross imkisser li jaqa’ taħt is-subintestatura 10.06 C tat-Tariffa Komuni Doganali.

    Artikolu 3

    Meta ross esportat li jaqa’ fis-subintestatura 10.06 A jew B tat-Tariffa Komuni Doganali jkun fih ross imkisser li jaqa’ fis-subintestatura 10.06 C, ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għandha titnaqqas kif ġej:

    Perċentwal ta' ross imkisser | % riduzzjoni tar-rifużjoni |

    'Il fuq 0 u sa 5 | 0 |

    'Il fuq 5 u sa 10 | 2 |

    'Il fuq 10 u sa 15 | 4 |

    'Il fuq 15 u sa 20 | 6 |

    'Il fuq 20 u sa 30 | 15 |

    'Il fuq 30 u sa 40 | 30 |

    Artikolu 4

    Ir-Regolament Nru 669/67/KEE qiegħed b’dan jiġi mħassar.

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1976.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul f’Brussel, fl-14 ta’ Ġunju 1976.

    Għall-Kummissjoni

    P.J. Lardinois

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU C 174, tal-31.7.1967, p. 1.

    [2] ĠU L 72, ta’ l-20.3.1975, p. 18.

    [3] ĠU C 241, tal-5.10.1967, p. 6.

    [4] ĠU L 107, tas-6.5.1972, p. 10.

    --------------------------------------------------

    Top