EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31976L0432

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’April 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

ĠU L 122, 8.5.1976, p. 1–14 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1976/432/oj

31976L0432



Official Journal L 122 , 08/05/1976 P. 0001 - 0014
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0003
Greek special edition: Chapter 13 Volume 3 P. 0206
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0005
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 5 P. 0005


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-6 ta’April 1976

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(76/432/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-ħtiġiet tekniċi li t-tratturi għandhom jissodisfaw bis-saħħa tal-liġijiet nazzjonali jirrelataw inter alia ma’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar tagħhom;

Billi dawk il-ħtiġiet ma jaqblux minn Stat Membru għal ieħor; billi huwa għalhekk meħtieġ li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew bħala żieda għal jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, partikolarment, jippermettu l-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija [3], biex tkun applikata rigward kull tip ta’ trattur;

Billi l-ħtiġiet armonizzati huma intenzjonati prinċipalment biex itejbu is-sigurtà fit-triq u fuq ix-xogħol fil-Komunità kollha;

Billi l-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali rigward it-tratturi tinvolvi l-għarfien ta’ xulxin mill-Istati Membri ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa minn kull wieħed minnhom ibbażati fuq ħtiġiet komuni; billi, biex din is-sistema biex tiffunzjona b’suċċess, dawn il-ħtiġiet għandhom jkunu applikati mill-Istati Membri kollha b’effett mill-istess data,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. 1. "Trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija" tfisser kull vettura bil-mutur mgħammra bir-roti jew tracks mingħajr tarf, li jkollha talanqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun il-qawwa tal-ġibda u li tkun iddisinjata speċifikatament biex tiġbed, timbotta, iġġorr jew tħaddem ċerti power tools, makkinarju jew karrijiet maħsuba użati għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Din tista’ tkun mgħammra biex iġġorr tagħbija u passiġġieri.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal tratturi definiti fil-paragrafu preċedenti li huma mgħammra b’tyres pnewmatiċi u li għandhom żewġ fusien u b’velocità massima skond id-disinn ta’ bejn 6 u 25 km/siegħa.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ trattur għar-raġunjiet li gġandhom x’jaqsmu mal-mezzi ta’ l-ibbrejkjar jekk dak it-trattur huwa mgħammar bil-mezzi speċifikati fl-Annessi I sa IV u jekk dawn il-mezzi jissodisfaw il-ħtiġiet meħtieġa stipulati hemmhekk.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ tratturi fuq bażi relatata ma’ l-mezzi ta’l-ibbrejkjar tagħhom jekk dawn it-tratturi huma mgħammra bil-mezzi speċifikati fl-Annessi I sa IV u jekk dawn il-mezzi jissodisfaw il-ħtiġiet meħtieġa stipulati hemmhekk

Artikolu 4

Stat Membru li ta l-approvazzjoni tat-tip ta’ trattur għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li huwa nfurmat bi kwalunkwe modifika f’komponent jew karatteristika msemmija fil-1.1 ta’ l-Anness I. L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jiddeċiedu jekk għandhomx jitwettqu testijiet ġodda fuq it-tip ta’ trattur modifikat u jitħejja rapport ġdid. Jekk tali testijiet juru nuqqas ta’ qbil mal-ħtiġiet meħtieġa ta’ din id-Direttiva, il-modifika ma għandhiex tkun approvata.

Artikolu 5

L-emendi neċessarji għall-addattament tal-ħtiġiet ta’ l-Annessi biex jiġi kkunsidrat il-progress tekniku għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE.

Artikolu 6

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jaqblu ma din id-Direttiva sa l-1 ta’ Jannar 1977 u għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Huma għandhom jimplimentaw dawn id-dispożizzjonijiet b’effett mill-1 ta’ Ottubru 1977.

2. Wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi biex jinfurmaw lill-Kummissjoni, fi żmien suffiċjenti għaliha biex tagħmel kummenti, dwar kwalunkwe abbozzi ta’ liġi, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma beħsiebhom jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, is-6 ta’April 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Thorn

[1] ĠU Ċ 5, 8.1.1975, p. 54.

[2] ĠU Ċ 62, 15.3.1975, p. 29.

[3] ĠU L 84, 28.3.1974, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET, APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE, ĦTIĠIET TA’ KOSTRUZZJONI U TAGĦMIR

1. DEFINIZZJONIJIET

1.1. Tip ta’ trattur fir-rigward ta’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar

"Tip ta’ trattur fir-rigward ta’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar" ifisser tratturi li mhumiex differenti f’i ħwejjeġ essenzjali bħal:

1.1.1. piż mhux mgħobbi, kif definit f’1.18,

1.1.2. piż massimu, kif definit f’1.16,

1.1.3. distribuzzjoni tal-piż bejn il-fusien,

1.1.4. piż massimu teknikament permissibbli fuq kull fus,

1.1.5. disinn ta’ veloċità massima,,

1.1.6. tip differenti ta’ strument tal-ibbrejkjar (b’riferenza partikolari għall-preżenza jew inkella ta’ strumenti biex jibbrejkja karru),

1.1.7. numru u arranġament tal-fusien ibbrejkjati,

1.1.8. tip ta’ magna,

1.1.9. ir-ratio tat-trasmissjoni globali li jikkorrispondi mal-velocità massima,

1.1.10. dimensjonijiet tat-tyres (fusien ibbrejkjati).

1.2. Strument ta’ l-ibbrejkjar

"Strument ta’ l-ibbrejkjar" ifisser kombinazzjoni ta’ partijiet li l-funzjoni tagħhom hija li titnaqqas progressivament il-velocità ta’ trattur miexi jew li twasslu biex jieqaf, jew li żżommu wieqaf jekk ikun diġà mwaqqaf. Dawn il-funzjonijiet huma speċifikati f’4.1.2. Strument għandu jikkonsisti fil-kontroll, it-trasmissjoni u l-brejkijiet innifishom.

1.3. Brejk gradwat

"Brejk gradwat" ifisser ibbrejkjar waqt li, jew fuq l-applikazzjoni jew it-tluq tal-brejkijiet, fil-medda normali ta’ l-operazzjoni ta’ l-istrument:

1.3.1. is-sewwieq jista’ fi kwalunkwe ħin iżid jew inaqqas l-qawwa ta’ l-ibbrejkjar permezz ta’ azzjoni fuq il-kontroll,

1.3.2. il-forza ta’ l-ibbrejkjar taġixxi fl-istess direzzjoni bħall-azzjoni fuq il-kontroll (funzjoni monotonika),

1.3.3. huwa faċli li tagħmel aġġustament suffiċjentement tajjeb lill-qawwa ta’ l-ibbrejkjar.

1.4. Kontroll

"Kontroll" ifisser il-parti attwata direttament mis-sewwieq biex tforni għat-trasmissjoni l-enerġija meħtieġa biex tibbrejkjaha jew tikkontrollaha. Din l-enerġija tista’ tkun l-enerġija muskolari tas-sewwieq, jew enerġija minn sors ieħor ikkontrollat mis-sewwieq, jew kombinazzjoni ta’ dawn it-tipi varji ta’ enerġija.

1.5. Trasmissjoni

"Trasmissjoni" tfisser il-kombinazzjoni ta’ komponenti mqiegħda bejn il-kontroll u l-brejk u li tgħaqqadhom it-tnejn operazzjonalment. It-trasmissjoni tista’ tkun mekkanika, hydraulic, pnewmatika, elettrika jew imħallta. Fejn il-qawwa ta’ l-ibbjrejkar hija miġjuba minn jew assistita minn sors ta’ enerġija indipendenti mis-sewwieq imma kkontrollata minnu, ir-riserva ta’enerġija fl-istrument tkun ukoll meqjusa bħala parti mit-trasmissjoni.

1.6. Brejk

"Brejk" ifisser il-komponent li fih jiżviluppaw il-forzi li jopponu l-moviment tat-trattur. Dan jista jkun brejk ta’ frizzjoni (meta l-forzi jkunu ġġenerati bil-frizzjoni bejn iż-żewġ partijiet tat-trattur li jimxu relattivament lejn xulxin), brejk elettriku (meta l-forzi jkunu ġġenerati minn azzjoni elettro-manjetika bejn żewġ partijiet tat-trattur li jimxu relattivament lejn imma mhux f’kuntatt ma’ xulxin), brejk fluwidu (meta l-forzi jkunu ġġenerati bl-azzjoni tal-fluwidu mqiegħed bejn żewġ partijiet tat-trattur li jimxu relattivament lejn xulxin), jew brejk tal-magna (meta l-forzi huma dderivati minn żieda kkontrollata fl-azzjoni ta’ l-ibbrejkjar tal-magna trasmessa lir-roti). Strument li mekkanikament jillokkja t-trasmissjoni tat-trattur imma li ma jistax ikun użat meta t-trattur huwa miexi għandu jkun meqjus bħala brejk tal-ipparkjar.

1.7. Tipi differenti ta’ strumenti ta’ l-ibbrejkjar

"Tipi differenti ta’ strumenti ta’ l-ibbrejkjar" ifisser apparat li huwa differenti f’tali rigwardi essenzjali bħal:

1.7.1. il-karatteristiċi ta’ komponent wieħed jew iktar, per eżempju il-materjal, il-forma jew id-daqs,

1.7.2. l-arranġament tal-komponenti.

1.8. Komponent tas-sistema ta’ l-ibbrejkjar

‘Komponent tas-sistema ta’ l-ibbrejkjar’ ifisser waħda mill-partijiet individwali li, meta tiġi armata, tikkostitwixxi l-istrument ta’ l-ibbrejkjar.

1.9. Brejkjar kontinwu

"Brejkjar kontinwu" ifisser l-ibbrejkjar ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi permezz ta’ istallazzjoni li jkollha l-karatteristiċi segwenti:

1.9.1. kontroll waħdieni li s-sewwieq jattwa progressivament, b’moviment waħdieni, mis-sedil tas-sewqan,

1.9.2. l-enerġija wżata għall-ibbrejkjar tal-vetturi li tikkostitwixxi l-kombinazzjoni tal-vettura hija fornuta mill-istess sors (li jista’ jkun l-enerġija muskolari tas-sewwieq),

1.9.3. l-istallazzjoni ta’ l-ibbrejkjar tiżgura brejkar simultanju jew f’fażijiet addattati ta’ kull wieħed mill-kostitwenti tal-vettura tal-kombinazzjoni, tkun xi tkun l-posizzjoniji relattiva tagħhom.

1.10. Ibbrejkjar semi-kontinwu

"Ibbrejkjar semi-kontinwu" ifisser brejkjar ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi permezz ta’ istallazzjoni li jkollha l-karatteristiċi segwenti:

1.10.1. kontroll waħdieni li s-sewwieq jista’ jattwa progressivament, b’moviment waħdieni, mis-sedil tiegħu tas-sewqan,

1.10.2. l-enerġija wżata għall-ibbrejkjar tal-vetturi li tikkostitwixxi l-kombinazzjoni tal-vettura hija fornuta minn diversi sorsi differenti (liema wieħed minnhom jista’ jkun l-enerġija muskolari tas-sewwieq),

1.10.3. l-istallazzjoni ta’ l-ibbrejkjar tiżgura brejkjar simultanju jew f’fażijiet addattati ta’ kull wieħed mill-kostitwenti tal-vettura tal-kombinazzjoni, tkun xi tkun l-pożizzjoni relattiva tagħhom.

1.11. Ibbrejkjar indipendenti operat bl-enerġija elettrika

"Ibbrejkjar indipendenti operat bl-enerġija elettrika" ifisser brejkjar ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi permezz ta’ strumenti li jkollhom l-karatteristiċi segwenti:

1.11.1. kontroll tal-brejk ta’ trattur li huwa ndipendenti mill-kontroll tal-brejk tal-vettura irmunkata; ta’ l-aħħar ikun fil-każijiet kollha mmuntat fuq it-trattur b’tali mod li jkun faċilment attwat mis-sewwieq mis-sedil tas-sewqan tiegħu,

1.11.2. l-enerġija muskolari tas-sewwieq mhix l-enerġija wżata għall-ibbrejkjar tal-vetturi rmunkati.

1.12. Ibbrejkjar indipendenti

"Ibbrejkjar indipendenti" jfisser brejkjar ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi permezz ta’ strumenti li jkollhom l-karatteristiċi segwenti:

1.12.1. kontroll tal-brejk ta’ trattur li huwa indipendenti mill-kontroll tal-brejk tat-karru; ta’ l-aħħar ikun fil-każijiet kollha mmuntat fuq it-trattur b’tali mod li jkun faċilment attwat mis-sewwieq mis-sedil tas-sewqan tiegħu,

1.12.2. l-enerġija muskolari tas-sewwieq hija l-enerġija wżata għall-ibbrejkjar tal-vetturi rmunkati.

1.13. Ibbrejkjar awtomatiku

"Ibbrejkjar awtomatiku" ifisser ibbrejkjar ta’ vettura jew vetturi rmunkati li jseħħ awtomatikament fil-każ ta’ separazzjoni ta’ komponenti tal-kombinazzjoni ta’ vetturi kkoppjati, inkluż tali separazzjoni permezz ta’ ksur tal-coupling, mingħajr l-effett ta’ l-ibbrejkjar tal-bqija tal-kombinazzjoni li titnaqqas sostanzjalment

1.14. Ibbrejkjar ta’ l-inertia ‘

"brejkjar ta’ l-inertia" ifisser brejkjar bl-użu tal-forzi ġġenerati bit-karru li jersaq lejn it-trattur.

1.15. Trattur mgħobbi

"Trattur mgħobbi" ifisser, għajr fejn hu mistqarr mod ieħor, trattur mgħobbi sal-"piż massimu" tiegħu.

1.16. Piż massimu

"Piż massimu" ifisser il-piż massimu teknikament persmissibbli mistqarr mill-manifattur (dan il-piż jista’ jkun ogħla minn dak "il-piż massimu awtorizzat").

1.17. Trattur mhux mgħobbi

"Trattur mhux mgħobbi" ifisser it-trattur f’ordni li jitħaddem, bit-tankijiet u r-radjatur mimlija, b’sewwieq ta’ massa ta’ 75 kg, imma mingħajr passiġġieri, aċċessorji ta’ għażla jew tagħbija.

1.18. Piż bla tagħbija

"Piż bla tagħbija" ifisser il-piż tat-trattur mhux mgħobbi.

2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

2.1. Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KEE għal tip ta’ trattur rigward l-mezzi ta’ l-ibbrejkjkar għandha tkun sottomessa mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2.2. Din għandha tkun akkumpanjata minn tliet kopji tad-dokumenti segwenti:

2.2.1. deskrizzjoni tat-tip ta’ trattur rigward il-punti msemmija f’1.1.1 sa 1.1.10. In-numri u/jew simboli mogħtija mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għat-tip ta’ trattur għandhom jkunu fornuti,

2.2.2. lista ta’ partijiet, kull waħda identifikata sewwa, li jikkostitwixxu l-istrument ta’ l-ibbrejkjar,

2.2.3. pjanta ta’ l-istrument ta’ l-ibbrejkjar li turi l-pożizzjoni ta’ kull waħda mill-partijiet fuq it-trattur, sabiex tippermetti li l-komponenti varji jkunu lokalizzati u identifikati.

2.3. Dan li ġej għandu ikun ukoll ipprovdut:

2.3.1. trattur, rappreżentattiv tat-tip ta’ trattur li għandu ikun approvat,

2.3.2. tali tpenġijiet kif jistgħu jkunu mitluba ta’ daqs massimu ta’ A4 (210 X 297 mm), jew mitwija għal dan id-daqs u mpinġija fuq l-iskala xierqa.

3. APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KEE

Il-forma kif illustrata fl-Anness V għandha tkun kompluta u mehmuża ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE.

4. ĦTIĠIJIIET TA’ KOSTRUZZJONI U TAGĦMIR

4.1. Ġenerali

4.1.1. Strument ta’ l-ibbrejkjar

4.1.1.1. L-istrument ta’ l-ibbrejkjar għandu jkun hekk iddisinjat, mibni u nstallat b’mod li jippermetti lit-trattur waqt użu normali li jkun konformi mal-ħtiġiet msemmija hawn taħt, minkejja kwalunkwe vibrazzjoni li għaliha jista’ jkun suġġett.

4.1.1.2. Partikolarment, l-istrument ta’ l-ibbrejkjar għandu jkun hekk iddisinjat, mibni u installat b’mod li jirreżisti therrija u l-effetti taż-żmien waqt is-servizz, li jistgħu jwasslu għal telf f’daqqa ta’ l-effiċjenza ta’ l-ibbrejkjar.

4.1.2. Iffunzjonar ta’ l-istrument ta’ l-ibbrejkjar

L-istrument ta’ l-ibbrejkjar definit f’1.2 għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:

4.1.2.1. Brejkijiet tas-servizz

4.1.2.1.1. Il-brejk tas-servizz għandu jippermetti l-mozzjoni tat-trattur biex ikun kkontrollat u t-trattur biex jitwaqqaf bla periklu, malajr u effiċjentament, fi kwalunkwe disinn ta’ veloċità u bit-tagħbija awtorizzata kemm fit-telgħa kif ukoll f’niżla. Għandu ikun possibbli li l-azzjoni tagħhom tkun irregolata. Dawn il-kondizzjonijiet huma mifhuma li jkunu mwettqa kemm il-darba l-ħtiġijiet ta’ l-Anness II jkunu mwettqa.

Is-sewwieq għandu jkun f’pożizzjoni li japplika l-brejk tas-servizz mis-sedil tiegħu u jżomm il-kontroll ta’ l-istrument tat-treġija fuq it-trattur almenu b’idu waħda. Il-brejk tas-servizz tat-trattur jista’ jkun fih strumenti fuq il-lemin u fuq ix-xellug. Għandu ikun possibbli li jkunu magħqudin flimkien sabiex ikunu attwati f’operazzjoni waħdanija, u possibbli li jerġgħu jkunu maħlula minn ma’ xulxin.

Kull strument, fuq il-lemin jew fuq ix-xellug, għandu jollu sistema ta’aġġustament, li tista’ tkun kemm manwali jew awtomatika, li tippermetti li l-bilanċ tal-brejkijiet jkun faċilment miġjub lura għan-normal.

4.1.2.2. Brejkijiet ta’ l-ipparkjar

4.1.2.2.1. Il-brejk ta’ l-ipparkjar għandu jippermetti lit-trattur biex jibqa’ wieqaf f’telgħa jew f’niżla anke fl-assenza tas-sewwieq, il-partijiet li jaħdmu jinżammu f’pożizzjoni magħluqa bi strument purament mekkaniku. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ brejk li jaġixxi fuq it-trasmissjoni. Is-sewwieq għandu jkun kapaċi japplika l-brejk ta’ l-ipparkjar mis-sedil tiegħu; azzjoni ripetuta biex tinkiseb l-effiċjenza meħtieġa hija permessa.

4.2. Il-karatteristiċi ta’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar

4.2.1. Is-sett ta’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar li bihom huwa armat trattur iridu jissodisfaw il-ħtiġijiet stabbiliti għall-brejkijiet tas-servizz u ta’ l-ipparkjar.

4.2.2. L-mezzi ta’ l-ibbrejkjar tas-servizz u ta’ l-ipparkjar jistgħu jkollhom komponenti komuni, basta li huma jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

4.2.2.1. għandu ikun hemm ta’ lanqas żewġ kontrolli, indipendenti minn xulxin u faċilment aċċessibbli għas-sewwieq mis-sedil tas-sewqan; għandu ikun possibbli li din in-neċessita’ tintlaħaq meta s-sewwieq ikun liebes iċ-ċintorin tas-sigurtà,

4.2.2.2. fil-każ ta’ ħsara ta’ kwalunkwe komponent ta’ l-istrument ta’ l-ibbrejkjar barra dak tal-brejkijiet (kif definit f’1.6) jew ta’ kwalunkwe ħsara oħra fl-istrument ta’ l-ibbrejkjar tas-servizz (ħdim ħażin, konsum parzjali jew sħiħ ta’ riserva ta’ enerġija), għandu ikun possibbli li t-trattur jitwaqqaf bil-mod b’deċelerazzjoni ugwali għal-lanqas 50 % tal-valur stabbilit fi 2.1.1. ta’ l-Anness II.

Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikunu ssodisfati meta jinkiseb ibbrejkjar residwu fuq ir-roti lokalizzati fuq iż-żewġ naħattal-pjan lonġitudinali medjan (mingħajr ma t-trattur jiddevja mill-korsa tiegħu).

Għall-iskopijiet ta’ din is-sezzjoni, il-lieva u l-cam assemblies, jew assemblei simili, permezz ta’ liema il-brejkijiet ikunu applikati, ma għandhomx jitqiesu li huma suġġet għal ħsara.

4.2.3. Fejn isir użu ta’ enerġija barra dik muskolari tas-sewwieq, jista’ ma jkunx hemm bżonn iktar minn sors wieħed ta’ tali enerġija (eż. pompa hydraulic, kompressur ta’ l-arja, eċċ.) basta li l-ħtiġijiet ta’ 4.2.2 jkunu milħuqa.

4.2.4. L-istrument ta’ l-ibbrejkjar tas-servizz għandu jaġixxi fuq iżewġ roti ta’ almenu wieħed mill-fusien.

4.2.5. L-azzjoni ta’ l-istrument ta’ l-ibbrejkjar tas-servizz għandu ikun distribwit bejn ir-roti ta’ l-istess fus simetrikament f’relazzjoni mal-pjan lonġitudinali medjan tat-trattur.

4.2.6. L-istrument ta’ l-ibbrejkjar tas-servizz u l-istrument ta’ l-ibbrejkjar tal-parkeġġ għandhom jaġixxu fuq uċuh ta’ l-ibbrejkjar magħqudin permanentement mar-roti permezz ta’ komponenti ta’ saħħa adegwata. M’għandux ikun possibbli li wiċċ ta’ l-ibbrejkjar ikun mifrud minn mar-roti.

Meta fus wieħed ikun suġġett għall-ibbrejkjar, id-differenzjal ma għandx ikun immuntat bejn il-brejk tas-servizz u r-roti ta’ dak il-fus; meta żewġt ifusien ikunu suġġetti għall-ibbrejkjar, id-differenzjal jista’ jkun immuntat bejn il-brejk tas-servizz u r-roti ta’ wieħed jew taż-żewġt ifusien.

4.2.7. Ittekil fuq il-brejkijiet għandu ikun faċilment kompensat permezz ta’ sistema ta’aġġustament manwali jew awtomatiku. Addizzjonalment, il-kontroll u l-komponenti tat-trasmissjoni u l-brejkijiet għandu ikollhom riserva ta’ vjaġġar tali, li meta l-brejkijiet jisħnu jew meta l-lastiku tal-brejkijiet ikun laħaq ċertu grad t’ittekil, ibbrejkjar effettiv jkun żgurat mingħajr ma jkun hemm bżonn aġġustament immedjat.

4.2.8. Fi strumenti ta’ l-ibbrejkjar hydraulic, il-portijiet li jiġu mimlija tal-kontenituri tal-fluwidu għandhom jkunu faċilment aċċessibbli, addizzjonalment il-kontenituri tal-fluwidu tar-riserva iridu jkunu hekk magħmula li l-livell tal-fluwidu tar-riserva jkun jista’ jiġi faċilment spezzjonat mingħajr ma jkollhom jinfetħu l-kontenituri.

4.2.9. Kull trattur mgħammar bi brejk attivat minn kontenitur ta’ riserva ta’ l-enerġija jrid, fejn l-esekuzzjoni ta’ l-ibbrejkjar preskritta hija mpossibbli mingħajr l-użu ta’ enerġija maħżuna, ikun mgħammar bi strument ta’ twissija, flimkien mal-gauge ta’ pressjoni, li jagħti sinjal li jista’ jidher jew jinstema’ meta l-enerġija, fi kwalunkwe parti ta’ l-istallazzjoni sal-valv tal-kontroll, taqa’ għal 65 % jew inqas mill-valur normali tagħha. Dan l-istrument għandu ikun direttament u permanentement magħqud maċ-ċirkwit.

4.2.10. Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġijiet ta’ 4.1.2.1, fejn l-użu ta’ sors ta’enerġija awżiljarja huwa essenzjali għall-operazzjoni ta’ l-istrument ta’ l-ibbrejkjar, ir-riserva ta’ l-enerġija trid tkun tali li tiżgura li, jekk tieqaf il-magna, l-esekuzzjoni tal-brejkijiet tibqa’ suffiċjenti biex iwassal lit-trattur biex jieqaf taħt il-kondizzjonijiet preskritti.

4.2.11. Kwalunkwe apparat awżiljarju għandu jiġbed biss l-enerġija tiegħu b’tali mod li l-operazzjoni tiegħu, anke fil-każ ta’ ħsarat fis-sors ta’ l-enerġija, ma jkunx jista’ jikkawża lir-riservi ta’ għoti ta’ enerġija lill-mezzi ta’ l-ibbrejkjar biex jaqgħu taħt il-livell indikat f’4.2.9.

--------------------------------------------------

ANNESS II

TESTIJIET TA’ L-IBBREJKJAR U AĠIR TA’ L-MEZZI TA’ L-IBBREJKJAR

1. TESTIJIET TA’ L-IBBREJKJAR

1.1. Ġenerali

1.1.1. L-esekuzzjoni preskritta għall-mezzi ta’ l-ibbrejkjar tas-servizz għandu jkun bbażat fuq d-deċelerazzjoni medja kkalkulata fuq id-distanza tal-waqfien. Id-distanza tal-waqfien għandha tkun id-distanza koperta mit-trattur mill-mument meta s-sewwieq jibda jattwa l-kontroll ta’ l-istrument sal-mument li fih it-trattur jieqaf.

L-esekuzzjoni preskritta għall-istrument ta’ l-ibbrejkjar tal-parkeġġ għandha tkun ibbażata fuq il-kapaċità biex jinżamm it-trattur stazzjonarju kemm f’telgħa kif ukoll f’niżla.

1.1.2. Għall-approvazzjoni tat-tip ta’ kwalunkwe trattur, l-esekuzzjoni ta’ l-ibbrejkjar għandha tkun imkejla waqt testijiet fit-triq magħmula taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.1.2.1. Il-kondizzjoni tat-trattur rigward piż trid tkun preskritta għal kull tip ta’ test u tkun speċifikata fir-rapport tat-test,

1.1.2.2. waqt it-testijiet il-forza applikata fuq il-kontroll tal-brejk sabiex tinkiseb l-esekuzzjoni preskritta ma tistax teċċedi is-60 daN fuq il-pedala tal-kontroll u l-40 dan fuq il-kontrolli mħaddma bl-idejn,

1.1.2.3. it-triq għandu ikollha wiċċ li jaffordja adeżjoni tajba,

1.1.2.4. it-testijiet iridu jsiru meta ma jkunx hemm riħ li jista’ jaffettwa r-riżultati,

1.1.2.5. fil-bidu tat-testijiet it-tyres iridu jkunu kesħin u fil-pressjoni preskritta għat-tagħbija li attwalment iġorru r-roti meta t-trattur ikun wieqaf,

1.1.2.6. L-esekuzzjoni preskritta trid ikun miksuba mingħajr illokkjar tar-roti, mingħajr devjazzjoni tat-trattur mill-korsa tiegħu, u mingħajr vibrazzjonijiet mhux normali.

1.1.3. Waqt it-testijiet, it-trattur għandu jkun mgħammar bi kwalunkwe partijiet intenzjonati mill-fabbrikant għall-operazzjoni ta’ l-mezzi ta’ l-ibbrejkjar tal-vettura rmunkata kif msemmi fil-1.9. 1.10, 1.11 u 1.12 ta’ l-Anness I.

1.2. Test tat-tip 0

(test ta’ esekuzzjoni ordinarja bil-brejkijiet kesħin)

1.2.1. Ġenerali

1.2.1.1. Il-brejkijiet iridu jkunu kesħin fil-bidu tat-test. Brejk huwa kkunsidrat li jkun kiesaħ jekk titwettaq kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.2.1.1.1. it-temperatura mkejla fuq id-disk jew fuq barra tad-dramm trid tkun taħt il-100 °C,

1.2.1.1.2. fil-każ ta’ brejkijiet magħluqin għal kollox, inklużi brejkijiet mgħaddsin fiż-żejt, it-temperatura mkejla fuq barra l-qafas trid tkun taħt 50 °C,

1.2.1.1.3. il-brejkijiet ma għandhomx ikunu tħaddmu għal siegħa.

1.2.1.2. Matul it-test ta’ l-ibbrejkjar, fus mhux ibbrejkjat, meta jkun jista’ jiġi maħlul, ma jridx ikun magħqud ma’ fus ibbrejkjat.

1.2.1.3. It-test għandu isir taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.2.1.3.1. it-trattur għandu ikun mgħobbi sal-piż massimu tiegħu, b’fus mhux ibbrejkjat mgħobbi wkoll sal-piż massimu teknikament permessibli; ir-roti tal-fus ibbrejkjat iridu jkunu mgħammra bl-ikbar tyres intenzjonati għal dak it-tip ta’ trattur mill-manifattur. Għal tratturi li jibbrejkjaw fuq ir-roti kollha, il-fus ta’ quddiem għandu ikun mgħobbi sal-piż massimu teknikament permessibli.

1.2.1.3.2. it-test għandu ikun ripetut fuq trattur mhux mgħobbi li jġorr biss is-sewwieq u jekk ikun hemm bżonn persuna responsabbli għas-segwien tar-riżultati tat-test; it-trattur għandu ikun mgħammar bl-ikbar tyres rakkomandati mill-manifattur,

1.2.1.3.3. il-limiti preskritti għall-esekuzzjoni minima, kemm għat-testijiet bit-trattur mhux mgħobbi kif ukoll għat-testijiet bih mgħobbi, ikunu dawk stabbiliti fi 2.1.1,

1.2.1.3.4. it-triq trid tkun livellata.

1.2.2. It-test tat-tip 0 għandu jitwettaq:

1.2.2.1. bid-disinn ta’ veloċità massima bit-trasmissjoni newtrali,

1.2.2.2. tolleranza ta’ ± 10 % hija permessa fuq il-veloċità tat-test,

1.2.2.3. l-esekuzzjoni minima preskritta trid tkun milħuqa.

1.3. Test tat-tip I

(test ta’ fade)

1.3.1. Tratturi mgħobbija għandhom ikunu ttestjati b’tali mod li d-dħul ta’ l-enerġija tkun ekwivalenti għal dik irrekordjata fl-istess perijodu ta’ żmien bi trattur mgħobbi misjuq b’ veloċità fissa ta’ 80 % - 5 % ta’ dik stabbilita għat-testijiet tat-tip 0 f’niżla ta’ 10 % għal distanza ta’ 1 km, bit-trasmissjoni fin-newtral.

1.3.2. Fl-aħħar tat-test, l-esekuzzjoni residwa ta’ l-istrument ta’ l-ibbrejkjar tas-servizz għandha tkun imkejla taħt l-istess kondizzjonijiet tat-test tat-tip 0 bit-trasmissjoni fin-newtral (taħt kondizzjonijiet ta’ temperaturi differentital-rotta).

2. AĠIR TA’ L-MEZZI TA’ L-IBBREJKJAR

2.1. L-mezzi ta’ l-ibbrejkjar tas-servizz

2.1.1. Il-brejkijiet tas-servizz ta’ tratturi għandhom:

2.1.1.1. taħt kondizzjonijiet tat-test tat-tip 0 jiksbu deċelerazzjoni medja, ikkalkulata mid-distanza tal-waqfien, ta’ lanqas ta’ 2 74 m/s2,

2.1.1.2. wara t-test tat-tip I, jipproduċu esekuzzjoni residwa ta’ mhux inqas minn 75 % ta’ dik preskritta, u mhux inqas minn 60 % tal-valur irrekordjat waqt it-test tat-tip 0 (bit-trasmissjoni fin-newtral).

2.2. L-mezzi ta’ l-ibbrejkjar tal-parkeġġ

2.2.1. L-istrument ta’ l-ibbrejkjar tal-parkeġġ irid, anke jekk hu ikkombinat ma’ wieħed mill-mezzi l-oħra ta’ l-ibbrejkjar, ikun kapaċi jżomm trattur mgħobbi wieqaf f’telgħa jew niżla ta’ 18 % pendenza.

2.2.2. Dwar tratturi li magħhom huwa awtorizzat l-irmonk ta’ wieħed jew iktar karrijiet, l-istrument ta’ l-ibbrejkjar tal-parkeġġ tat-trattur għandu ikun kapaċi jżomm il-kombinazzjoni tal-vettura, inkluż t-trattur mhux mgħobbi u t-karru mhux ibbrejkjat ta’ l-istess piż (li ma jeċċedix tliet tunnellati metriċi), wieqaf f’telgħa jew niżla ta’ 12 % pendenza.

2.2.3. Strument ta’ l-ibbrejkjar tal-parkeġġ li għandu ikun attwat diversi drabi qabel ma tinkiseb l-esekuzzjoni preskritta huwa permissibbli.

--------------------------------------------------

ANNESS III

BREJKIJIET TAL-MOLOL

1. DEFINIZZJONI

"Brejkijiet tal-molol" huma brejkijiet għal liema l-enerġija meħtieġa għall-ibbrejkjar hija fornuta minn waħda jew iktar molol li jaġixxu bħala akkulumaturi ta’ l-enerġija.

2. ĦTIĠIJIET SPEĊJALI

2.1. Brejk tal-molol ma’ jistax jintuża bħala brejk tas-servizz.

2.2. Varjazzjoni żgħira fi kwalunkwe limiti ta’ pressjoni li tista’ tiġri fil-kamra tal-kompressjoni tal-brejk ma għandhiex tikkawża varjazzjoni sinifikanti fil-qawwa ta’ l-ibbrejkjar.

2.3. Iċ-ċirkwit li jagħti lill-kamra tal-kompressjoni tal-molla għandu jinkludi riserva ta’enerġija li ma tforni l-ebda strument jew apparat ieħor. Din il-ħtieġa ma tapplikax jekk il-molol jkunu jistgħu jkun mantnuti fl-istat kompressat billi jiġu użuti żewġ sistemi indipendenti jew iktar.

2.4. L-istrument għandu jkun hekk iddisinjat li jkun possibbli biex tapplika u tħoll il-brejkijiet ta’ lanqas tliet darbiet li jibdew bi pressjoni inizjali fil-kamra tal-kompressjoni tal-molla ugwali għall-pressjoni massima iddisinjata. Din il-ħtieġa trid tintlaħaq meta l-brejkijiet jkunu aġġustati qrib xulxin kemm jista’ jkun.

2.5. Il-pressjoni fil-kamra tal-kompressjoni taħt liema il-molol jibdew jattwaw il-brejkijiet, b’ta’ l-aħħar aġġustati kemm jista’ jkun qrib xulxin, ma tistax tkun ikbar minn 80 % tal-livell minimu tal-pressjoni normali li tista’ tagħmel użu minnha.

2.6. Meta l-pressjoni fil-kamra tal-kompressjoni tal-molla taqa’ fil-livell ta’ liema l-partijiet tal-brejk jibdew jiċċaqilqu, għandu jkun attivat sinjal ta’ twissija li jkun jidher jew jinstema’. Jekk din il-ħtiega hija milħuqa, l-istrument ta’ twissija jista’ jkun dak speċifikat f’4.2.9 ta’ l-Anness I.

2.7. Fuq tratturi mgħammra bi brejkijiet tal-molol u awtorizzati li jiġbdu karrijiet bi brejkijiet kontinwi jew semi-kontinwi, applikazzjoni awtomatika tal-brejkijiet tal-molol trid tikkawża li jkunu applikati l-brejkijiet tat-karru.

3. SISTEMA TA’ ĦELSIEN

3.1. Brejkijiet tal-molol iridu jkunu hekk iddisinjati li, fil-każ ta’ ħsara, jkun possibbli li jkunu meħlusa mingħajr l-użu tal-kontroll normali tagħhom. Dan jista’ jinkiseb bl-użu ta’ strument awżiljarji (pnewmatiku, mekkaniku, eċċ.)

3.2. Jekk l-operazzjoni ta’ l-istrument awżiljarji li hemm riferenza għalih fi 3.1 jeħtieġ l-użu ta’ għodda jew spaner, l-għodda jew spaner iridu jinżammu fuq it-trattur.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

IBBREJKJAR TAL-PARKEĠĠ B’GĦELUQ MEKKANIKU TAĊ-ĊILINDRI TAL-BREJK (LOCK ACTUATORS)

1. DEFINIZZJONI

"Illokkjar mekkaniku" taċ-ċilindri tal-brejk’ jfisser strument biex jiżgura l-operazzjoni tal-brejk tal-parkeġġ b’files mekkaniku fuq il-virga tal-piston tal-brejk.

Illokkjar mekkaniku jseħħ meta l-kamra ta’ l-illokjar titbattal mill-arja kkompressata; l-istrument ta’ l-illokkjar mekkaniku għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jkun jista jinħeles meta l-kamra ta’ l-illokkjar terġa’ tkun suġġetta għall-presjoni.

2. ĦTIĠIJIET SPEĊJALI

2.1. Meta l-pressjoni fil-kamra ta’ l-illokkjar toqrob lejn il-livell korrispondenti għall-illokkjar mekkaniku, sistema ottika jew akustika ta’ twissija trid tkun attivata.

2.2. Fil-każ ta’ attwaturi ta’ l-ibbrejkjar mgħammra bi strument ta’ illokkjar mekkaniku, l-attwatur tal-brejk għandu ikun addattat biex jiġi attwat b’kull waħda minn żewġ riservi ta’ l-enerġija.

2.3. Iċ-ċilindru tal-brejk illokkjat jista’ jinħall biss jekk ikun ċert li l-brejk jista’ jkun operat mill-ġdid wara tali ħelsien.

2.4. Fil-każ ta’ ħsara fis-sors ta’ l-enerġija li tissupplixxi lill-kamra ta’ l-illokkjar, strument għall-ħelsien awżiljarju (mekkaniku jew pnewmatiku, per eżempju) li juża, per eżempju, l-arja f’wieħed mit-tyres tat-trattur għandu ikun pprovdut.

--------------------------------------------------

ANNESS V

MUDELL

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top