EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31974L0347

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-firxa tal-viżjoni u l-wipers tal-windscreen għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija

ĠU L 191, 15.7.1974, p. 5–10 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2008; Imħassar b' 32008L0002

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1974/347/oj

31974L0347



Official Journal L 191 , 15/07/1974 P. 0005 - 0010
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0034
Greek special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0266
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0034
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0007
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 4 P. 0007


Id-Direttiva tal-Kunsill

tal-25 ta’ Ġunju 1974

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-firxa tal-viżjoni u l-wipers tal-windscreen għal tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(74/347/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropej [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-ħtiġiet tekniċi li magħhom it-tratturi għandhom ikunu konformi permezz tal-liġijiet nazzjonali li jirrelataw, inter alia għall-firxa tal-viżjoni u wipers tal-windscreen;

Billi dawn il-ħtiġiet huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor; billi għaldaqstant huwa meħtieġ li l-Istati Membri kollha jaddottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, jippermettu l-proċedura għall-approvazzjoni tat-tip KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 74/150/KEE [3] ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija sabiex tkun applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ tractor,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

1. "Tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija" tfisser kull vettura bil-mutur, mgħammra bir-roti jew b’ċineg mingħajr tarf u li għandhom għallanqas żewġ fusien, li l-funzjoni prinċipali tagħhom tinsab fil-qawwa tal-ġibda u li hija disinjata b’mod speċjali sabiex tirmonka, timbotta, ġġorr jew tħaddem għodod, makkinarju jew karrijiet intiżi għall-użu għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Dan jista’ tkun mgħammrar sabiex iġġorr tagħbija jew passiġġieri.

2. Din id-Direttiva għandha tgħodd biss għall-tratturi definiti fil-paragrafu preċedenti li huma mgħammra b’tyres prewmatiċi u li għandhom żewġ fusien u veloċità ddisinjata massima ta’ bejn 6 u 25 km fis-siegħa.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jiċħad li jagħti l-approvazzjoni tat-tip KEE jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għall-tractor għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-firxa tal-vista jew wipers tal-windscreen jekk dawn ikunu konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jiċħad li jirreġistra jew jipprojbixxi l-bejgħ, id-dħul fis-servizz jew l-użu ta’ tratturi għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-firxa tal-vista jew tal-wipers tal-windscreen jekk dawn dawn ikunu konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 4

L-emendi meħtieġa għall-adattazzjoni għall-progress tekniku l-ħtiġiet ta’ l-Anness għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva Nru 74/150/KEE.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha u minnufih għandhom jgħarrfu b’dan lill-Kummissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet ewliena tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva jiġu komunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-25 ta’ Ġunju 1974.

Għall-Kunsill

Il-President

H. D. Genscher

[1] ĠU C 28, tas-17.2.1967, p. 462/67.

[2] ĠU C 42, tas-7.3.1967, p. 620/67.

[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

FIRXA TAL-VISTA

DEFINIZZJONIJIET U ĦTIĠIET

1. DEFINIZZJONIJIET

1.1. Firxa tal-vista

"Firxa tal-vista" tfisser id-direzzjonijiet kollha ‘l quddiem u laterali li fihom is-sewwieq tat-tractor ikun jista’ jara.

1.2. Punt ta’ referenza

"Punt ta’ referenza" ifisser il-pożizzjoni, stabbilita permezz tal-konvenzjoni, ta’ l-għajnejn tas-sewwieq tat-tractor nozjonalment lokalizzati f’punt partikolari. Il-punt ta’ referenza qiegħed fil-wita parallela sal-wita medjana lonġitudinali tat-tractor u jgħaddi miċ-ċentru tas-sedil, 700 mm vertikalment ‘il fuq mil-linja ta’ l-interċezzjoni ta’ dik il-wita u l-wiċċ tas-sedil u 270 mm fid-direzzjoni tal-parti li twieżen il-pelvi mill-wita vertikali li tgħaddi mix-xifer ta’ quddiem tal-wiċċ tas-sedil u perpendikulari għall-wita medjana lonġitudinali tat-tractor (il-Figura 1). Il-punt ta’ referenza hekk stabbilit huwa rrelatat mas-sedil meta ma jkunx okkupat u mwaħħal fil-pożizzjoni ċentrali speċifikata mill-manifattur tat-tractor.

1.3. Nofs-ċirku tal-viżjoni

"In-nofs-ċirku tal-viżjoni" ifisser in-nofs-ċirku deskritt mir-raġġ ta’ 12-il metru madwar punt li jinsab fil-wita orizzontali tat-triq vertikalment ‘l isfel mill-punt ta’ referenza, b’tali mod li, meta tħares lejn id-direzzjoni taċ-ċaqliq, l-ark tan-nofs-ċirku jkun quddiem it-tractor, filwaqt li d-dijametru li jgħaqqad in-nofs-ċirku jkun f’angoli ta’ 90 grad ma’ l-assi lonġitudinali tat-tractor (il-Figura 2).

1.4. L-effett tal-maskra

"L-effett tal-maskra" ifisser il-kordi tas-setturi tan-nofs-ċirku tal-viżjoni li ma jistgħux jidhru minħabba l-komponenti strutturali, e.g., l-pilastri tas-saqaf.

1.5. Il-medda tal-viżjoni

"Il-medda tal-viżjoni" tfisser dik il-parti tal-firxa tal-viżjoni mdawra:

1.5.1. minn fuq,

permezz ta’ wita orizzontali li tgħaddi mill-punt ta’ referenza;

1.5.2. fill-wita tat-triq,

miż-żona li qiegħda ‘l barra min-nofs-ċirku tal-viżjoni, u tifforma l-kontinwazzjoni tas-settur tan-nofs-ċirku tal-viżjoni, li l-korda tiegħu hija 9.5 m twila, perpendikulari għall-wita parallela mal-wita medjana lonġitudinali tat-tractor li tgħaddi miċ-ċentru tas-sedil tas-sewwieq u tinqasam minn dik il-wita.

1.6. Iż-żona miknusa mill-wiperstal-windscreen

"Iż-żona miknusa tal-wipers tal-windscreen" tfisser iż-żona tal-wiċċ ta’ barra tal-windscreen miknusa mill-wipers tal-windscreen.

2. ĦTIĠIET

2.1. Ġenerali

It-tratturi għandhom ikunu mibnija u mgħammra b’tali mod li, fit-traffiku tat-triq u fl-użu fl-irziezet u fil-foresti s-sewwieq ikollu firxa tal-viżjoni xierqa, taħt kull kundizzjoni normali marbuta ma’ l-użu tat-toroq ewlenin u għal xogħol maħdum fl-għelieqi u fil-foresti. Il-medda tal-viżjoni hija kkunsidrata xierqa meta s-sewwieq ikollu, sakemm ikun possibbli, viżjoni ta’ parti minn kull rota ta’ quddiem u meta l-ħtiġiet li ġejjin ikunu mwettqa.

2.2. L-ivverifikar tal-medda tal-viżjoni

2.2.1. Il-proċedura sabiex ikunu stabbiliti l-effetti maskra

2.2.1.1. It-tractor għandu jitqiegħed fuq wiċċ orizzontali kif muri fil-figura 2. Fuq livell ta’ appoġġ orizzontali mal-punt ta’ referenza, għandu jkun hemm immuntati żewġ sorsi ta’ dawl 65 mm ‘l bogħod minn xulxin u mmuntati simetrikament madwar il-punt ta’ referenza. L-appoġġ għandu jkun idur fuq il-punt ċentrali tiegħu madwar assi vertikali li jgħaddu mill-punt ta’ referenza. Għall-fini li jkunu mkejla l-effetti maskra, l-appoġġ għandu jkun hekk allinejat li l-linja li tgħaqqad iż-żewġ sorsi tad-dawl tkun perpendikulari għal-linja li tgħaqqad il-komponent tal-maskra u l-punt ta’ referenza. Is-sovrappost tas-silwett proġettat fuq in-nofs-ċirku tal-viżjoni mill-komponent tal-maskra bħala riżultat li jixgħel is-sorsi tad-dawl alternattivament għandu jkun irreġistrat skond punt 1.4 (il-Figura 3).

2.2.1.2. L-effetti ta’ l-għata m’għandhomx jeċċedu 600 mm.

2.2.1.3. L-effetti tal-maskra minħabba l-komponenti strutturali li jmissu ‘l fuq minn 80 mm fil-wisa’ għandhom jitqiegħdu b’tali mod li l-linja li tgħaqqad iċ-ċentri tal-kordi inviżibbli tas-setturi tan-nofs-ċirku tal-viżjoni ma tkunx anqas minn 2.50 m fit-tul.

2.2.1.4. Ma jistax ikun hemm aktar minn sitt effetti maskra fin-nofs-ċirku tal-viżjoni u mhux aktar minn tnejn ġewwa s-settur tal-viżjoni definit fil-punt 1.5.

2.2.1.5. L-effetti maskra li jeċċedu s-600 mm imma ma jeċċedux l-1200 mm huma, b’danakollu, permessibbli jekk il-komponenti li jikkawżawhom ma jistgħux ikunu ddisinnjati mill-ġdid jew rilokati. M’għandux ikunu hemm aktar minn żewġ effetti maskra bħal dawn u dawn għandhom ikunu il-barra mis-settur tal-viżjoni.

2.2.1.6. Inħawi mhux viżibbli ikkawżati minn mirja li juru wara tat-tip approvat jistgħu ma jkunux ikkunsidrati jekk id-disinn ta’ dawn il-mirja huwa tali li ma jkunux jistgħu jkunu nstallati f’xi mod ieħor.

2.2.2. Id-determinazzjoni matematika ta’ l-effett maskra għall-viżjoni binokulari:

2.2.2.1. bħala alternattiva għal din il-proċedura stabbilita fil-punt 2.2.1, l-aċċettabilità ta’ l-effetti maskra individwali jistgħu ikunu stabbiliti matematikalment. Il-ħtiġiet tal-punti 2.2.1.3, 2.2.1.4, 2.2.15 u 2.2.1.6 għandhom japplikaw fir-rigward tal-qies, id-distribuzzjoni u n-numru ta’ l-effetti maskra;

2.2.2.2. v =

b−65

a

li fiha:

“a” hija d-distanza f’millimetri bejn il-viżjoni mfixkla tal-komponent u l-punt ta’ referenza imkejjel matul ir-raġġ viżwali li jgħaqqad il-punt ta’ referenza, ċ-ċentru tal-komponent u d-dawra tan-nofs-ċirku tal-viżjoni;

“b” hija l-wisa’ f’millimetri tal-viżjoni mfixkla tal-komponent imkejla orizzontalment u perpendikulari għar-raġġ viżwali.

2.3. Il-metodi tat-test referut taħt il-punt 2.2 jistgħu jiġu mibdula b’oħrajn jekk ta’ l-aħħar jistgħu juru li huma ekwivalenti.

2.4. Meta, fil-każ ta’ l-effetti maskra, l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva Nru 74/150/KEE għandu jkun applikat, il-proċedura użata għandha tkun dik mogħtija taħt il-punt 2.2.2.

2.5. Iż-żona trasparenti tal-windscreen

Jekk it-tractor ikollu windscreen imwaħħal, iż-żona trasparenti tiegħu għandha tkun tali li l-ħtiġiet tal-punt 2.2 ikunu sodisfatti.

2.6. Il-wipers tal-windscreen

2.6.1 It-tratturi li jkollhom windscreens imwaħħla għandhom ikunu mgħammra wkoll b’wipers tal-windscreen imħaddma bil-mutur u ż-żona mimsuħa minn dawn il-wipers għandha tiggarantixxi l-vizjoni bla xkiel ‘il quddiem li tikkorrispondi għal korda tan-nofs-ċirku ta’ viżjoni li tkun għallanqas 8m twila fi ħdan is-settur tal-viżjoni.

2.6.2. Ir-rata ta’ l-operazzjoni tal-wipers tal-windscreen għandha tkun għallanqas 20 ċiklu kull-minuta.

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top