EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31971L0347

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Ottubru 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kejl tal-massa standard ta’ kull volum ta’ ħażna ta’ ċereali

ĠU L 239, 25.10.1971, p. 1–8 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1971(III) P. 852 - 859

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/12/2015; Imħassar b' 32011L0017

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1971/347/oj

31971L0347



Official Journal L 239 , 25/10/1971 P. 0001 - 0008
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0075
Danish special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0757
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0075
English special edition: Series I Chapter 1971(III) P. 0852
Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0214
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 2 P. 0091
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 2 P. 0091


Id-Direttiva tal-Kunsill

tat-12 ta’ Ottubru 1971

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-kejl tal-massa standard ta’ kull volum ta’ ħażna ta’ ċereali

(71/347/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew [1];

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2];

Billi l-istrumenti u l- metodi wżati fl-Istati Membri sabiex ikejjlu l-piż standard għal kull volum ta’ ħażna ta’ qamħ huma differenti u jaffettwaw b’mod dirett it-tħaddim tas-suq komuni; filwaqt li l-approssimazzjoni tal-liġijiet f’dan il-qasam tiffaċilita n-negozju mhux biss tal-qamħ iżda wkoll ta’ strumenti ta’ kejl;

Billi għal dan il-għan huwa ta’ min wieħed jiddefinixxi karatteristika prinċipali, msemmija il-"Piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna", u jippreskrivi l-ħtiġiet tekniċi li għandhom ikunu sodisfatti mill-istrumenti standard użati sabiex jistabbilixxu dan il-valur ta’ referenza;

Billi strumenti ta’ kejl li l-preċiżjoni tagħhom tkun definita skond dik ta’ strumenti standard u li jkunu għaddew mill-kontrolli li għalihom hemm provdut fid-Direttiva tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 1971 [3] dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dispożizzjonijiet kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku jagħtu garanziji biżżejjed sabiex jiġġustifikaw l-użu legali tagħhom fl-Istati Membri kollha; filwaqt li dawn l-istrumenti ta’ kejl jistgħu konsegwentement ikunu mpoġġija fis-suq madwar il-Komunità kollha;

Billi huwa neċessarju, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ negozju bejn Stati Membri, li jkun projbit il-kejl tal-piż standard għal kull volum ta’ ħażna ta’ qamħ skond id-dispożizzjonijiet u prattiċi varji applikabbli fil-present fil-Komunità; billi l-użu esklussiv u obbligatorju tal-piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna fl-Istati Membri kollha ma jħallix nuqqas ta’ qbil fuq negozju ġewwa l-Komunità dwar dan il-metodu ta’ kejl;

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha x’taqsam ma’:

(a) id-definizzjoni tal-karatteristika ta’ qamħ imsemmija "masse à l’hectolitre CEE", "EEG natuurgewicht", "EWG-Schüttdichte", "peso ettolitrico CEE" (piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna);

(b) il-ħtiġiet għall-kostruzzjoni u utilizzazzjoni teknika ta’ l-istrument standard ta’ referenza wżat sabiex jistabbilixxi il-piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna;

(ċ) il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti mill-istrumenti mħaddma wżati sabiex ikejjlu l-piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna.

Artikolu 2

1. Il-piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna hu r-ratio tal-piż imfisser f’kilogrammi għall-volum imfisser f’ettolitri, kif stabbilit għal kwalunkwe tip ta’ qamħ b’kejl bi strument u skond metodu li jkun f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

2. Il-piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna ta’ "referenza" hu l-piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna kif stabbilit b’kejl bi strument standard tal-Komunità jew nazzjonali magħmul u wżat bi qbil mal-Kapitoli I u II ta’ l-Anness I.

3. Il-piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna hu mfisser f’kilogrammi għal kull ettolitru sa żewġ postijiet deċimali.

Artikolu 3

1. L-istrument standard tal-Komunità għandu jkun depożitat għand is-Servizz Metroloġiku tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Kull għaxar snin ta’ l-inqas, strumenti standard nazzjonali għandhom, f’konformità ma’ l-Anness I, jiġu kontrollati ma’ l-istrument standard tal-Komunità u jkunu aġġustati kif xieraq permezz ta’ strument standard ta’ l-istess tip li jista’ jkun trasportat.

2. Strument standard li jista’ jkun trasportat huwa strument mingħajr miżien iżda, madankollu, jkollu l-istess karatteristiċi bħall-istrumenti standard tal-Komunità u nazzjonali.

Artikolu 4

1. Għall-għanijiet ta’ negozju, it-terminu piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna jista’ jkun użat biss sabiex isemmi karatteristika ta’ qamħ li ġie imkejjel bi strumenti li jikkonformaw mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

2. Għall-għanijiet ta’ negozju tal-qamħ bejn l-Istati Membri, il-karatteristika msemmija piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna tista’ tkun biss il-piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna li hu definit hawn fuq.

Artikolu 5

L-istrumenti ta’ kejl użati għal għanijiet ta’ negozju sabiex jistabbilixxu l-piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna ta’ qamħ għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ l-Anness II.

Għandhom ikunu soġġetti għal approvazzjoni tal-għamla tal-KEE u għal verifika inizjali tal-KEE.

Għandhom ikunu mibnija u wżati bi qbil mal-kondizzjonijiet speċifikati fiċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tal-għamla tal-KEE.

Għandhom juru l-marki u s-simboli tal-KEE.

Artikolu 6

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta, jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq jew id-dħul fis-servizz ta’ strumenti ta’ kejl użati sabiex jistabbilixxu l-piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna, fejn tali strumenti juru s-simbolu ta’ approvazzjoni tal-għamla tal-KEE u l-marka ta’ verifika inizjali tal-KEE.

Artikolu 7

1. Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar minn- notifika tagħha u għandhom jinfurmaw mill-ewwel lill-Kummissjoni bihom.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali ta’ liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-12 ta’ Ottubru 1971.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Viglianesi

[1] ĠU C 63, tat-28.5.1969, p. 27.

[2] ĠU C 4, ta’ l-14.1.1969, p. 4.

[3] ĠU L 202, tas-6.9.1971, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

STRUMENTI STANDARD WŻATI SABIEX IKEJJLU L-PIŻ STANDARD TAL-KEE GĦAL KULL VOLUM TA’ ĦAŻNA TA’ QAMĦ

I. ĦTIĠIET TA’ KOSTRUZZJONI

1. Strumenti standard jikkonsistu f’kejl ta’ kapaċità, aġġeġġ ta’ mili, barraxa, miżien u reċipjent ta’ mili.

Il-partijiet kollha ta’ l-istrumenti għandhom ikunu mibnija b’saħħithom u b’attenzjoni; l-uċuħ kollha li jiġu f’kuntatt mall-qamħ għandhom ikunu lixxi u magħmula minn metall li jkun virtwalment stabbli, p.eż. ram, azzar li ma jsaddadx, ta’ ħxuna biżżejjed sabiex iżomm l-għamla tiegħu matul użu normali.

2. Kejl ta’ kapaċità

2.1. Il-kejl ta’ kapaċità ikun fil-forma ta’ ċilindru wieqaf, tond; it-tarf ta’ fuq ikun ċatt għal kollox matul pjan perpendikolari sal-fus tiegħu.

2.2. Matul il-ħidma ta’ mili l-kejl ta’ kapaċità ikun dejjem fl-istess pożizzjoni taħt l-aġġeġġ ta’ mili.

2.3. ‘Il fuq mill-kejl ta’ kapaċità, meta jkun fil-pożizzjoni ta’ mili, jiġi mwaħħal ċirku ta’ mili li jkun immuntat matul l-istess fus u jkollu l-istess dijametru minn ġewwa daqs tal-kejl ta’ kapaċità, x-xafra tal-barraxa timxi bi spazju żgħir bejn dawn iż-żewġ komponenti.

3. Aġġeġġ ta’ mili

3.1 L-aġġeġġ ta’ mili jikkonsisti f’delu ta’ mili mgħammar b’aġġeġġ ta’ egħluq u aġġeġġ regolatur.

3.2. Id-delu ta’ mili ikun fil-forma ta’ kon bla ponta li miegħu tkun imwaħħla parti ċilindrika ta’ fuq u nożil li jnixxi li jkun ġej għax-xejn għax-xejn u aktar fil-baxx mgħammra b’aġġeġġ ta’ egħluq.

3.3. Id-delu ta’ mili jkun imwaħħal b’tali mod li fil-pożizzjoni ta’ mili il-fus tiegħu ikun vertikali u jikkoinċidi ma’ dak tal-kejl tal-kapaċità.

3.4. L-aġġeġġ regolatur ikollu profil speċifikat mill-qrib. Ikun jipproġetta ‘l isfel ġewwa n-nożil li jnixxi aktar baxx u l-pożizzjoni tiegħu tkun tista’ tiġi aġġustata fid-direzzjoni vertikali. Il-fus tiegħu jikkoinċidi ma’ dak tad-delu ta’ mili.

4. Barraxa

4.1. Il-barraxa tikkonsisti f’xafra tal-barraxa, gwida u aġġeġġ ta’ ġbid.

4.2. Ix-xafra tal-barraxa tkun ċatta, orizzontali u żżomm il-forma tagħha matul l-użu.

4.3. Il-gwida tillimita x-xafra tal-barraxa milli tiċċaqlaq bejn ir-rimm t’isfel taċ-ċirku ta’ mili u r-rimm ta’ fuq tal-kejl ta’ kapaċità.

4.4. L-aġġeġġ ta’ ġbid ipoġġi x-xafra tal-barraxa f’moviment kontinwu ġewwa l-qamħ.

4.5. Wara l-mili u l-użin tal-miżura ta’ kapaċità, il-qamħ żejjed fuq ix-xafra tal-barraxa fiċ-ċirku ta’ mili jkun miġbur fir-reċipjent.

5. Miżien

5.1. Il-kejl ta’ kapaċità, mimli bil-qamħ, jintiżen fuq miżien ta’ equal arm li jerfa’ 50 kg.

5.2. Il-piż tal-parti tal-miżien li fuqha jitpoġġew il-piżijiet jibbilanċja l-kejl ta’ kapaċità vojt.

6. Assemblaġġ ġenerali

6.1. Il-partijiet varji ta’ l-istrument, minbarra l-kejl ta’ kapaċità u l-miżien, ikunu mwaħħla fuq qafas b’tali mod li r-rimm ta’ fuq tal-kejl ta’ kapaċità, fil-pożizzjoni ta’ mili, jkun orizzontali.

6.2. Il-qafas ta’ l-istrument ikun mgħammar b’lenza tar-riegla li tkun twila ta’ l-inqas 500 mm, jew b’invell. Dawn l-aġġeġġi għandhom ikunu bejn il-marki ta’ referenza meta r-rimm ta’ fuq tal-kejl ta’ kapaċità, fil-pożizzjoni ta’ mili, jkun orizzontali.

7. Dimensjonijiet tal-komponenti varji.

Kejl ta’ kapacità

Dijametru minn ġewwa | 295 mm ± 1 mm |

Volum | 20 L ± 0.01 L |

Distanza bejn il-wiċċ ta’ ġewwa ta’ isfel tal-kejl u t-tarf tal-qiegħ tan-nożil li jnixxi li ġej għax-xejn għax-xejn ta’ isfel tad-delu ta’ mili | 500 mm ± 2 mm |

Distanza bejn ix-xafra tal-barraxa u r-rimm tal-kejl ta’ kapacità | 0.5 mm ± 0.2 mm |

Ċirku ta’ mili

Dijametru minn ġewwa | 295 mm ± 1 mm |

Delu ta’ mili

Tul tal-fus tal-parti ċilindrika ta’ fuq | 120 mm ± 2 mm |

Tul tal-fus tal-parti f’sura ta’ kon | 240 mm ± 1 mm |

Tul tal-fus tan-nożil li jnixxi li ġej għax-xejn għax-xejn | 80 mm ± 0.5 mm |

Tul totali tal-fus tad-delu | 440 mm ± 3 mm |

Dijametru minn ġewwa tal-parti ċilindrika ta’ fuq | 390 mm ± 1 mm |

Dijametru minn ġewwa tan-nożil li jnixxi li ġej għax-xejn għax-xejn | |

fuq (g’) | 84.5 mm ± 0.5 mm |

isfel (g’’) | 86.5 mm ± 0.5 mm |

Differenza g’’ - g’ | 2 mm ± 0.5 mm |

Aġġeġġ regolatur

Dijametru tal-virga | 11 mm ± 0.2 mm |

Raġġ ta’ l-għonq | 16 mm ± 0.5 mm |

Għoli tal-parti ċilindrika | 5 mm ± 0.5 mm |

Dijametru tal-parti ċilindrika | 33 mm ± 0.2 mm |

Barraxa

Piż tat-toqol ta’ ġbid | 5 kg ± 0.1 kg |

Reċipjent ta’ mili

Volum sar-rimm | 24 L ± 0.1 L |

8. Figura

L-istrument standard hu muri fid-dijagramma mehmuża

II. STRUZZJONIJIET TA’ TĦADDIM

Il-qamħ li għandu jkun imkejjel għandu jkun mingħajr impuritajiet u bejn wieħed u ieħor f’temperatura ambjentali. Għandu jkun imnixxef bl-arja, i.e. f’ekwilibriju igroskopiku ma’ l-arja ta’ l-ambjent. Għal dan il-għan ikun mifrux f’saff irqieq u jitħalla mhux iddisturbat għal bejn wieħed u ieħor għaxar siegħat qabel ma jiġi ttrasferit. L-umdità relattiva ta’ l-arja ta’ l-ambjent ma għandhiex taqbeż is-60 %.

Il-piż standard għal kull volum ta’ ħażna jiddependi fuq il-kwantità ta’ qamħ użat u l-mod kif ikun ittrasferit lejn id-delu ta’ mili. Għal din ir-raġuni, għandha tkun segwita l-proċedura segwenti:

Qiegħed kejl ta’ kapaċità 1 (ara dijagramma mehmuża) fil-pożizzjoni ta’ mili sabiex il-fus tiegħu jikkoinċidi ma’ dak taċ-ċirku ta’ mili 2 u tad-delu ta’ mili 3, u ressaq il-lîver 15 sabiex il-kejl imsemmi jissakkar f’din il-pożizzjoni b’virga li ssakkar 16. Ressaq ix-xafra tal-barraxa 9 għall-pożizzjoni tal-bidu tagħha u sakkarha fil-pożizzjoni mal-lîver 12. Uża viti 19 sabiex il-qafas 20 ikun aġġustat, sabiex ir-rimm ta’ fuq tal-kejl ta’ kapaċità 1 ikun fi pjan orizzontali matul il-mili.

24 litru ta’ qamħ jitpoġġew issa fir-reċipjent ta’ mili (mhux muri fid-dijagramma) u mferra’ ġewwa d-delu ta’ mili 3 wara li jkun ġie kkontrollat li l-aġġeġġ ta’ egħluq 4 tan-nożil li jnixxi li ġej għax-xejn għax-xejn 8 ikun fil-pożizzjoni magħluqa. Imbagħad ħoll il-bolt 5 sabiex jinfetaħ l-aġġeġġ ta’ egħluq 4 (li mbagħad jinżamm miftuħ miż-żamma (6), u ħalli l-qamħ jaqa’ fil-kejl ta’ kapaċità 1 wieqaf fuq il-carriage 14. Il-qamħ li jaqa’ jkun protett minn influwenzi esterni permezz ta’ għonq 2a. L-irfid 14a ma jħallix deformazzjoni tar-rails li fuqhom jimxu r-rombli tal-carriage 14.

Il-qamħ żejjed (bejn wieħed u ieħor 4 litri) li kien intefa’ fid-delu 3 sabiex ikun żgurat li l-kejl ta’ kapaċità 1 jimtela b’mod unit jinżamm fiċ-ċirku ta’ mili 2 wara li l-kejl ikun imtela kollu. Sabiex dan iż-żejjed ikun isseparat mill-kontenut tal-kejl ta’ kapaċità 1, iftaħ il-bolt 12 li jagħmel pern fuq magħżel imwaħħal mal-crosspiece 11, sabiex tinħall ix-xafra tal-barraxa 9. It-tarf ta’ quddiem tax-xafra tal-barraxa 9, li tkun azzjonata bit-toqol tal-ġibda 13, tkun taqta’ biżżejjed sabiex taqta’ barra kwalunkwe qamħ fuq ir-rimm tal-kejl ta’ kapaċità 1 li jista’ jostakola brix regolari. Meta x-xafra tal-barraxa 9 tilħaq il-pożizzjoni finali tagħha, uża lîver 15 sabiex jinġibed il-kejl ta’ kapaċità 1 wieqaf fuq il-keriġ 14, neħħi l-kejl minn din il-carriage, qegħdu fuq il-miżien u iżen il-kontenut tiegħu sa ± 5 g.

Iġbed lura x-xafra tal-barraxa 9 sal pożizzjoni tal-bidu tagħha, sabiex il-qamħ żejjed li jkun fuq din ix-xafra jaqa’ fir-reċipjent 17; kwalunkwe qamħ mifrux jiġi ggwidat għal ġewwa r-reċipjent mill-gadget 18. Wara li tinħall iż-żamma 6 billi tkun imdawwra r-rota ta’ l-idejn 4a, agħlaq l-aġġeġġ ta’ egħluq 4.

Jekk ikollu jsir kejl ieħor fuq l-istess kampjun, il-qamħ mill-kejl ta’ kapaċità għandu jiġi mħallat sew ma’ dak mir-reċipjent.

Sabiex ikun miksub il-piż standard għal kull volum ta’ ħażna f’kg/hl, iddividi l-valur N indikat mill-miżien b’0.2 hl.

III. KONTROLL U AĠĠUSTAR

1. Dimensjonijiet u volumi

Id-dimensjonijiet u volumi mogħtija skond il-punt 1.7 huma kkontrollati bi strumenti ta’ preċiżjoni xierqa.

2. Kontroll ta’ tħaddim

Strumenti standard nazzjonali għandhom jiġu kontrollati ma’ l-istrumenti standard tal-Komunità u aġġustati kif xieraq permezz ta’ strument standard li jista’ jinġarr.

2.1. Għall-għanijiet ta’ dan il-kontroll ikun użat qamħ Manitoba pur li l-qamħ tiegħu ikun bejn wieħed u ieħor tond. Għandu jkollu piż standard għal kull volum ta’ ħażna ta’ mhux inqas minn 80 kg/hl u għandu jkun f’ekwilibriju igroskopiku ma’ l-arja ta’ l-ambjent. Isiru sitt ħidmiet ta’ kejl bi qbil ma’ l-istruzzjonijiet tal-punt II. Jekk P tirrapreżenta l-istrument standard li għandu jkun ikkontrollat u N l-istrument standard tal-KEE, il-kejl isir kif isegwi:

Nru ta’ tqabbil | 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 |

Sekwenza ta’ strumenti | NP | PN | NP | PN | NP | PN |

2.1.1. Id-differenzi bejn il-valuri separati mogħtija b’P u l-valur medju tagħhom ma jistgħux jaqbżu ± 10 g.

2.1.2. L-iżball ta’ l-istrument hu d-differenza bejn il-valur medju tas-sitt qari mogħti b’P u l-valur medju tas-sitt qari mogħti b’N. L-iżball massimu permess ikun ± 10 g.

2.1.3. Jekk l-iżbalji massimi permessi speċifikati fil-punti 2.1.1 jew 2.1.2 ikunu maqbuża, dan jista’ jkun minħabba li l-qamħ ikun għadu mhux omoġenju biżżejjed; għalhekk għandu jitħalla mifrux għal bejn wieħed u ieħor għaxar siegħat fil-post ta’ kejl, wara li dan il-kontroll deskritt fil-punt 2.1 ikun ripetut.

2.1.4. Jekk l-iżball massimu permess speċifikat fil-punt 2.1.2 biss ikun maqbuż, l-istrument għandu jkun aġġustat.

Il-qari pprovdut mill-istrument jista’ jkun mibdul billi l-aġġeġġ regolatur (7) jitmexxa għal pożizzjoni aktar għolja jew aktar baxxa.

L-aġġeġġ regolatur (7) jitmexxa u l-kontroll deskritt fil-punt 2.1 ikun ripetut.

3. Miżien

3.1. Għal tagħbija ta’ bejn 10 u 20 kg, l-iżball tal-miżien ma għandux jaqbeż ± 0.01 % tat-tagħbija.

3.2. It-total ta’ l-iżbalji fil-piżijiet użati ma għandux jaqbeż ± 0.02 % tal-piż nominali tagħhom.

Kliem ta’ tifsir fuq it-tpinġija mehmuża

1. Kejl ta’ kapacità

2. Ċirku ta’ mili u għonq 2a

3. Delu ta’ mili

4. Aġġeġġ ta’ egħluq u rota ta’ l-idejn 4a

5. Bolt għall-aġġeġġ ta’ egħluq

6. Żamma għall-aġġeġġ ta’ egħluq

7. Aġġeġġ regolatur

8. Nożil li jnixxi li ġej għax-xejn għax-xejn

9. Xafra tal-barraxa

10. Gwida tax-xafra tal-barraxa

11. Crosspiece u support 11a

12. Bolt għax-xafra tal-barraxa

13. Toqol ta’ ġbid

14. Carriage u support għall-ilqugħ 14a

15. Lîver għall-carriage

16. Virga li ssakkar

17. Reċipjent

18. Jacket

19. Viti

20. Qafas

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

STRUMENTI TA’ KEJL UŻATI SABIEX JISTABBILIXXU L-PIŻ STANDARD TAL-KEE GĦAL KULL VOLUM TA’ ĦAŻNA TA’ QAMĦ

1. L-istrumenti ta’ kejl użati sabiex jistabbilixxu l-piż standard tal-KEE għal kull volum ta’ ħażna ta’ qamħ ikollhom il-karatteristiċi segwenti:

(a) ikunu mfassla u mmanufatturati sabiex jiżguraw ripetibilità u riproduċibilità sodisfaċenti ta’ kejl;

(b) l-iżball massimu permess tal-piż standard għal kull volum ta’ ħażna ikun iżjed jew inqas ħamsa f’kull elf tar-riżultat mogħti minn strument standard;

(ċ) l-iżball massimu permess relattiv fuq il-kapaċità tar-reċipjent użat ikun iżjed jew inqas tnejn f’kull elf;

(d) l-iżball massimu permess relattiv tal-miżien għall-kwantità miżjuna ikun iżjed jew inqas wieħed f’kull elf;

(e) id-differenza bejn kull riżultat miksub għal qamħa speċifika u l-valur medju tal-piż standard għal kull volum ta’ ħażna kif stabbilit minn sitt kejlijiet konsekutivi ma tkunx iktar minn jew inqas minn tlieta f’kull elf ta’ tali valur medju.

2. Kull strument ikollu tabella li tkun tidher sew li jkollha fuqha l-informazzjoni segwenti miktuba b’mod li jinqara u b’mod li ma jitħassarx:

(a) is-simbolu ta’ approvazzjoni tal-għamla tal-KEE;

(b) marka ta’ identifikazzjoni jew isem tal-manifattur;

(ċ) id-deskrizzjoni tal-manifattur, jekk ikun hemm;

(d) numru ta’ identifikazzjoni u s-sena ta’ manifattura;

(e) il-kapaċità nominali tal-kejl ta’ kapaċità u jew l-istruzzjonijiet ta’ tħaddim jew referenza għall-istruzzjonijiet ta’ tħaddim.

--------------------------------------------------

Top