Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31970L0387

    Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-bibien ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    ĠU L 176, 10.8.1970, p. 5–11 (DE, FR, IT, NL)
    Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1970(II) P. 564 - 570

    Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Imħassar b' 32009R0661

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/387/oj

    31970L0387



    Official Journal L 176 , 10/08/1970 P. 0005 - 0011
    Finnish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0152
    Danish special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0497
    Swedish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0152
    English special edition: Series I Chapter 1970(II) P. 0564 - 0570
    Greek special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0097
    Spanish special edition: Chapter 13 Volume 1 P. 0234
    Portuguese special edition Chapter 13 Volume 1 P. 0234


    Id-Direttiva tal-Kunsill

    tas-27 ta’ Lulju 1970

    dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-bibien ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    (70/387/KEE)

    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew;

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

    Billi l-ħtiġiet tekniċi li vetturi bil-mutur għandhom jissodisfaw skond il-liġijiet nazzjonali jikkonċernaw, inter alia, il-bibien tagħhom;

    Billi dawk il-ħtiġiet ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor; billi huwa għalhekk neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġiet jew b’żieda ma’ jew inkella minflok ir-regoli eżistenti tagħhom, sabiex, b’mod partikolari, tkun tista’ tiġi applikata għal kull tip ta’ vettura il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett tad-Direttiva tal-Kunsill [1] tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet fl-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom;

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, "vettura" tfisser kull vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, li jkollha minn ta’ lanqas erba’ roti u veloċità massima ddisinjata li teċċedi l-25 kilometru fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ vetturi tat-trasport pubbliku, dawk li jimxu fuq il-linji, tratturi u makkinarju għall-agrikoltura, u vetturi għal xogħlijiet pubbliċi.

    Artikolu 2

    L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KEE, jew l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali lil vettura għal raġunijiet li jirrigwardaw il-bibien tagħha jekk dawn ikunu jissodisfaw il-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi.

    Artikolu 3

    L-emendi neċessarji għall-aġġustament tal-ħtiġiet ta’ l-Anness sabiex jiġi kkunsidrat il-progress tekniku għandhom ikunu adottati b’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1970 dwar dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

    Artikolu 4

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li jkunu fihom il-ħtiġiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien tmintax-il xahar min-notifika tagħha, u għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b’dan.

    2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-disposizzjoniet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1970.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    W.Arendt

    [1] ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    1. ĠENERALI

    1.1 Il-karatteristiċi tad-disinn tal-vettura għandhom jippermettu d-dħul fiha u l-ħruġ minnha b’sigurtà perfetta.

    1.2 Il-bibien, id-dħul u l-ħruġ għandhom ikunu tali li dawn ikunu jistgħu jintużaw bl-aktar mod faċli u mingħajr l-ebda periklu.

    1.3 Il-bibien u l-lukketti tal-bibien għandhom ikunu ddisinjati b’mod li kull ħoss li jista’ jdejjaq lil dak li jkun waqt li tingħalaq il-bieba jiġi evitat.

    1.4 Il-lukketti tal-bibien għandhom ikunu ddisinjati b’mod li dawn ma jħallux lill-bibien milli jinfetħu aċċidentalment.

    2. LUKKETTI U ĊAPPETTI (ħtiġiet tal-kostruzzjoni u tat-twaħħil)

    2.1 Iċ-ċappetti tal-bibien li jeħlu biċ-ċappetti (bl-eċċezzjoni ta’ bibien li jintwew), meta jitwaħħlu fuq il-ġnub tal-vetturi, għandhom jitwaħħlu fit-tarf ta’ quddiem tal-bibien fid-direzzjoni ta’ sewqan ’il quddiem. Fil-każ ta’ bibien doppji, dan il-kriterju jkun japplika għall-ġewnaħ tal-bieb li jinfetaħ l-ewwel; għandu jkun possibbli li l-ġewnaħ l-ieħor tal-bieba jkun jissakkar.

    2.2 Il-lukketti u ċ-ċappetti tal-bibien tal-ġnub ta’ karozzi privati [1] għandhom jilħqu l-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

    3. L-ISTAFFI (ħtiġiet strutturali u tat-twaħħil)

    3.1. Jekk il-paviment fid-daħla tal-vettura ikun aktar minn 700 mm ’l fuq mill- art, il-vettura għandha jkollha staffa waħda jew aktar. L-istaffa, jew l-istaffa l-aktar baxxa jekk ikun hemm diversi, m’għandhiex tkun aktar minn 700 mm ’il fuq mill- art u għandha tkun mibnija b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ xi żlieq. Il-buttun tar-rota, ir-rimmijiet u l-partijiet oħra tar-rota m’għandhomx ikunu kkunsidrati bħala staffi għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, apparti milli għal raġunijiet li jirrigwardaw il-kostruzzjoni u l-użu li jipprekludi t-twaħħil tal-istaffi x’imkien ieħor fuq il-vettura.

    [1] Klassi M1 tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali stabbilita fin-Nota (b) għall-Anness ta’ din id-Direttiva tal- Kunsill imsemmija fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva.

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    IL-ĦTIĠIET TAL-KOSTRUZZJONI U TWAĦĦIL U TESTIJIET TAS-SAĦĦA GĦALL-LUKKETTI U Ċ-ĊAPPETTI FUQ IL-BIBIEN TAL-ĠNUB GĦAD-DĦUL U L-ĦRUĠ MINN KAROZZI PRIVATI

    1. ĠENERALI

    1.1 Il-lukketti u ċ-ċappetti għandhom ikunu hekk iddisinjati, mibnija u mmuntati li fl-użu normali, il-vettura tissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

    1.2 Kull lukkett għandu jkollu kemm pożizzjoni ta’ għeluq intermedju kif ukoll pożizzjoni ta’ l-għeluq komplet.

    2. DETTALJI U LOTTIJIET TA’ LUKKETTI U ĊAPPETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW MILL-MANIFATTUR JEW MIR-RAPPREŻENTANT AWTORIZZAT TIEGĦU

    Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jagħtu dawn id-dettalji u l-lottijiet tal-lukketti u ċ-ċappetti li ġejjien:

    2.1 Id-disinji tal-bibien u tal-lukketti u ċ-ċappetti tagħhom fuq skala xierqa u b’dettal suffiċjenti;

    2.2 Deskrizzjoni teknika tal-lukketti u ċ-ċappetti;

    2.3 Lott ta’ ħames settijiet ta’ ċappetti għal kull bieba. Billi, iżda, l-istess settijiet jintużaw għal bibien differenti, ikun biżżejjed li jingħata grupp wieħed ta’ settijiet. Settijiet ta’ ċappetti li jingħarfu biss għax huma ddisinjati li jitwaħħlu fuq ix-xellug jew il-lemin m’għandhomx jitqiesu bħala differenti;

    2.4 Grupp ta’ ħames lukketti kompluti, inkluż il-mekkaniżmu tagħhom, għal kull bieba. Billi, iżda, l-istess lukketti kompluti jintużaw għal bibien differenti, ikun biżżejjed li jingħata lott wieħed biss ta’ dawn il-lukketti. Il-lukketti li jingħarfu biss għax huma ddisinjati li jitwaħħlu fuq ix-xellug jew il-lemin m’għandhomx jitqiesu bħala differenti;

    3. ĦTIĠIET TAL-KOSTRUZZJONI

    3.1 Lukketti

    3.1.1 Tagħbija lonġitudinali

    L-immuntar tal-lukkett u l-ħabbata għandha tkun tiflaħ it-tagħbija lonġitudinali ta’ 453 kp (444 daN) meta l-lukkett ikun fil-pożizzjoni ta’ l-għeluq intermedju tiegħu, u ta’ 1134 kp (1111 daN) meta dan ikun fil-pożizzjoni ta’ l-għeluq komplet tiegħu (ara l-Figura 2).

    3.1.2 Tagħbija trasversali

    L-immuntar tal-lukkett u tal-ħabbata għandhom ikunu jifilħu tagħbija trasversali ta’ 453 kp (444 daN) meta l-lukkett ikun fil-pożizzjoni ta’ l-għeluq intermedju tiegħu, u ta’ 907 kp (889 daN) meta dan ikun fil-pożizzjoni ta’ l-għeluq komplet tiegħu (ara l-Figura 3).

    3.1.3 Reżistenza għal toqol ta’ inerzja

    Il-lukkett m’għandux jiċċaqlaq mill-pożizzjoni ta’ l-għeluq komplet meta t-tagħbija ta’ l-inerzja lonġitudunali jew trasversali, fiż-żewġ direzzjonijiet, ta’ 30 g tkun applikata għall-komponenti tas-serratura, inkluż il-mekkaniżmu tat-tħaddim tagħha.

    3.2 Ċappetti

    3.2.1 Kull sistema ta’ ċappetti għandha tkun kapaċi ssostni l-bieb u tkun tiflaħ tagħbija lonġitudinali ta’ 1134 kp (1111 daN) u tagħbija trasversali ta’ 907 kp (889 daN) fiż-żewġ direzzjonijiet.

    4. ĦTIĠIET GĦALL-ITTESTJAR TAS-SAĦĦA TAL-LUKKETTI U Ċ-ĊAPPETTI TAL-BIBIEN

    Il-konformità mal-ħtiġiet li jinsabu fil-punti 3.1 u 3.2 għandhom ikunu vverifikati skond dan li ġej:

    4.1 Il-preparazzjoni, il-proċedura u t-tagħmir għal testijiet ta’ tagħbija statika

    4.1.1 Preparazzjoni

    4.1.1.1 Ċappetti

    4.1.1.1.1 It-testijiet għandhom jittwettqu bl-użu ta’ komponenti riġidi li jirriproduċu l-kondizzjonijiet ġeometriċi ta’ l-immuntar fuq vettura ta’ bieba li tissakkar kompletament.

    4.1.1.1.2 Għal dan l-apparat għandu jkun applikat, fil-parti tan-nofs bejn iċ-ċappetti:

    4.1.1.1.2.1 it-tagħbija lonġitudinali preskritta, b’mod perpendikulari għall-assi tal-pern taċ-ċappetti, imqegħda f’post li jgħaddi minn ġo dawk l-assi;

    4.1.1.1.2.2 it-tagħbija trasversali preskritta, b’mod perpendikulari għall-post definit mit-tagħbija lonġitudinali u l-assi tal-pernijiet, imqegħda f’post li tgħaddi minn ġo dawk l-assi;

    4.1.1.1.3 sett ġdid ta’ ċappetti għandu jintuża għal kull test li jsir;

    4.1.1.1.4 Il-Figura 1 turi kif isir it-test.

    4.1.1.2 Lukketti

    4.1.1.2.1 It-testijiet għandhom jittwettqu bl-użu ta’ komponenti riġidi li jirriproduċu l-immuntar fuq vettura taż-żewġ komponenti tal-lukkett, il-qafas tal-lukkett u l-ħabbata.

    4.1.1.2.2 It-tagħbija preskritta għandha tkun applikata għal dan it-tagħmir biex ma toħloqx stress żejjed fuq il-lukkett. Barra minn hekk, it-tagħbija statika trasversali ta’ 90.77 kp (88.9 saN) għandha tkun applikata b’tali mod li din tkun tista’ tmexxi l-lukkett ’l bogħod mill-ħabbata fid-direzzjoni li fiha il-bieba tinfetaħ.

    4.1.1.2.3 Il-Figuri 2 u 3 juru kif isir it-test.

    4.1.2 Il-proċedura tat-test u tat-tagħmir

    It-tagħmir imsemmi fil-paragrafi 4.1.1.1 u 4.1.1.2 t’hawn fuq għandu jkun immuntat fuq it-tensile testing machine, li jkollu kapaċità minima ta’ 1500 kp (1470daN). Tagħbijiet li jiżdiedu gradwalment mal-valuri preskritti fid-dettalji 3.1. u 3.2 għandhom ikunu applikati għal dan b’tali mod li l-veloċità tas-separazzjoni tal-mekkaniżmu li jżomm ma jkunx jeċċedi 5 mm/min.

    4.2 Proċedura biex tkun stabbilita r-reżistenza tal-lukketti għall-aċċelerazzjoni.

    4.2.1 Ir-reżistenza għal ftuħ fiż-żewġ direzzjonijiet taħt tagħbija ta’ inerzja lonġitudinali u trasversali ta’ 30 g, applikata fiż-żewġ każi għal pum li jiftaħ fid-direzzjoni li fiha jitmexxa, għandha tkun stabbilita dinamikament jew analitikament (ara l-Figura 4), waqt li ma tagħtix kas:

    4.2.1.1 forzi frizzjonali;

    4.2.1.2 il-komponenti ta’ l-aċċelerazzjoni tal-gravità li għandhom t-tendenza li jżommu l-lukkett magħluq.

    4.2.2 Il-mekkaniżmi li jagħmlu l-lukkett jissakkar, m’għandhomx jiġu kkunsidrati.

    4.3 Metodi ta’ testijiet ekwivalenti

    4.3.1 Metodi tat-testijiet ekwivalenti li ma jagħmlux ħsara huma permissibbli, iżda r-riżultati msemmija fil-punti 4.1.2. u 4.2 t’hawn fuq jistgħu jinkisbu jew kompletament permezz tat-test sostitut jew billi jiġu kkalkulati r-riżultati tat-test sostitut. Jekk jintuża metodu ieħor apparti minn dak deskritt fil-punti 4.1.2 u 4.2 fuq, l-ekwivalenza tiegħu għandha tkun murija.

    Sistema ta’ ċappetti ta’ bieba - twaħħil b’tagħbija statika (tagħbija trasversali)

    +++++ TIFF +++++

    Lukkett ta’ bieba - tagħmir tat-test taħt tagħbija statika (tagħbija lonġitudinali)

    +++++ TIFF +++++

    Lukkett ta’ bieba - tagħmir tat-test taħt tagħbija statika (tagħbija trasversali)

    +++++ TIFF +++++

    Reżistenza għall-effetti ta’ l-inertia – eżempju ta’ kalkolu.

    +++++ TIFF +++++

    Given:

    A door latch system subjected to a deceleration of 30 g

    F Ma =

    +++++ TIFF +++++

    a =

    +++++ TIFF +++++

    30g = 30W

    F1 =

    W1 × 30 – Tagħbija medja fuq il-molla tal-pum

    = (0,016 kg × 30) – 0,454 kg = 0,036 kg

    F2 = W2 × 30 = 0,023 kg × 30 = 0,68 kg

    F3 W

    2

    × 30 =

    +++++ TIFF +++++

    × 30 =0,184 kg

    ΣMo = F1 × d1 + F2 × d2 – F3 × d3 = 0,036 kg × 31,5 mm + 0,68 kg × 10,67 mm – 0,184 kg × 4,83 mm = 7,51 mm/kg

    +++++ TIFF +++++

    F5 =

    +++++ TIFF +++++

    = 0,238 kg

    F6 = W4 × 30 = 0 – 042 × 30 = 1 – 265 kg

    ΣMp =

    Piż fuq il-molla tal-firroll (F5 d5 + F6 d6)

    = 45,62 mm/kg — (0,238 × 37,59 + 1,265 × 1,9)

    = 45,62 mm/kg — 11,36 mm/kg = 34,26 mm/kg

    --------------------------------------------------

    Top