EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31970D0244

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' April 1970 dwar previżjonijiet finanzjarji li jkopru bosta snin

ĠU L 94, 28.4.1970, p. 23–23 (DE, FR, IT, NL)
Edizzjoni Speċjali bl-Ingliż: Serje I Volum 1970(I) P. 228 - 228

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (DA, EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1970/244/oj

31970D0244



Official Journal L 094 , 28/04/1970 P. 0023 - 0023
Finnish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0064
Danish special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0205
Swedish special edition: Chapter 1 Volume 1 P. 0064
English special edition: Series I Chapter 1970(I) P. 0228
Greek special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0126
Spanish special edition: Chapter 01 Volume 1 P. 0147
Portuguese special edition Chapter 01 Volume 1 P. 0147


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-21 ta' April 1970

dwar previżjonijiet finanzjarji li jkopru bosta snin

(70/244/KEFA, KEE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ JIDDEĊIDI:

Artikolu 1

Sabiex il-budget ta' l-Komunitajiet jitqiegħed fi kwadru ta' ppjanar bil-quddiem għal bosta snin, il-Kummissjoni għandha, ta' kull sena, wara li tirċievi l-Opinjoni tal-Kumitat responsabbli mill-Politika tal-Budget, tħejji previżjoni finanzjarja għat-tliet snin finanzjarji sussegwenti, u li turi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-Komunità li jirriżultaw minn Regolamenti u Deċiżjonijiet fis-seħħ u minn proposti magħmula mill-Kummissjoni lill-Kunsilll. Il-previżjoni għandha tiġi mqassma skond il-kategorija ta' nfiq.

Il-Kunsill, wara li jirċevi l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jistudja u jivvaluta l-previżjoni.

Artikolu 2

Kull sena l-Kunsill għandu, fuq bażi ta' rapport maħruġ mill-Kummissjoni, jeżamina l-livell ta' qbil bejn il-previżjoni u l-iżviluppi kif reġistrati.

Artikolu 3

Hekk kif jinstab li l-infieq magħmul taħt xi kategorija jeċċedi b'mod konsiderevoli l-previżjoni, il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Kunsill u tissottometti proposti għal miżuri xierqa Komunitarji.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-21 ta' April 1970.

Għall-Kunsill

Il-President

P. Harmel

--------------------------------------------------

Top