EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22021A0730(01)

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

ST/5445/2021/INIT

ĠU L 274, 30.7.2021, p. 57–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/1234/oj

Related Council decision

30.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/57


FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-RENJU TAT-TAJLANDJA SKONT L-ARTIKOLU XXVIII TAL-FTEHIM ĠENERALI DWAR IT-TARIFFI U L-KUMMERĊ (GATT) TAL-1994 RELATAT MAL-MODIFIKA TAL-KONĊESSJONIJIET FUQ IL-KWOTI TARIFFARJI KOLLHA INKLUŻI FL-ISKEDA CLXXV TAL-UE BĦALA KONSEGWENZA TAL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT MILL-UNJONI EWROPEA

L-UNJONI EWROPEA, minn naħa waħda,

u

IR-RENJU TAT-TAJLANDJA, min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Partijiet",

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-Partijiet kkonkludew b'suċċess in-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea kif ikkomunikat lill-membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ("Membri tad-WTO") fid-Dokument G/SECRET/42/Add.2,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Objettiv

L-objettiv ta’ dan il-Ftehim huwa li jintlaħaq qbil dwar il-volumi ta’ tqassim fir-rigward tal-kwoti tariffarji kollha u l-impenji kwantitattivi tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw li ma għadhomx jinkludu lir-Renju Unit fejn ir-Renju tat-Tajlandja għandu drittijiet ta’ negozjar u konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 kif speċifikat fl-ittra mill-Unjoni Ewropea datata l-25 ta’ Frar 2019.

Artikolu 2

Prinċipju u metodoloġija tat-tqassim tal-kwoti tariffarji

Ir-Renju tat-Tajlandja jaqbel mal-prinċipju u l-metodoloġija tat-tqassim tal-impenji kwantitattivi skedati fil-forma ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea li kienu jinkludu lir-Renju Unit fejn ikun hemm kwantità mqassma meħuda mill-Unjoni Ewropea li ma jinkludix aktar lir-Renju Unit bil-bqija tal-kwantità meħuda mir-Renju Unit.

Artikolu 3

Kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit

1.   Il-Partijiet jaqblu dwar il-kwantità għal ċerti kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit mill-1 ta’ Jannar 2021 jew mid-data meta r-Renju Unit ma jibqax kopert mill-iskeda ta’ konċessjonijiet u impenji tas-CLXXV tal-Unjoni Ewropea, kif spjegat fid-dettall fl-aħħar kolonna tal-Anness għal dan il-Ftehim.

2.   Dan il-Ftehim ma jippreġudikax in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u Membri oħra tad-WTO bi drittijiet skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 fir-rigward tal-kwoti tariffarji erga omnes ikkonċernati. L-Unjoni Ewropea timpenja ruħha li tikkonsulta mar-Renju tat-Tajlandja jekk ir-riżultat ta’ dawk in-negozjati jbiddel l-ishma mniżżlin fid-dokument G/SECRET/42/Add.2.

3.   L-Anness għal dan il-Ftehim għandu jifforma parti integrali minnu.

Artikolu 4

Klawsoli finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu għarrfu lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom. Għandu japplika minn dik id-data.

2.   Dan l-arranġament jikkostitwixxi ftehim bejn il-Partijiet għall-finijiet tal-Artikolu XXVIII:3(a) u (b) tal-GATT tal-1994.

3.   Dan il-Ftehim huwa mfassal duplikatament bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b'kull test ugwalment awtentiku.

B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, debitament mogħtija s-setgħa għal dan l-effett, iffirmaw dan il-Ftehim.

Съставено в Брюксел на седми май две хиляди двадесет и първа година.

Hecho en Bruselas, el siete de mayo de dos mil veintiuno.

V Bruselu dne sedmého května dva tisíce dvacet jedna.

Udfærdiget i Bruxelles den syvende maj to tusind og enogtyve.

Geschehen zu Brüssel am siebten Mai zweitausendeinundzwanzig.

Kahe tuhande kahekümne esimese aasta maikuu seitsmendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις εφτά Μαΐου δύο χιλιάδες είκοσι ένα.

Done at Brussels on the seventh day of May in the year two thousand and twenty one.

Fait à Bruxelles, le sept mai deux mille vingt et un.

Sastavljeno u Bruxellesu sedmog svibnja godine dvije tisuće dvadeset prve.

Fatto a Bruxelles, addì sette maggio duemilaventuno.

Briselē, divi tūkstoši divdesmit pirmā gada septītajā maijā.

Priimta du tūkstančiai dvidešimt pirmų metų gegužės septintą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-huszonegyedik év május havának hetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-seba jum ta’ Mejju fis-sena elfejn u wieħed u għoxrin.

Gedaan te Brussel, zeven mei tweeduizend eenentwintig.

Sporządzono w Brukseli dnia siódmego maja roku dwa tysiące dwudziestego pierwszego.

Feito em Bruxelas, em sete de maio de dois mil e vinte e um.

Întocmit la Bruxelles la șapte mai două mii douăzeci și unu.

V Bruseli siedmeho mája dvetisícdvadsaťjeden.

V Bruslju, sedmega maja dva tisoč enaindvajset.

Tehty Brysselissä seitsemäntenä päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentäyksi.

Utfärdat i Bryssel den sjunde maj år tjugohundratjugoett.

Image 1


ANNESS

LISTA TAL-KWOTI TARIFFARJI TAL-UE GĦAR-RENJU TAT-TAJLANDJA WARA L-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT (MILL-1 TA’ JANNAR 2021)

 

Numru skont in-notifika tal-UE G/SECRET/42/Add.2

Kodiċi tas-SA

Deskrizzjoni

Konċessjoni Attwali fl-Iskeda CLXXV tal-UE (UE 28)

Pajjiż fornitur

Konċessjoni finali għall-UE (tunnellati)

1

029

0210 99 39

Pollam immellaħ

92 610

Ir-Renju tat-Tajlandja

81 968

2

052

0714 10 00

Manjoka (kassava)

5 750 000

Ir-Renju tat-Tajlandja

3 096 027

3

055

0714 20 90

Patata ħelwa, minbarra dik għall-konsum uman

5 000

Għajr iċ-Ċina

4 985

4

074

1006 10

Ross bil-ħliefa

7

Erga omnes

5

5

075

1006 20

Ross meħluf jew ismar

1 634

Erga omnes

1 416

6

076

1006 30

Ross nofsu jew kollu mitħun

63 000

Erga omnes

36 731

7

077

1006 30

Ross nofsu jew kollu mitħun

4 313

Ir-Renju tat-Tajlandja

3 663

8

078

1006 30

Ross nofsu jew kollu mitħun

1 200

Ir-Renju tat-Tajlandja

1 019

9

078

1006 30

Ross nofsu jew kollu mitħun

25 516

Erga omnes

22 442

10

079

1006 40 00

Ross imfarrak

1 000

Erga omnes

1 000

11

080

1006 40 00

Ross imfarrak

31 788

Erga omnes

26 581

12

081

1006 40 00

Ross imfarrak

100 000

Erga omnes

93 709

13

085

1108 14 00

Lamtu tal-manjoka

8 000

Erga omnes

6 632

14

086

1108 14 00

Lamtu tal-manjoka

2 000

Erga omnes

1 658

15

089

1602 32 11

Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, mhux imsajjar, li fih 57 % jew iktar skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam

340

Għajr il-Brażil

236

16

090

1602 32 19

Laħam imsajjar tal-pollam tal-ispeċi Gallus domesticus

160 033

Ir-Renju tat-Tajlandja

53 866

17

091

1602 32 30

Laħam tat-tiġieġ ipproċessat li fih 25 % jew iktar iżda inqas minn 57 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam

14 000

Ir-Renju tat-Tajlandja

2 435

18

092

1602 32 90

Laħam tat-tiġieġ ipproċessat li fih inqas minn 25 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam

2 100

Ir-Renju tat-Tajlandja

1 940

19

093

1602 39 21

Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, mhux imsajjar, li fih 57 % jew iktar skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam

10

Ir-Renju tat-Tajlandja

10

20

094

1602 39 29

Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, imsajjar, li fih 57 % jew iktar skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam

13 500

Ir-Renju tat-Tajlandja

8 572

21

095

1602 39 85

Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, imsajjar, li fih 25 % jew iktar iżda inqas minn 57 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam

600

Ir-Renju tat-Tajlandja

300

22

096

1602 39 85

Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, imsajjar, li fih inqas minn 25 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam

600

Ir-Renju tat-Tajlandja

278

23

105

1901 90 99

1904 30 00

1904 90 80

1905 90 20

Preparazzjonijiet tal-ikel biċ-ċereali

191

Erga omnes

191

24

106

1902 11 00

1902 19 10

1902 19 90

1902 20 91

1902 20 99

1902 30 10

1902 30 90

1902 40 10

1902 40 90

Għaġin

532

Erga omnes

497

25

107

1905 90 10

1905 90 20

1905 90 30

1905 90 45

1905 90 55

1905 90 60

1905 90 90

Gallettini

409

Erga omnes

409

26

005

0304 89 90

Ħut tar-razza Allocyttus u tar-razza Pseudocyttus maculatus

200

Erga omnes

200

27

007

1604 20 50

Ħut preparat jew priżervat (ħlief sħiħ jew f’biċċiet): ta’ sardin, plamtu, kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus, ħut tal-ispeċi Orcynopsis unicolor

865

Erga omnes

631

28

008

1604 20 50

Ħut preparat jew priżervat(ħlief sħiħ jew f’biċċiet): ta’ sardin, plamtu, kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus, ħut tal-ispeċi Orcynopsis unicolor

1 410

Ir-Renju tat-Tajlandja

423

29

009

1604 20 70

Ħut preparat jew priżervat(ħlief sħiħ jew f’biċċiet): ta’ tonn, palamit u ħut ieħor tar-razza Euthynnus

742

Erga omnes

742

30

010

1604 20 70

Ħut preparat jew priżervat(ħlief sħiħ jew f’biċċiet): ta’ tonn, palamit u ħut ieħor tar-razza Euthynnus

1 816

Ir-Renju tat-Tajlandja

1 816

31

011

1605 21 10

Gambli u gambli kbar, ippreparati jew ippreservati, f’pakketti diretti b’kontenut nett ta’ <= 2 kg (minbarra kemm kemm affumikat, u f’kontenituri bla arja)

500

Erga omnes

474

 

 

1605 21 90

Gambli u gambli kbar, ippreparati jew ippreservati, f’pakketti diretti b’kontenut nett ta’ > 2 kg (minbarra kemm kemm affumikat, u f’kontenituri bla arja)

 

 

 

 

 

1605 29 00

Gambli u gambli kbar, ippreparati jew ippreservati, f’kontenituri ssiġillati (għajr affumikati)

 

 

 


Top