EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22021A0730(01)
Agreement between the European Union and the Kingdom of Thailand pursuant to Article XXVIII of the General Agreement on Tariffs and Trade (GATT) 1994 relating to the modification of concessions on all the tariff-rate quotas included in the EU Schedule CLXXV as a consequence of the United Kingdom’s withdrawal from the European Union
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tat-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
ST/5445/2021/INIT
OJ L 274, 30.7.2021, p. 57–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/1234/oj
30.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/57 |
FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U R-RENJU TAT-TAJLANDJA SKONT L-ARTIKOLU XXVIII TAL-FTEHIM ĠENERALI DWAR IT-TARIFFI U L-KUMMERĊ (GATT) TAL-1994 RELATAT MAL-MODIFIKA TAL-KONĊESSJONIJIET FUQ IL-KWOTI TARIFFARJI KOLLHA INKLUŻI FL-ISKEDA CLXXV TAL-UE BĦALA KONSEGWENZA TAL-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT MILL-UNJONI EWROPEA
L-UNJONI EWROPEA, minn naħa waħda,
u
IR-RENJU TAT-TAJLANDJA, min-naħa l-oħra,
minn hawn 'il quddiem imsejħa l-"Partijiet",
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-Partijiet kkonkludew b'suċċess in-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea kif ikkomunikat lill-membri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ ("Membri tad-WTO") fid-Dokument G/SECRET/42/Add.2,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Objettiv
L-objettiv ta’ dan il-Ftehim huwa li jintlaħaq qbil dwar il-volumi ta’ tqassim fir-rigward tal-kwoti tariffarji kollha u l-impenji kwantitattivi tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw li ma għadhomx jinkludu lir-Renju Unit fejn ir-Renju tat-Tajlandja għandu drittijiet ta’ negozjar u konsultazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 kif speċifikat fl-ittra mill-Unjoni Ewropea datata l-25 ta’ Frar 2019.
Artikolu 2
Prinċipju u metodoloġija tat-tqassim tal-kwoti tariffarji
Ir-Renju tat-Tajlandja jaqbel mal-prinċipju u l-metodoloġija tat-tqassim tal-impenji kwantitattivi skedati fil-forma ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea li kienu jinkludu lir-Renju Unit fejn ikun hemm kwantità mqassma meħuda mill-Unjoni Ewropea li ma jinkludix aktar lir-Renju Unit bil-bqija tal-kwantità meħuda mir-Renju Unit.
Artikolu 3
Kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit
1. Il-Partijiet jaqblu dwar il-kwantità għal ċerti kwoti tariffarji tal-Unjoni Ewropea li ma għadhiex tinkludi lir-Renju Unit mill-1 ta’ Jannar 2021 jew mid-data meta r-Renju Unit ma jibqax kopert mill-iskeda ta’ konċessjonijiet u impenji tas-CLXXV tal-Unjoni Ewropea, kif spjegat fid-dettall fl-aħħar kolonna tal-Anness għal dan il-Ftehim.
2. Dan il-Ftehim ma jippreġudikax in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u Membri oħra tad-WTO bi drittijiet skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 fir-rigward tal-kwoti tariffarji erga omnes ikkonċernati. L-Unjoni Ewropea timpenja ruħha li tikkonsulta mar-Renju tat-Tajlandja jekk ir-riżultat ta’ dawk in-negozjati jbiddel l-ishma mniżżlin fid-dokument G/SECRET/42/Add.2.
3. L-Anness għal dan il-Ftehim għandu jifforma parti integrali minnu.
Artikolu 4
Klawsoli finali
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu għarrfu lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom. Għandu japplika minn dik id-data.
2. Dan l-arranġament jikkostitwixxi ftehim bejn il-Partijiet għall-finijiet tal-Artikolu XXVIII:3(a) u (b) tal-GATT tal-1994.
3. Dan il-Ftehim huwa mfassal duplikatament bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b'kull test ugwalment awtentiku.
B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, debitament mogħtija s-setgħa għal dan l-effett, iffirmaw dan il-Ftehim.
Съставено в Брюксел на седми май две хиляди двадесет и първа година.
Hecho en Bruselas, el siete de mayo de dos mil veintiuno.
V Bruselu dne sedmého května dva tisíce dvacet jedna.
Udfærdiget i Bruxelles den syvende maj to tusind og enogtyve.
Geschehen zu Brüssel am siebten Mai zweitausendeinundzwanzig.
Kahe tuhande kahekümne esimese aasta maikuu seitsmendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις εφτά Μαΐου δύο χιλιάδες είκοσι ένα.
Done at Brussels on the seventh day of May in the year two thousand and twenty one.
Fait à Bruxelles, le sept mai deux mille vingt et un.
Sastavljeno u Bruxellesu sedmog svibnja godine dvije tisuće dvadeset prve.
Fatto a Bruxelles, addì sette maggio duemilaventuno.
Briselē, divi tūkstoši divdesmit pirmā gada septītajā maijā.
Priimta du tūkstančiai dvidešimt pirmų metų gegužės septintą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-huszonegyedik év május havának hetedik napján.
Magħmul fi Brussell, fis-seba jum ta’ Mejju fis-sena elfejn u wieħed u għoxrin.
Gedaan te Brussel, zeven mei tweeduizend eenentwintig.
Sporządzono w Brukseli dnia siódmego maja roku dwa tysiące dwudziestego pierwszego.
Feito em Bruxelas, em sete de maio de dois mil e vinte e um.
Întocmit la Bruxelles la șapte mai două mii douăzeci și unu.
V Bruseli siedmeho mája dvetisícdvadsaťjeden.
V Bruslju, sedmega maja dva tisoč enaindvajset.
Tehty Brysselissä seitsemäntenä päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakaksikymmentäyksi.
Utfärdat i Bryssel den sjunde maj år tjugohundratjugoett.
ANNESS
LISTA TAL-KWOTI TARIFFARJI TAL-UE GĦAR-RENJU TAT-TAJLANDJA WARA L-ĦRUĠ TAR-RENJU UNIT (MILL-1 TA’ JANNAR 2021)
|
Numru skont in-notifika tal-UE G/SECRET/42/Add.2 |
Kodiċi tas-SA |
Deskrizzjoni |
Konċessjoni Attwali fl-Iskeda CLXXV tal-UE (UE 28) |
Pajjiż fornitur |
Konċessjoni finali għall-UE (tunnellati) |
1 |
029 |
0210 99 39 |
Pollam immellaħ |
92 610 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
81 968 |
2 |
052 |
0714 10 00 |
Manjoka (kassava) |
5 750 000 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
3 096 027 |
3 |
055 |
0714 20 90 |
Patata ħelwa, minbarra dik għall-konsum uman |
5 000 |
Għajr iċ-Ċina |
4 985 |
4 |
074 |
1006 10 |
Ross bil-ħliefa |
7 |
Erga omnes |
5 |
5 |
075 |
1006 20 |
Ross meħluf jew ismar |
1 634 |
Erga omnes |
1 416 |
6 |
076 |
1006 30 |
Ross nofsu jew kollu mitħun |
63 000 |
Erga omnes |
36 731 |
7 |
077 |
1006 30 |
Ross nofsu jew kollu mitħun |
4 313 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
3 663 |
8 |
078 |
1006 30 |
Ross nofsu jew kollu mitħun |
1 200 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
1 019 |
9 |
078 |
1006 30 |
Ross nofsu jew kollu mitħun |
25 516 |
Erga omnes |
22 442 |
10 |
079 |
1006 40 00 |
Ross imfarrak |
1 000 |
Erga omnes |
1 000 |
11 |
080 |
1006 40 00 |
Ross imfarrak |
31 788 |
Erga omnes |
26 581 |
12 |
081 |
1006 40 00 |
Ross imfarrak |
100 000 |
Erga omnes |
93 709 |
13 |
085 |
1108 14 00 |
Lamtu tal-manjoka |
8 000 |
Erga omnes |
6 632 |
14 |
086 |
1108 14 00 |
Lamtu tal-manjoka |
2 000 |
Erga omnes |
1 658 |
15 |
089 |
1602 32 11 |
Laħam tat-tiġieġ ipproċessat, mhux imsajjar, li fih 57 % jew iktar skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
340 |
Għajr il-Brażil |
236 |
16 |
090 |
1602 32 19 |
Laħam imsajjar tal-pollam tal-ispeċi Gallus domesticus |
160 033 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
53 866 |
17 |
091 |
1602 32 30 |
Laħam tat-tiġieġ ipproċessat li fih 25 % jew iktar iżda inqas minn 57 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
14 000 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
2 435 |
18 |
092 |
1602 32 90 |
Laħam tat-tiġieġ ipproċessat li fih inqas minn 25 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
2 100 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
1 940 |
19 |
093 |
1602 39 21 |
Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, mhux imsajjar, li fih 57 % jew iktar skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
10 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
10 |
20 |
094 |
1602 39 29 |
Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, imsajjar, li fih 57 % jew iktar skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
13 500 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
8 572 |
21 |
095 |
1602 39 85 |
Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, imsajjar, li fih 25 % jew iktar iżda inqas minn 57 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
600 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
300 |
22 |
096 |
1602 39 85 |
Laħam ipproċessat tal-papra, tal-wiżż, tal-farawna, imsajjar, li fih inqas minn 25 % skont il-piż tal-laħam jew tal-ġewwieni tal-pollam |
600 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
278 |
23 |
105 |
1901 90 99 1904 30 00 1904 90 80 1905 90 20 |
Preparazzjonijiet tal-ikel biċ-ċereali |
191 |
Erga omnes |
191 |
24 |
106 |
1902 11 00 1902 19 10 1902 19 90 1902 20 91 1902 20 99 1902 30 10 1902 30 90 1902 40 10 1902 40 90 |
Għaġin |
532 |
Erga omnes |
497 |
25 |
107 |
1905 90 10 1905 90 20 1905 90 30 1905 90 45 1905 90 55 1905 90 60 1905 90 90 |
Gallettini |
409 |
Erga omnes |
409 |
26 |
005 |
0304 89 90 |
Ħut tar-razza Allocyttus u tar-razza Pseudocyttus maculatus |
200 |
Erga omnes |
200 |
27 |
007 |
1604 20 50 |
Ħut preparat jew priżervat (ħlief sħiħ jew f’biċċiet): ta’ sardin, plamtu, kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus, ħut tal-ispeċi Orcynopsis unicolor |
865 |
Erga omnes |
631 |
28 |
008 |
1604 20 50 |
Ħut preparat jew priżervat(ħlief sħiħ jew f’biċċiet): ta’ sardin, plamtu, kavalli tal-ispeċi Scomber scombrus u Scomber japonicus, ħut tal-ispeċi Orcynopsis unicolor |
1 410 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
423 |
29 |
009 |
1604 20 70 |
Ħut preparat jew priżervat(ħlief sħiħ jew f’biċċiet): ta’ tonn, palamit u ħut ieħor tar-razza Euthynnus |
742 |
Erga omnes |
742 |
30 |
010 |
1604 20 70 |
Ħut preparat jew priżervat(ħlief sħiħ jew f’biċċiet): ta’ tonn, palamit u ħut ieħor tar-razza Euthynnus |
1 816 |
Ir-Renju tat-Tajlandja |
1 816 |
31 |
011 |
1605 21 10 |
Gambli u gambli kbar, ippreparati jew ippreservati, f’pakketti diretti b’kontenut nett ta’ <= 2 kg (minbarra kemm kemm affumikat, u f’kontenituri bla arja) |
500 |
Erga omnes |
474 |
|
|
1605 21 90 |
Gambli u gambli kbar, ippreparati jew ippreservati, f’pakketti diretti b’kontenut nett ta’ > 2 kg (minbarra kemm kemm affumikat, u f’kontenituri bla arja) |
|
|
|
|
|
1605 29 00 |
Gambli u gambli kbar, ippreparati jew ippreservati, f’kontenituri ssiġillati (għajr affumikati) |
|
|
|