Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22020D0335

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 317/2019 tat-13 ta’ Diċembru 2019 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2020/335]

ĠU L 68, 5.3.2020, pp. 72–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/335/oj

5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/72


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 317/2019

tat-13 ta’ Diċembru 2019

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2020/335]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (1) irid jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (2), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 66xi (id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/903) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“66xj.

32019 R 0123: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 tal-24 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom jinqraw bl-adattamenti segwenti:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 tal-Ftehim, it-terminu ‘Stat/i Membru(i)’ għandu jinftiehem li jinkludi, b’żieda mat-tifsira tiegħu fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, lill-Istati tal-EFTA.

(b)

Rigward l-Istati tal-EFTA, it-terminu ‘Maniġer tan-Netwerk’ għandu jirreferi għall-Maniġer tan-Netwerk maħtur mill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA.

(c)

Rigward l-Istati tal-EFTA, it-terminu ‘Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni’ għandu jirreferi għall-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni maħtur mill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA.

(d)

Fl-Artikolu 4(1), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004’ għandu jinqara ‘Deċiżjoni mill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’.

(e)

Fl-Artikolu 5, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘Kummissjoni’ għandha tinqara ‘Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’.

(f)

Fl-Artikolu 6, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘Kummissjoni’ għandha tinqara ‘Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’.

(g)

Fl-Artikolu 7(3)(k), il-kliem ‘il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘Kummissjoni’.

(h)

Fl-Artikolu 7(4), il-kliem ‘il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘Kummissjoni’.

(i)

Fl-Artikolu 18(4)(b), il-kliem ‘kif ukoll rappreżentant wieħed mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kelma ‘Kummissjoni’.

(j)

Fl-Artikolu 19(2), għandu jiżdied il-punt li ġej fl-ewwel subparagrafu:

‘(j)

l-Istat tal-EFTA li jkollu l-Presidenza tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA.’

(k)

Fl-Artikolu 22(3), l-ewwel sentenza, il-kliem ‘il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’ għandu jiddaħħal wara l-kliem ‘lill-Kummissjoni’.

(l)

Fl-Artikolu 23, l-ewwel sentenza, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘Kummissjoni’ għandha tinqara ‘l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA’.”

2.

It-test tal-punt 66wn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011) jitħassar.

Artikolu 2

It-test tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta’ Diċembru 2019, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar PÁLSSON


(1)   ĠU L 28, 31.1.2019, p. 1.

(2)   ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top