EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0497

2009/497/KE: Deċiżjoni Nru 1/2009 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tad- 29 ta’ Mejju 2009 biex jiġu adottati emendi għall-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija

ĠU L 168, 30.6.2009, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/497/oj

30.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/48


DEĊIŻJONI Nru 1/2009 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE

tad-29 ta’ Mejju 2009

biex jiġu adottati emendi għall-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija

(2009/497/KE)

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “l-AKP”) minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Kotonù (Benin) fit-23 ta’ Ġunju 2000 u rivedut fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 15(3) u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat AKP-KE ta’ Kooperazzjoni għall-Finanzjament tal-Iżvilupp,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi ffaċiltat is-self tiegħu tar-riżorsi proprji lill-pajjiżi l-aktar foqra tal-AKP fil-qafas tal-Pajjiżi Foqra bi Djun Kbar (HIPC) u inizjattivi oħra dwar is-sostenibbiltà tad-dejn maqbula fuq livell internazzjonali, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jipproponi li jiġi modifikat l-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

(2)

Il-koerenza tal-politika bejn is-self mir-riżorsi proprji tal-BEI u l-inizjattiva tal-HIPC teħtieġ flessibilità akbar, sabiex tissodisfa l-kondizzjonjiet maqbula fuq livell internazzjonali jew kondizzjonjiet simili tal-HIPC dwar is-sostenibbiltà tad-dejn u partikolarment fir-rigward tas-sussidji fuq ir-rati tal-imgħax.

(3)

Tali dispożizzjoni diġà teżisti għar-riżorsi ġestiti mill-BEI fil-kuntest tal-Faċilità tal-Investiment, f’konformità mal-Artikolu 2 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE.

(4)

L-għan tal-paragrafi l-ġodda fl-Artikolu 1 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE huwa sabiex jiġu applikati kondizzjonjiet uniformi kemm għar-riżorsi proprji tal-BEI kif ukoll għall-Faċilitajiet tal-Investiment.

(5)

L-għan tat-test il-ġdid għall-Artikoli 1, 2 u 4 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE huwa li jiġu allinjati r-riżorsi proprji tal-BEI u d-dispożizzjonjiet tal-Faċilità tal-Investiment fil-qafas tal-HIPC.

(6)

Għalhekk huwa adatt li l-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE jiġi emendat kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Anness II tal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 1, l-ewwel subparagrafu huwa enumerat (1) u l-paragrafi (2), (3) u (4) li ġejjin huma mdaħħla:

“2.   Il-Fondi għas-sussidji fuq ir-rati tal-imgħax, kif previst f’dan l-Anness, ser isiru disponibbli mill-allokazzjoni tas-sussidju fuq l-imgħax speċifikata fl-Anness 1b paragrafu 2(c).

3.   Is-sussidji fuq l-imgħax jistgħu jiġu kapitalizzati jew jistgħu jintużaw fil-forma ta’ għotjiet. L-ammont tas-sussidju fuq ir-rata tal-imgħax ikkalkolat f’termini tal-valur tiegħu fiż-żminijiet tal-ħruġ tas-self, għandu jiġi mħallas kontra l-allokazzjoni tas-sussidju fuq l-imgħax speċifikata fl-Anness Ib paragrafu 2(c), u jitħallas direttament lill-Bank. Sa 10 % ta’ din l-allokazzjoni għas-sussidji fuq ir-rati tal-imgħax jistgħu jintużaw ukoll sabiex jappoġġaw għajnuna teknika relatata ma’ proġetti f’pajjiżi AKP.

4.   Dawn it-termini u l-kundizzjonjiet huma bla ħsara għat-termini u l-kondizzjonjiet li jistgħu jiġu imposti fuq il-pajjiżi tal-AKP suġġetti għal kondizzjonjiet ta’ self restrittivi taħt il-Pajjiżi Foqra bi Djun Kbar (‘HIPC’) jew xi ofqsa oħra dwar is-sostenibbiltà tad-dejn maqbula fuq livell internazzjonali. Għaldaqstant, meta dawn l-oqfsa jeħtieġu tnaqqis fir-rata tal-imgħax fuq is-self b’iktar minn 3 %, kif sanzjonat taħt l-Artikoli 2 u 4 ta’ dan il-Kapitolu, il-Bank għandu jfittex li jirriduċi l-ispiża medja tal-fondi permezz ta’ kofinanzjament adegwat ma’ donaturi oħrajn. Jekk dan ma jkunx ikkunsidrat possibbli, ir-rata tal-imgħax tas-Self bankarju tista’ titnaqqas b’dak l-ammont kif meħtieġ biex ikun konformi mal-livell li joħroġ mill-inizjattiva HIPC jew minn qafas ieħor ta’ dejn sostenibbli maqbul fuq livell internazzjonali.”;

2.

fl-Artikolu 2, it-test tal-paragrafu (7) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“7.   Self ordinarju f’pajjiżi li mhumiex suġġetti għal kondizzjonjiet ta’ self ristrettivi taħt il-HIPC jew xi oqfsa oħrajn ta’ dejn sostenibbli maqbula fuq livell internazzjonali jista’ jiġi estiż fuq termini u kondizzjonjiet konċessjonali fil-każijiet li ġejjin:

(a)

għal proġetti ta’ infrastruttura, li huma prerekwiżit għall-iżvilupp tas-settur privat fil-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, f’pajjiżi li għadhom kemm ħarġu minn kunflitt u f’pajjiżi li għadhom kemm kellhom diżastru naturali. F’dawn il-każijiet, ir-rata tal-imgħax fuq is-self ser titnaqqas sa massimu ta’ 3 %;

(b)

għal proġetti li jinvolvu operazzjonijiet ta’ ristrutturar fil-qafas ta’ privatizzazzjoni jew għal proġetti b’benefiċċji soċjali jew ambjentali sostanzjali u dimostrabbli b’mod ċar. F’dawn il-każijiet, is-self jista’ jiġi estiż b’sussidju fuq ir-rata tal-imgħax, li l-ammont u l-għamla tiegħu ser jiġu deċiżi skont il-karatteristiċi partikolari tal-proġett. Madanakollu, is-sussidju fuq ir-rati tal-imgħax m’għandux ikun ta’ aktar minn 3 %.

Ir-rata finali ta’ self li jaqa’ taħt (a) jew (b) m’għandha, fi kwalunkwe każ, qatt tkun inqas minn 50 % tar-rata ta’ referenza.”;

3.

fl-Artikolu 4, it-test tal-paragrafu (2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Self mir-riżorsi proprji tal-Bank għandu jingħata skont it-termini u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-rata tal-imgħax ta’ referenza għandha tkun ir-rata applikata mill-Bank għal self bl-istess kondizzjonijiet rigward il-munita u l-perijodu tal-ħlas fid-data tal-firma tal-kuntratt jew fid-data tal-forniment tal-finanzi;

(b)

madanakollu, għal pajjiżi li mhumiex suġġetti għal kondizzjonjiet ta’ self ristrettivi taħt il-HIPC jew minn xi oqfsa oħrajn ta’ dejn sostenibbli maqbula fuq livell internazzjonali:

(i)

fil-prinċipju, il-proġetti tas-settur pubbliku għandhom ikunu eliġibbli għal sussidju fuq ir-rata tal-imgħax sa massimu ta’ 3 %;

(ii)

il-proġetti tas-settur privat li jidħlu fil-kategoriji speċifikati fl-Artikolu 2 (7)(b) għandhom ikunu eliġibbli għal sussidji fuq ir-rati tal-imgħax bl-istess termini speċifikati f’dik id-dispożizzjoni.

Ir-rata tal-imgħax finali m’għandhiex, f’kull każ bħal dan, tkun anqas minn 50 % tar-rata ta’ referenza.

(c)

il-perijodu tal-ħlas tas-self magħmul mill-Bank mir-riżorsi proprji tiegħu għandu jkun determinat fuq il-bażi tal-karatteristċi ekonomiċi u finanzjarji tal-proġett. Dan is-self għandu normalment jikkomprendi perijodu ta’ grazzja stabbilit b’referenza għall-perijodu ta’ kostruzzjoni tal-proġett.”

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009

Għall-Kunsill tal-Ministri AKP-KE

Il-President

William HAOMAE


(1)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.


Top