Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009D0435

    2009/435/KE: Deċiżjoni Nru 2/2009 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-KE tas- 16 ta’ Frar 2009 dwar il-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)

    ĠU L 145, 10.6.2009, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/435/oj

    10.6.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 145/42


    DEĊIŻJONI Nru 2/2009 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-KE

    tas-16 ta’ Frar 2009

    dwar il-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI)

    (2009/435/KE)

    IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI TAL-AKP-KE,

    wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat f’Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), rivedut mill-ftehim li jemenda l-imsemmi Ftehim ta’ Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2), u partikolarment l-Artikolu 2(7) tal-Anness III tiegħu,

    Billi:

    (1)

    l-ex-Direttur taċ-ĊŻI, maħtur fl-1 ta’ Marzu 2005 għal mandat li kellu jintemm fit-28 ta’ Frar 2010, irriżenja b’effett mit-23 ta’ Awwissu 2007.

    (2)

    Fi tmiem il-ħidma tiegħu, kumitat konġunt ta’ selezzjoni stabbilit miż-żewġ partijiet ippropona l-ħatra tas-Sur Mabousso THIAM (Senegal) fil-post ta’ Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi għall-bqija tal-mandat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Mingħajr preġudizzju għal deċiżjonijiet ulterjuri li l-Kumitat jista’ jkun mitlub jieħu fil-qafas tal-kompiti tiegħu, is-Sur Mabousso THIAM huwa maħtur Direttur taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi, b’effett mill-1 ta’ Marzu 2009, għal mandat li jintemm fit-28 ta’ Frar 2010.

    Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-AKP-KE

    Il-President

    M. VICENOVÁ


    (1)  ĠU L 317,15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.


    Top