Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007A0629(01)

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati dwar l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT

ĠU L 169, 29.6.2007, p. 55–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2007/444/oj

Related Council decision

22007A0629(01)

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati dwar l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT

Official Journal L 169 , 29/06/2007 P. 0055 - 0057


TRADUZZJONI

Ftehim

bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-konklużjoni tan-Negozjati dwar l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT

Wara li ngħata bidu għan-negozjati bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern tal-Kanada taħt l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul il-proċess ta’ adeżjoni tagħhom mal-KE, u wara n-notifika tal-KE fid- 19 ta’ Jannar 2004 lil-WTO skond l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT 1994,

IL-KOMUNITÀ EWROPEA (KE)

u

L-GVERN TAL-KANADA (Kanada),

minn issa 'l quddiem imsemmija b'mod konġunt bħala il-"Partijiet",

FTEHMU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET LI ĠEJJIN:

1. Il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, li tiswa għat-territorju doganali tal-Komunitajiet Ewropej tal-25, il-konċessjonijiet li kienu inklużi fl-Iskeda ĊLX tagħha ta’ qabel tal-Komunitajiet Ewropej tal-15.

2. Barra minn hekk, il-KE għandha tinkorpora fl-iskeda tagħha, li tiswa għat-territorju doganali tal-KE 25, il-konċessjonijiet li jinsabu fl-anness ta’ dan il-Ftehim.

3. Il-KE għandha tnaqqas it-tariffi tagħha u taġġusta l-kwoti tar-rati tariffarji kif indikat fl-Anness mhux aktar tard mill- 1 ta’ Awwissu 2007.

4. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Kanada tinnotifika dwar it-tlestija tal-proċeduri domestiċi xierqa tagħha, wara l-iffirmar tal-Ftehim mill-partijiet.

B'XHIEDA TA’ DAN, is-sottoskritti, awtorizzati kif xieraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

MAGĦMUL fi Brussell, f'dan il- ħamsa u għoxrin jum ta’ Ġunju 2007, f'żewġ kopji oriġinali, fl-ilsien Ingliż u fil-Franċiż, biż-żewġ verżjonijiet awtentiċi bl-istess mod.

Għall-Komunità Ewropea

Għall-Gvern Tal-Kanada

--------------------------------------------------

ANNESS

- allokazzjoni ta’ kwota ta’ rata tariffarja għall-pajjiż (il-Kanada) ta’ 4624 tunnellata ta’ majjal (numri tariffarji 02031211, 02031219, 02031911, 02031913, 02031915, ex02031955, 02031959, 02032211, 02032219, 02032911, 02032913, 02032915, ex02032955 u 02032959), fir-rata ta’ kwota ta’ 233-434 EUR/T

- żieda ta’ 35 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja ta’ l-KE għal qatgħat ta’ majjal domestiku (numri tariffarji 02031211, 02031219, 02031911, 02031913, 02031915, ex02031955, 02031959, 02032211, 02032219, 02032911, 02032913, 02032915, ex02032955 u 02032959), fir-rata ta’ kwota ta’ 233-434 EUR/T

- żieda ta’ 1265 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja ta’ l-KE għall-priżet u l-flettijiet taċ-ċanga tal-friża (ex02031955 u ex02032955), fir-rata ta’ kwota ta’ 250 EUR/T

- żieda ta’ 49 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-"karkassa tat-tiġieġ, imkessħa jew iffriżata" (numri tariffarji 02071110,02071130, 02071190,02071210, 02071290), fir-rata ta’ kwota ta’ 131-162 EUR/T

- żieda ta’ 4070 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-"qatgħat ta’ tiġieġ, imkessħa jew iffriżati" (numri tariffarji 02071310, 02071320, 02071330, 02071340, 02071350, 02071360, 02071370, 02071420, 02071430, 02071440, 02071460), fir-rata ta’ kwota ta’ 93-512 EUR/T

- żieda ta’ 1605 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-"qatgħat ta’ tajr" (numru tariffarju 02071410), fir-rata ta’ kwota ta’ 795 EUR/T

- żieda ta’ 201 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-"qatgħat ta’ laħam tad-dundjan, imkessħa jew iffriżati" (numri tariffarji 02072410, 02072490, 02072510, 02072590, 02072610, 02072620, 02072630, 02072640, 02072650, 02072660, 02072670, 02072680, 02072730, 02072740, 02072750, 02072760, 02072770), fir-rata ta’ kwota ta’ 93-425 EUR/T,

- żieda ta’ 2485 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-"qatgħat tad-dundjan, iffriżati" (numri tariffarji 02072710, 02072720, 02072780), fir-rata ta’ kwota ta’ 0 %,

- żieda ta’ 537 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-ħalib tat-trab xkumat (numru tariffarju 04021019), fir-rata ta’ kwota ta’ 475 EUR/T

- ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 20000 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 22042965, 22042975) fir-rata ta’ kwota ta’ 8,0 EUR/hlt,

- ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 40000 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 22042179, 22042180) fir-rata ta’ kwota ta’ 10,0 EUR/hlt,

- ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 13810 HLT (erga omnes) għall-inbid (numri tariffarji 22059010), fir-rata ta’ kwota ta’ 7,0 EUR/hlt,

- ftugħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 2838 tunnellata (erga omnes) għall-pineapples, frott taċ-ċitru, lanġas, berquq, ċirasa, ħawħ u frawli tal-bott (numri tariffarji 20082011, 20082019, 20082031, 20082039, 20082071, 20083011, 20083019, 20083031, 20083039, 20083079, 20084011, 20084019, 20084021, 20084029, 20084031, 20084039, 20085011, 20085019, 20085031, 20085039, 20085051, 20085059, 20085071, 20086011, 20086019, 20086031, 20086039, 20086060, 20087011, 20087019, 20087031, 20087039, 20087051, 20087059, 20088011, 20088019, 20088031, 20088039, 20088070), fir-rata ta’ kwota ta’ 20 %,

- żieda ta’ 6215 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għax-xgħir (numru tariffarju 100300), fir-rata ta’ kwota ta’ 16 EUR/T,

- espansjoni ta’ 853 tunnellata ta’ l-allokazzjoni preżenti tal-Kanada fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-qamħ artab (numru tariffarju 10019099), fir-rata ta’ kwota ta’ 12 EUR/T,

- ftuħ ta’ kwota ta’ rata tariffarja ta’ 242074 tunnellata (erga omnes) għall-qamħirrum (numri tariffarji 10059000, 10051090), fir-rata ta’ kwota ta’ 0 %,

- ftuħ ta’ kwota tariffarja ta’ 2058 tunnellata (erga omnes) għall-ikel tal-klieb u l-qtates (numri tariffarji 23091013, 23091015, 23091019, 23091033, 23091039, 23091051, 23091053, 23091059, 23091070), fir-rata ta’ kwota ta’ 7 %,

- żieda ta’ 2700 tunnellata (erga omnes) fil-kwota ta’ rata tariffarja tal-KE għall-preparazzjonijiet ta’ tip użat fl-għalf ta’ l-annimali (numri tariffariji 23099031, 23099041, 23099051, 23099095, 23099099), fir-rata ta’ kwota ta’ 7 %.

--------------------------------------------------

Top