Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22005D0141

Id-Deċiżjoni Nru 1/2005 tal-Kumitat ta' Koperazzjoni Doganali ta' l-ACP-KE tat- 8 ta' Frar 2005 li tidderoga mill-kunċett ta' prodotti li joriġinaw biex tieħu in kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali tal-Cape Verde dwar il-produzzjoni ta' qomos ta' l-irġiel (titolu HS 62.05)

ĠU L 48, 19.2.2005, p. 43–44 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 90–91 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/141(1)/oj

18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

90


ID-DEĊIŻJONI NRU 1/2005 TAL-KUMITAT TA' KOPERAZZJONI DOGANALI TA' L-ACP-KE

tat-8 ta' Frar 2005

li tidderoga mill-kunċett ta' “prodotti li joriġinaw” biex tieħu in kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali tal-Cape Verde dwar il-produzzjoni ta' qomos ta' l-irġiel (titolu HS 62.05)

(2005/141/KE)

IL-KUMITAT TA' KOPERAZZJONI DOGANALI ACP-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE ffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Jannar 2000, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tal-Protokoll 1 ta' l-Anness V tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 38(1) ta' l-imsemmi Protokoll li jistabbilixxi derogi mir-regoli ta' l-oriġini li jridu jingħataw kull fejn l-iżvilupp ta' industrija eżistenti jew l-istabbiliment ta' waħda ġdida jitlob hekk.

(2)

Fit-30 ta' Settembru 2004, l-Istati ta' l-ACP issottomettew talba, f'isem il-Gvern ta' Cape Verde, għal deroga mir-regola ta' l-oriġini fil-Protokoll, fir-rigward tal-qomos ta' l-irġiel prodotti minn dan il-pajjiż għal 140 000 biċċa fl-2004 li gradwalment trid tiżdied għal 180 000 biċċa fl-2008.

(3)

Id-deroga mitluba hija ġustifikata taħt id-disposizzjonijiet relevanti ta' l-Artikolu 28(1) sa (5); Cape Verde ma jistax juża fil-produzzjoni tiegħu tal-qomos ta' l-irġiel, skond id-dispożizzjonijiet għall-akkumulazzjoni, kwantità suffiċjenti ta' materjali xierqa li joriġinaw fil-Komunità, fil-Pajjiżi u t-Territorji Barranin (OCT) jew fl-Istati l-oħra ta' l-ACP. Cape Verde huwa Stat ta' l-ACP mill-inqas żviluppati u huwa gżira u d-deroga mistennija jkollha impatt ekonomiku u soċjali pożittiv speċjalment fir-rigward ta' l-impjiegi f'Cape Verde.

(4)

Id-deroga ma tikkawżax ħsara serja lill-industrija stabbilita tal-Komunità wara li jitqiesu l-kwantitajiet ta' l-importazzjoni prevista, dejjem jekk ċerti kundizzjonijiet dwar il-kwantitajiet, il-monitoraġġ u t-tul ta' żmien jiġu rispettati.

(5)

Madanakollu, id-deroga ma tistax tingħata għall-perjodi mitluba. Id-data li fiha ġiet introdotta t-talba mill-Istati ta' l-ACP ma tippermettix l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kooperazzjoni Doganali ACP-KE qabel l-1 ta' Jannar 2005. Apparti minn hekk iridu jidħlu fis-seħħ arranġamenti kummerċjali ġodda għall-Istati ta' l-ACP sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2008. Għaldaqstant deroga mogħtija taħt is-sistema attwali ma tkunx iktar valida wara l-31 ta' Diċembru 2007 meta l-qafas legali għad-deroga ma jkunx għadu jeżisti. Għal dawn ir-raġunijiet il-validità tad-deroga għandha tkun limitata għal perjodu ta' 3 snin li jibdew mill-bidu ta' Jannar 2005 sa l-aħħar ta' l-2007.

(6)

Għalhekk, skond l-Artikolu 28, tista' tingħata deroga lil Cape Verde fir-rigward tal-qomos ta' l-irġiel għal 160 000 biċċa fl-2005, 170 000 biċċa fl-2006 u 180 000 biċċa fl-2007,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B'deroga mid-disposizzjonijiet speċjali fil-lista fl-Anness II tal-Protokoll 1 ta' l-Anness V tal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-ACP-KE, qomos ta' l-irġiel bit-titolu HS 62.05 prodotti f'Cape Verde minn tessuti li ma joriġinawx minn hemmhekk stess għandhom jiġu meqjusa bħala li joriġinaw f'Cape Verde skond it-termini ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-deroga stipulata fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti u l-kwantitajiet murija fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni li huma importati fil-Komunità minn Cape Verde tul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2007.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għandhom jiġu mmaniġġjati mill-Kummissjoni, li għandha tieħu l-azzjonijiet amministrattivi kollha li tqis meħtieġa għall-immaniġġjar effiċjenti tagħhom. L-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar l-immaniġġjar tal-kwoti tariffali għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-immaniġġjar tal-kwantitajiet imsemmija fl-Anness.

Artikolu 4

L-awtoritajiet doganali ta' Cape Verde għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jagħmlu spezzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 1. Għal dak il-għan, iċ-ċertifikati kollha li joħorġu skond din id-Deċiżjoni għandu jkun fihom referenza għalihom. L-awtoritajiet kompetenti ta' Cape Verde għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni kull tlett xhur, dikjarazzjoni dwar il-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom ikunu nħarġu ċ-ċertifikati ta' moviment EUR 1 skond din id-Deċiżjoni u n-numri serjali ta' dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Kaxxa 7 taċ-ċertifikati ta' moviment EUR 1 maħruġa taħt din id-Deċiżjoni għandu jkun fihom waħda minn dawn l-indikazzjonijiet li ġejjin:

“Derogation — Decision No 1/2005”;

“Derrogação — Decisão no 1/2005”;

Artikolu 6

L-Istati Membri ta' l-ACP u l-Istati Membri u l-Komunità Ewropea għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa minnhom sabiex jimplementaw din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2005.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Frar 2005.

Għall-Kumitat ta' Kooperazzjoni Doganali ACP-KE

Il-Presidenti tal-Kumitat Konġunt

Robert VERRUE

Isabelle BASSONG


ANNESS

Ordni Nru

Titolu HS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

Perjodu

Kwantitajiet

(f'biċċiet)

09.1670

6205

Qomos ta' l-irġiel

1.1.2005 — 31.12.2005

160 000

1.1.2006 — 31.12.2006

170 000

1.1.2007 — 31.12.2007

180 000


Top