Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0647

Id-Deċiżjoni Nru 2/2004 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tat- 30 ta' Ġunju 2004 dwar ir-reviżjoni tat-termini u l-kondizzjonijiet tal-finanzjament għal varjazzjonijiet ta' żmien qasir fil-qligħ mill-esportazzjonijiet (Anness II tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE ffirmat f'Kotonu)

ĠU L 297, 22.9.2004, p. 18–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 142M, 30.5.2006, p. 257–257 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/647/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

257


ID-DEĊIŻJONI Nru 2/2004 TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE

tat-30 ta' Ġunju 2004

dwar ir-reviżjoni tat-termini u l-kondizzjonijiet tal-finanzjament għal varjazzjonijiet ta' żmien qasir fil-qligħ mill-esportazzjonijiet (Anness II tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE ffirmat f'Kotonu)

(2004/647/KE)

IL-KUNSILL TAL-MINISTRI AKP-KE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE ffirmat f'Kotonu fit-23 ta' Ġunju 2000, u b'mod partikolari, l-Artikolu 100 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE ffirmat f'Kotonu fit-23 ta' Ġunju 2000 saħaq fuq l-importanza ta' sistema ta' għajnuna addizzjonali sabiex jiġu mnaqqsa l-effetti negattivi ta' kwalunkwe instabbiltà fil-qligħ mill-esportazzjonijiet.

(2)

Skond l-Artikolu 68(3) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE, l-Istati AKP l-inqas żviluppati, interkjużi, u gżejjer għandhom jirċievu trattament aktar favorevoli.

(3)

Skond l-Artikolu 11 ta' l-Anness II għall-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 3 ta' dak l-Anness dwar il-finanzjar għal varjazzjonijiet ta' żmien qasir fil-qligħ mill-esportazzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal reviżjoni sa l-aktar tard wara sentejn ta' operat u sussegwentement fuq it-talba ta' wieħed mill-Partijiet.

(4)

Sabiex jiġi mtejjeb il-funzjonament tas-sistema ta' finanzjar għal varjazzjonijiet ta' żmien qasir fil-qligħ mill-esportazzjonijiet u jiġi żgurat li tirrispondi b'mod aktar xieraq għall-għanijiet tagħha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 9(1) ta' l-Anness II għall-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE għandu jiġi sostitwit b'li ġej:

“1.   L-eliġibbiltà għal riżorsi addizzjonali għandha tiġi stabbilita minn:

(a)

telf ta' 10 % (2 % fil-każ ta' Stati l-inqas żviluppati, interkjużi, u gżejjer) tal-qliegħ mill-esportazzjonijiet ta' merkanzija meta mqabbel mal-medja aritmetika tal-qliegħ fl-ewwel tlett snin ta' l-ewwel erba' snin qabel is-sena ta' l-applikazzjoni;

jew

telf ta' 10 % (2 % fil-każ ta' Stati l-inqas żviluppati, interkjużi, u gżejjer) tal-qligħ mill-esportazzjonijiet tat-total tal-prodotti agrikoli jew minerali meta mqabbel mal-medja aritmetika tal-qligħ fl-ewwel tlett snin ta' l-ewwel erba' snin qabel is-sena ta' l-applikazzjoni għal pajjiżi fejn id-dħul mill-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli jew minerali jirrappreżenta iżjed minn 40 % tad-dħul kollu mill-esportazzjoni ta' merkanzija; u

(b)

żieda ta' 2 % fid-defiċit pubbliku programmat għas-sena in kwistjoni jew imbassar għas-sena ta' wara.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, nhar it-30 ta' Ġunju 2004.

Il-President tal-Kumitat ta' l-Ambaxxaturi AKP-KE

b'delega, għall-Kunsill tal-Ministri AKP-KE

Jacques OBIA


Top