EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0033

Deċiżjoni nru tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2004 tad-19 Marzu 2004 li jemenda l-Anness I XXI (Statistiċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 127, 29.4.2004, p. 144–156 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/33(2)/oj

22004D0033



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0144 - 0156


Deċiżjoni nru tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 33/2004

tad-19 Marzu 2004

li jemenda l-Anness I XXI (Statistiċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jirranġa l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I XXI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/2004 tas-6 ta' Frar 2004 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/2002 tal-24 ta' Jannar 2002 li jemenda l-Anness I 1 għar-Regolament tal-Kunsill (KEE:) Nru 571/88 bl-għan tal-organizzazzjoni tal-perizji tal-Komunità fuq l-istruttura tal-ishma agrikoli fl-2003, fl-2005 u fl-2007 [2] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness I XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 23 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88):

"- 32002 R 0143: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 143/2002 tal-24 ta' Jannar 2002 (ĠU L 24, tas-26.1.2002, p. 16)."

2. Fl-adattament (f) tal-punt 23 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88), "u 2003/2005/2007" għandu jiġi miżjud ma l-aħħar sentenza.

3. Il-lista tal-Anness I għandha tiġi mibdula bil-lista fl-Anness għad-Deċiżjoni preżenti.

Artikolu 2

It-testi għar-Regolament (KE) Nru 143/2002 fil-lingwi IslandiċI u Norveġiżi, li jiġu pubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Marzu 2004, jekk in-notifikazzjonijiet kollha tal-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2004.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 116, tat-22.4.2004, p. 66.

[2] ĠU L 24, tas-26.1.2002, p. 16.

[3] L-ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 33/2004

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top