EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0029

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/2004 tad-19 ta' Marzu 2004 li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim tal-FEE

ĠU L 127, 29.4.2004, p. 137–139 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/29(2)/oj

22004D0029



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0137 - 0139


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 29/2004

tad-19 ta' Marzu 2004

li temenda l-Anness XIV (Kompetizzjoni) tal-Ftehim tal-FEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999 tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim vertikali u prattiċi miftiehema [2] kien inkorporat fil-Ftehim permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2000 [3].

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta' ftehim vertikali u prattiċi miftiehema fis-settur tal-vetturi bil-mutur [4] kien inkorporat fil-Ftehim permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 136/2002 [5].

(4) Jeżisti l-bżonn ta' test ta' addattament fir-rigward ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2790/1999 u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1400/2002,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIV tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1. Dan li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 2 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2790/1999):

"(ċ) Dan li ġej għandu jiżdied fl-aħħar ta' l-Artikolu 8:

"Skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA tista' b'rakkomandazzjoni tiddikjara li, fejn sistemi paralleli ta' restrizzjonijiet vertikali simili jkunu jkopru iktar minn 50 % ta' suq rilevanti fl-Istati ta' l-EFTA, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal ftehim vertikali li jkun fihom restrizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għal dak is-suq.

Rakkomandazzjoni skond il-paragrafu 1 għandha tkun indirizzata lill-Istat ta' l-EFTA jew l-Istati ta' l-EFTA inkluż is-suq rilevanti in kwestjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun informata dwar il-ħruġ ta' tali rakkomandazzjoni.

Fi żmien tliet xhur mid-data tal-ħruġ ta' rakkomandazzjoni skond il-paragrafu 1, l-Istati kollha ta' l-EFTA indirizzati għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA dwar jekk jaċċettawx ir-rakkomandazzjoni. Jekk it-terminu perentorju ta' tliet xhur jiskadi migħajr risposta, dan għandu jinftiehem bħala aċċettazzjoni min-naħa ta' l-Istat ta' l-EFTA li ma jkunx irrisponda fil-ħin.

Jekk Stat ta' l-EFTA indirizzat bir-rakkomandazzjoni jew jaċċetta r-rakkomandazzjoni jew ma jirrispondix fil-ħin, obbligu legali skond il-Ftehim sabiex tkun implimentata r-rakkomandazzjoni fi żmien tliet xhur mill-ħruġ tagħha jkun impost fuqu.

Jekk fi żmen it-terminu perentorju ta' tliet xhur, Stat ta' l-EFTA indirizzat jinnotifika lill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA li huwa ma jaċċettax ir-rakkomandazzjoni tagħha, l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b'din ir-risposta. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx taqbel mal-pożizzjoni ta' l-Istat ta' l-EFTA in kwestjoni, l-Artikolu 92(2) tal-Ftehim għandu japplika.

L-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA u l-Kummissjoni għandhom ibiddlu informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin fl-applikazzjoniji ta' din id-dispożizzjoni.

Fejn sistemi paralleli ta' restrizzjonijet vertikali simili jkunu jkopru iktar minn 50 % ta' suq rilevanti fit-territorju tal-Ftehim tal-FEE, iż-żewġ awtoritajiet ta' sorveljanza jkunu jistgħu jibdew koperazzjoni bl-iskop li jaddottaw miżuri separati. Jekk iż-żewġ awtoritajiet ta' sorveljanza jiftehmu dwar suq rilevanti u dwar kemm ikun f'loku li tkun addottata miżura skond din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha taddotta regolament indirizzat lill-Istati Membri tal-Komunità u l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA rakkomandazzjoni ta' sustanza korrispondenti għall-Istat ta' l-EFTA jew l-Istati ta' l-EFTA inkluż is-suq rilevanti in kwistjoni.""

2. Dan li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 4b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2002):

"(ċ) Dan li ġej għandu jiżdied fl-aħħar ta' l-Artikolu 7:

"Skond id-Dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA tista' b'rakkomandazzjoni tiddikjara li, fejn sistemi paralleli ta' restrizzjonijiet vertikali simili jkunu jkopru iktar minn 50 % ta' suq rilevanti fl-Istati ta' l-EFTA, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal ftehim vertikali li jkun fihom restrizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għal dak is-suq.

Rakkomandazzjoni skond il-paragrafu 1 għandha tkun indirizzata lill-Istat ta' l-EFTA jew l-Istati ta' l-EFTA inkluż is-suq rilevanti in kwestjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun informata bil-ħruġ ta' tali rakkomandazzjoni.

Fi żmien tliet xhur mill-ħruġ ta' rakkomandazzjoni skond il-paragrafu 1, l-Istati ta' l-EFTA kollha indirizzati għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA jekk jaċċettawx ir-rakkomandazzjoni. Jekk it-terminu perentorju ta' tliet xhur jiskadi mingħajr risposta, dan għandu jinftiehem bħala aċċettazzjoni min-naħa ta' l-Istat ta' l-EFTA li ma jkunx irrisponda fil-ħin.

Jekk Stat ta' l-EFTA indirizzat bir-rakkomandazzjoni jew jaċċetta r-rakkomandazzjoni jew ma jirrispondix fil-ħin, obbligu legali skond il-Ftehim sabiex tkun implimentata r-rakkomandazzjoni fi żmien tliet xhur mill-ħruġ tagħha tkun imposta fuqu.

Jekk fi żmien it-terminu perentorju, Stat ta' l-EFTA indirizzat jinnotifika lill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA li huwa ma jaċċettax ir-rakkomandazzjoni tagħha, l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bir-risposta tagħha. Jekk il-Kummissjoni ma tkunx taqbel mal-pożizzjoni ta' l-Istat ta' l-EFTA in kwestjoni, l-Artikolu 92(2) tal-Ftehim għandu japplika.

L-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA u l-Kummissjoni għandhom ibiddlu informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin fl-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni.

Fejn sistemi paralleli ta' restrizzjonijet vertikali simili jkunu jkopru iktar minn 50 % ta' suq rilevanti fit-territorju tal-Ftehim tal-FEE, iż-żewġ awtoritajiet ta' sorveljanza jkunu jistgħu jibdew koperazzjoni bl-iskop li jaddottaw miżuri separati. Jekk iż-żewġ awtoritajiet ta' sorveljanza jiftehmu dwar suq rilevanti u dwar kemm ikun f'loku li tkun addottata miżura skond din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha taddotta regolament indirizzat lill-Istati Membri tal-Komunità u l-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA rakkomandazzjoni ta' sustanza korrispondenti għall-Istat ta' l-EFTA jew l-Istati ta' l-EFTA inkluż is-suq rilevanti in kwestjoni.""

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Marzu 2004, basta n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [6]

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta' Marzu 2004.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 45.

[2] ĠU L 336, tad-29.12.1999, p. 21.

[3] ĠU L 103, tat-12.4.2001, p. 36.

[4] ĠU L 203, ta' l-1.8.2002, p. 30.

[5] ĠU L 336, tat-12.12.2002, p. 38.

[6] A huma indikati l-ebda rikjesti kostituzzjonali.

--------------------------------------------------

Top