Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004A0806(03)

    Ftehim qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea

    ĠU L 261, 6.8.2004, p. 64–68 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2004/578/oj

    Related Council decision

    22004A0806(03)



    Official Journal L 261 , 06/08/2004 P. 0064 - 0068


    Ftehim qafas

    bejn il-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

    u

    L-AĠENZIJA SPAZJALI EWROPEA,

    (minn issa ‘l quddiem imsejjħa kollettivament bħala il-Partijiet)

    BILLI l-Komunità Ewropea u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ASE) iqisu li koperazzjoni aktar mill-viċin bejniethom se ssaħħaħ l-użu paċifiku ta' l-ispazju bħala għodda importanti li jikkontribbwixxi għal koeżjoni u tkabbir ekonomiku Ewropew u se jippermetti attivitajiet relatati ma' l-ipazju li jinġiebu għal qafas politiku, ekonomiku, xjentifiku, ambjentali u soċjali aktar wiesgħa aktar direttament lejn is-servizzi ta' ċittadini Ewropej;

    BILLI kull Parti hija kunfidenti li din il-koperazzjoni se toħloċ valur miżjud għall-benefiċċju ta' ċittadini Ewropej;

    BILLI l-Partijiet jgħarrfu li għandhom saħħiet kumplimentarji speċifiċi u ta' rinfurzar bejn xulxin u huma kommessi li jikkoperaw f'manjiera ta' ġid effiċenti u bejn xulxin u li jevitaw kull dupplikazzjoni mhux meħtieġ ta' sforz;

    BILLI teknoloġika ta' l-ispazju saret teknoloġija unika u kritika li tgħin lill-Komunità sabiex tindirizza u tikseb numru kbir tal-miri tal-politika tagħha, prinċipalment relatati ma' soċjeta ta' informazzjoni, trasport u protezzjoni ambjentali;

    WARA LI KKONSIDRAW ir-Risoluzzjonijiet varji adottati mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea [1] u mill-Kunsill ta' l-Aġenzija Spazjali Ewropea [2] u mill-Kunsill tal-Konklużjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-10 ta' Diċembru 2001, iż-żewġ Kunsilli msemmija nkoraġġixxew l-istabbiliment ta' qafas għal koperazzjoni bejn il-Partijiet, waqt li żammew x-xogħlijiet u r-responsabbiltajiet distinti rispettivi tagħhom;

    BILLI d-Deċiżjoni Nru 676/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għal politika ta' spektrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni ta' l-Ispektrum tar-Radju) hija rilevanti, meta jitqies li kull sistema jew applikazzjonijiet spazjali jiddependu fuq id-disponibbilta ta' frekwenzi tar-radju.

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Għan tal-koperazzjoni

    L-għan ta' dan il-Ftehim Qafas huwa sabiex jindirizza l-kwisjonijiet li ġejjin:

    1. L-iżvilupp koerenti u progressiv ta' Politika Spazjali Ewropea totali. Speċifikament, din il-politika għandha tfittex li torbot domanda għal servizzi u applikazzjonijiet li qed jużaw sistemi spazjali f'appoġġ mal-politika tal-Komunità mal-provvista ta' sistemi spazjali u infrastruttura meħtieġa sabiex jilħqu dik id-domanda.

    2. L-istabbiliment ta' qafas li jipprovdi bażi komuni u arranġamenti operazzjonali xierqa għal koperazzjoni ta' ġid effiċjenti u bejn xulxin bejn il-Partijiet rigward attivitajiet spazjali bi qbil max-xogħlijiet u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u waqt li jirrispettaw għal kollox id-direzzjonijiet istituzzjonali u l-qafas operazzjonali tagħhom. Il-koperazzjoni skond dan il-Ftehim Qafas bejn il-Partijiet timmira biex:

    (a) tiżgura l-aċċess indipendenti u bi prezz effettivi ta' l-Ewropa għall-ispazju u l-iżvilupp ta' oqsma oħra ta' interess strateġiku meħtieġa għall-użu indipendenti u l-applikazzjoni ta' teknoloġiji ta' l-ispazju fl-Ewropa;

    (b) tiżgura li l-Politika Spazjali Ewropea totali tqis partikolarment il-politika ġenerali segwita mill-Komunità Ewropea.

    (ċ) tappoġġja politika tal-Komunità billi tuża teknoloġiji spazjali u infrastrutturi spazjali fejn xieraq u tippromwovi l-użu ta' sistemi ta' l-ispazju f'appoġġ ta' żvilupp sostenibbli, tkabbir ekonomiku u impjieg;

    (d) ittejjeb l-użu ta' l-għarfien u risorsi disponibbli u tikkontribbwixxi għall-konsolidazzjoni tal-koperazzjoni mill-viċin bejn il-Komunità Ewropea u l-ASE, biex b'hekk torbot id-domanda u l-provvista ta' sistemi spazjali fi sħubija strateġika;

    (e) tikseb koerenza akbar u sinerġija ta' riċerka u żvilupp sabiex itejjeb l-użu ta' risorsi disponibbli fl-Ewropa, inkluż ix-xibka ta' ċentri tekniċi.

    Artikolu 2

    Prinċipji ta' koperazzjoni

    1. Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tiġi segwita fid-dawl ta' l-għanijiet komuni kif definit skond l-Artikolu 1, b'qies kif mistħoqq għax-xogħlijiet u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u direzzjonijiet istituzzjonali u qafas operazzjonali rispettivi tagħhom.

    2. Kull Parti għandha tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, kif deskritt fl-Artikolu 4, bi qbil mal-proċeduri interni tagħha stess.

    3. Waqt li jġorru f'moħħhom in-natura ta' teknoloġiji u infrastrutturi spazjali, iż-żewġ Partijiet, fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, għandhom iqisu id-dimensjoni tas-sigurta tagħhom.

    Artikolu 3

    Oqsma ta' koperazzjoni

    1. Il-Partijiet identifikaw l-oqsma speċifiċi ta' koperazzjoni li ġejjin:

    - xjenza,

    - teknoloġija,

    - osservazzjoni ta' l-art,

    - navigazzjoni,

    - komunikazzjoni bis-satellita,

    - vjaġġ fl-ispazju magħmul mill-bniedem u mikro-gravita,

    - pjattaformi minn fejn jittajru inġenji spazjali (launchers),

    - politika ta' l-ispektrum li għandha x'taqsam ma' l-ispazju.

    2. Il-Partijiet jistgħu jidentifikaw u jiżviluppaw oqsma ġodda għal koperazzjoni.

    Artikolu 4

    Implimentazzjoni

    1. Għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, kull Parti għandha tidħol għal, f'konformita mal-prerogattivi tagħha stess, strumenti u proċeduri legali, dawn l-azzjonijiet kif meħtieġa sabiex jinkiseb l-għan tal-koperazzjoni provvduti fl-Artikolu 1.

    2. Dawn l-azzjonijiet għandhom jimmiraw lejn l-inkoraġġiment ta' l-utilizzazzjoni ta' riċerka u żvilupp ta' l-ispazju u applikazzjonijiet spazjali fis-setturi pubbliċi u privati, il-promozzjoni ta' l-adozzjoni ta' miżuri leġislattivi, regolatorji u ta' standardizzazzjoni f'dan is-settur, il-fondi u t-twettiwq ta' inizjattivi konġunti skond l-Artikolu 5.

    3. Kull Parti għandha tirreferi għall-kompetenzi u l-kapaċitajiet ta' l-oħra, kull meta azzjoni hija meħtieġa, biex jiġi segwit l-għan tal-koperazzjoni, u għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra b'għarfien u appoġġ fl-oqsma speċifiċi ta' kompetenza tagħha stess.

    Artikolu 5

    Inizjattivi konġunti

    1. Bla ħsara għall-paragrafu 3, l-inizjattivi konġunti li jridu jitwettqu mill-Partijiet jistgħu jieħdu, mingħajr ma jkunu limitati għalihom, il-forom li ġejjin:

    (a) it-tmexxija mill-ASE ta' l-attivitajiet relatati ma' l-ispazju tal-Komunità Ewropea bi qbil mar-regoli tal-Komunità Ewropea.

    (b) il-parteċipazzjoni mill-Komunità Ewropea f'programm b'għażla ta' l-Aġenzija Spazjali Ewropea, bi qbil ma' l-Artikolu V.I.b tal-Konvenzjoni ta' l-ASE.

    (ċ) it-twettieq ta' attivitajiet li huma kordinati, implimentati u mogħtija l-fondi miż-żewġ Partijiet;

    (d) il-ħolqien mill-Partijiet ta' korpi li jingħataw ir-responsabbilta li jsegwu inizjattivi kumplimentarji għal attivitajiet ta' riċerka u żvilupp, bħal ma huma l-provvediment ta' servizzi, il-promozzjoni ta' formazzjoni ta' operaturi u t-tmexxija ta' infrastrutturi;

    (e) it-twettieq ta' studji, l-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' seminar, konferenzi, symposia u workshops xjentifiċi, it-taħriġ ta' xjentisti u esperti tekniċi, il-bdil jew it-tqassim ta' tagħmir u materjali, l-aċċess għal faċilitajiet, u l-appoġġ ta' żjarat u bdil ta' xjentisti, inġiniera jew speċjalisti oħra.

    2. Meta l-implimentazzjoni ta' inizjattiva konġunta teħtieġ definizzjoni dettaljata, għandha tiġi provvduta f'arranġamenti speċifiċi li jridu jiddaħħlu bejn il-Partijiet. Fejn applikabbli, dawn l-arranġamenti speċifiċi għandhom jinkludu għall-inqas:

    (a) id-definizzjoni tal-missjoni kollha;

    (b) deskrizzjoni ta' l-għanijiet;

    (ċ) sett konsolidat ta' ħtiġijiet ta' l-utent;

    (d) pjan tax-xogħol;

    (e) skema xierqa ta' tmexxija;

    (f) ir-rwol u l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-Partijiet;

    (g) skema ta' politika industrijali;

    (h) aspetti ta' l-estimi;

    (i) regoli ta' drittijiet ta' propjeta intelletwali, regoli ta' pussess inkluż it-trasferiment ta' pussess, il-prinċipji ta' implimentazzjoni inkluż drittijiet ta' votazzjoni, u l-parteċipazzjoni minn Partijiet terzi.

    Iż-żewġ Partijiet għandhom ifasslu prinċipji ta' gwida b'żieda ma' dawn l-arranġamenti speċifiċi kemm jista' jkun malajr.

    3. Kull kontribuzzjoni finanzjarja magħmula minn Parti waħda bi qbil ma' arranġament speċifiku għandha tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet finanzjarji applikabbli għal dik il-Parti. Il-Komunità Ewropa m'għandhiex taħt l-ebda ċirkostanza tkun marbuta li tapplika r-regola ta' "distribuzzjoni ġijografika" li tinstab fil-Konvenzjoni ta' l-ASE u speċjalment fl-Anness V għal dan. Konformita mar-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' kontroll finanzjarju u reviżjoni tal-Parti li qed tikkontribbwixxi għall-inizjattivi konġunti, jew taż-żewġ Partijiet fil-każ ta' kontribuzzjoni konġunta, għandha tapplika għal kull attivita konġunta.

    Artikolu 6

    Konsultazzjoni u informazzjoni

    1. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin regolarment sabiex jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom sal-punt l-akar sħiħ. Kull Parti għandha tgħarraf lill-oħra b'kull inizjattiva fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tagħha stess, fl-oqsma ta' koperazzjoni skond l-Artikolu 3, li jistgħu jkunu ta' interess lill-Parti l-oħra.

    2. Il-Partijiet għandhom ibiddlu l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħhom li tista' tinħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, bla ħsara għar-regoli rispettivi tagħhom.

    3. Minbarra jekk ikun provvdut mod ieħor, il-Partijiet m'għandhomx jikxfu xi informazzjoni mibdula f'konnessjoni ma' dan il-Ftehim ma' xi persuna oħra għajr dawn impjegati minnhom jew uffiċjalment intitolati sabiex jimmaniġġjaw din l-informazzjoni lanqas m'għandhom jużawha għal għanijiet kummerċjali. Dan il-kxif għandu jestendi biss safejn jista' jkun meħtieġ għall-għan ta' dan il-Ftehim dikjarat fl-Artikolu 1 u għandu jinżann f'kunfidenza stretta.

    Artikolu 7

    Dimensjoni esterna tal-koperazzjoni

    1. Kull Parti għandha tgħarraf lill-oħra bl-attivitajiet tagħha ta' dimensjoni internazzjonali li jistgħu jkunu ta' interess lill-Parti l-oħra.

    2. Fejn xieraq Parti tista', f'relazzjoni ma' xi materji rilevanti għall-attivitajiet internazzjonali tagħhom, tikkonsulta mal-Parti l-oħra.

    3. Ladarba arranġament speċifiku jkun ġie konkluż bejn il-partijiet bi qbil ma' l-Artikolu 5, l-aspetti esterni ta' din l-attivita konġunta rigward partijiet terzi għandha tiġi segwita b'mod konġunt mill-partijiet bi qbil ma' dak l-arranġament speċifiku.

    Artikolu 8

    Kordinazzjoni u tħaffif ta' attivitajiet koperattivi

    1. Il-kordinazzjoni u t-tħaffif ta' attivitajiet koperattivi skond dan il-Ftehim għandhom jiġu mwettqa minn laqgħat konġunti u konkomittenti regolari tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill ta' l-ASE f'livell ministerjali (Kunsill ta' l-Ispazju).

    2. L-għanijiet tal-laqgħat konġunti u konkomittenti għandhoom jinkludu dan li ġej:

    (a) li jipprovdu direzzjonijiet (orjentamenti) li jappoġġaw il-ksib ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim u jidentifikaw azzjonijiet meħtieġa;

    (b) li jagħmlu rakkomanzazzjonijiet, b'mod partikolari relatati ma' l-elementi ewlenin ta' l-arranġamenti speċifiċi;

    (ċ) li jagħtu parir lill-partijiet rigward modi sabiex itejbu koperazzjoni konsistenti mal-prinċipji dikjarti f'dan il-Ftehim;

    (d) jirrevedu l-funzjonament effettiv u effiċjenti ta' dan il-Ftehim.

    3. Segretarjat għandu jgħin lill-laqgħat konkomittenti u għandu jelabora l-inizjattivi li joħorġu mill-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Is-Segretarjat għandu jimplimenta l-linji ta' gwida provvduti mill-laqgħat konkomittenti taż-żewġ Kunsilli. Is-Segretarjat għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu stess ta' proċedura u jiġi kompost minn uffiċjali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u ta' l-Eżekuttiv ta' l-ASE. Il-Partijiet għandhom jindaħlu, bi qbil mar-regoli u l-proċeduri rispettivi tagħhom, sabiex jikkontribbwixxu għall-appoġġ amministrattiv meħtieġ.

    4. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri interni ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Partijiet, is-Segretarjat għandu jikkonsulta fuq bażi regolari u informali rappreżentanti ta' livell għoli ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u ta' l-Aġenzija Spazjali Ewropea, bil-għan li jintlaħaq ftehim komuni dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu 9

    Bdil ta' Personal

    1. Il-Partijiet jistgħu jissekondaw membri ta' l-istaff tagħhom lil xulxin għal perjodi speċifikati sabiex jaqsmu l-għarfien tagħhom u jiżviluppaw ftehim bejn xulxin.

    2. Regoli għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti mis-Segretarjat, kif riferit fl-Artikolu 8, u jiġu miftiehma fil-forma ta' arranġament speċifiku skond dan il-Ftehim Qafas.

    Artikolu 10

    Relazzjonijiet pubbliċi

    1. Il-Partijiet jindaħlu sabiex jikkordinaw bil-quddiem l-attivitajiet ta' relazzjonijiet pubbliċi, ta' l-istampa u tal-medja tagħhom li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet pubbliċi konġunti li jirrelataw ma' suġġetti koperti minn dan il-Ftehim.

    2. Fl-attivitajiet tal-medja kollha rilevanti, ir-rwol ta' kull Parti f'dan il-Ftehim għandu jkun identifikat u msemmi b'mod ċar.

    3. L-arranġamenti dettaljat għall-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' relazzjonijiet pubbliċi provvduti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati b'mod konġunt.

    Artikolu 11

    Ftehim f'nuqqas ta' qbil

    1. Kull nuqqas ta' qbil li jista' jinħoloq bejn il-Partijiet li għandu x'jaqsam ma' l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jiġi sottomess għal negozjati diretti fis-Segretarjat.

    2. Jekk ma jkunx possibbli li jintlaħaq ftehim f'nuqqas ta' qbil bi qbil mal-paragrafu 1, kull wieħed miż-żewġ Partijiet jista' jgħarraf lill-ieħor bil-ħatra ta' arbitru. Il-Parti l-oħra għandha mbagħad taħtar l-arbitru tagħha stess f'perjodu ta' xahrejn. L-arbitri għandhom imbagħad jaħtru t-tielet arbitru fi żmien xahar.

    3. Id-deċiżjonijiet ta' l-arbitri għandhom jittieħdu bil-vota tal-maġġoranza.

    4. L-għoti tat-Tribunal ta' l-Arbitraġġ għandu jkun finali u jorbot lill-Partijiet.

    5. Kull Parti għan-nuqqas ta' ftehim għandha tieħu l-passi xierqa meħtieġa sabiex timplimenta d-deċiżjonijiet ta' l-arbitri.

    Artikolu 12

    Dħul fis-seħħ, tul ta' żmien, emendi u temma

    1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data ta' l-aħħar komunikazzjoni bil-miktub li biha l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħha jkunu twettqu.

    2. Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ għal erba' snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu. Għandu jiġi estiż awtomatikament għal perjodi sosegwenti ta' erba' snin minbarra jekk waħda mill-Partijiet tgħarraf lill-Parti l-oħra bil-miktub, għall-inqas sena qabel l-iskadenza ta' xi wieħed mill-perjodi ta' tul ta' żmien tagħha, jew bl-intenzjoni li ttemmha.

    Dan il-Ftehim għandu jintemm ma' l-iskadenza ta' tnax-il xahar wara l-irċevuta ta' notifika bil-miktub minn Parti waħda mibgħuta mill-Parti l-oħra.

    3. It-temma jew l-iskadenza ta' dan il-Ftehim m'għandhiex taffettwa l-validita ta' l-arranġamenti speċifiċi midħula għalihom bejn il-Partijiet bi qbil ma' l-Artikolu 5, li għandu jibqa' fis-seħħ għal kollox sakemm it-termini għall-eżekuzzjoni jew it-temma tagħhom iseħħu.

    4. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat biss minn ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet.

    5. Dan il-Ftehim mhuwiex maħsub li jimmodifika jew jidħol minflok xi ftehimijiet ta' qabel midħula għalihom bejn il-Partijiet, li għandhom jibqgħu fis-seħħ għal kollox bi qbil mat-termini u d-dispożizzjonijiet tagħhom stess.

    Artikolu 13

    Firma u awtentiċita

    Dan il-Ftehim għandu jitfassal doppjament fl-ilsien Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż. Ġermaniż, Griek, Taljan, Norveġiż, Portugiż, Spanjol u Svediż, b'kull test ugwalment awtentiku.

    Hecho en Bruselas, el veinticinco de noviembre del dos mil tres.Undærdiget i Bruxelles den femogtyvende november to tusind og tre.Geschehen zu Brüssel am fünfundzwanzigsten November zweitausendunddrei.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι πέντε Νοεµβρίου δύο χιλιάδες τρία.Done at Brussels on the twenty-fifth day of November in the year two thousand and three.Fait à Bruxelles, le vingt-cinq novembre deux mille trois.Fatto a Bruxelles, addì venticinque novembre duemilatre.Gedaan te Brussel, de vijfentwintigste november tweeduizenddrie.Utferdiget i Brussel den tjuefemte november totusenogtre.Feito em Bruxelas, em vinte e cinco de Novembro de dois mil e três.Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäviidentenä päivänä marraskuuta vuonna kaksituhattakolme.Utferdiget i Brussel den tjuefemte november totusenogtre.

    Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαïκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapFor Den europeiske unionPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaFör Europeiska gemenskapen

    +++++ TIFF +++++

    Por la Angecia Espacial EuropeaFor Den Europæiske RumorganisationFür die Europäische WeltraumorganisationΓια την Ευροωπαïκή Υπηρεσία ΔιαστήµατοςFor the European Space AgencyEuroopan avaruusjärjestön puolestaPour l'Angence spatiale européennePer l'Agenzia spaziale europeaVoor het Europees RuimteagentschapFor Den europeiske romorganisasjonPela Agência Espacial EuropeiaFör Europeiska rymdorganisationen

    +++++ TIFF +++++

    [1] Ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill ta' l-UE tat-22 ta' Ġunju 1998 (ĠU C 224, tas-17.7.1998, p. 1), 2 ta' Diċembru 1999 (ĠU C 375, ta' l-24.12.1999, p. 1), 16 ta' Novembru 2000, (ĠU C 371, tat-23.12.2000, p. 2).

    [2] Ir-riżoluzzjonijiet ta'l-ASE ta': 23 ta' Ġunju 1998: ESA/C/CXXXVI/Res.1 (Finali), 11 ta' Mejju 1999: ESA/C-M/CXLI/Res. 1 (Finali); ESA/C(2000)67; ESA/C-M/CXLVIII/Res. 1 (Finali), 16 ta' Novembru 2000, li tirreferi għall-Istrateġija Ewropea għall-Ispazju; ESA/C-M/CLIV/Res. 1 (Finali), 15 ta' Novembru 2001; ESA/C-M/CLXV/Res.3 (Finali), 27 ta' Mejju 2003.

    --------------------------------------------------

    Top