Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D0713(06)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2000 tad-19 ta' Mejju 2000 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    ĠU L 174, 13.7.2000, p. 58–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/46(2)/oj

    22000D0713(06)



    Official Journal L 174 , 13/07/2000 P. 0058 - 0058


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 46/2000

    tad-19 ta' Mejju 2000

    li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 100/1999 tat-30 ta' Lulju 1999 [1].

    (2) Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi strument ta' finanzjament u programmar waħdieni għall-kooperazzjoni kulturali (programm Kultura 2000) (Deċiżjoni Nru 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2]).

    (3) il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ sa mill-1 ta' Jannar 2000,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 13(4) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

    "- 32000 D 0508: Id-Deċiżjoni Nru 508/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Frar 2000(ĠU L 63, ta' l-10.3.2000, p. 1)."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-ewwel ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim.

    Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2000.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Mejju 2000.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    F. Barbaso

    [1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    [2] ĠU L 63, tat-10.3.2000, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top