Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21998A0113(03)

    Ftehim bejn il-komunità ewropea u l-kanada dwar il-kooperazzjoni doganali u l-għajnuna reċiproka dwar materji doganali

    ĠU L 7, 13.1.1998, p. 38–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1998/18/oj

    Related Council decision

    21998A0113(03)



    Official Journal L 007 , 13/01/1998 P. 0038 - 0045


    Ftehim

    bejn il-komunità ewropea u l-kanada dwar il-kooperazzjoni doganali u l-għajnuna reċiproka dwar materji doganali

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA u l-GVERN TAL-KANADA,

    minn issa "l quddiem msejħa" il-Partijiet Kontrattanti,

    WARA LI BNEW fuq il-relazzjoni pprivileġġajta tal-Ftehim Qafas rigward il-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada, iffirmat f'Ottawa fis-6 ta' Lulju 1976,

    JWARA LI QIESU d-dikjarazzjoni tat-22 ta' Novembru 1990 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Kanada,

    FILWAQT LI JAGĦRFU d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada iffirmata f'Ottawa fis-17 ta' Diċembru 1996,

    WARA LI KKUNSIDRAW illi ksur tal-leġislazzjoni doganali hija ta' preġudizzju għall-interessi ekonomiki, fiskali, soċjali, kulturali u kummerċjali tagħhom,

    FILWAQT LI JEMMNU li għandu jkun hemm impenn li tiġi żviluppata l-kooperazzjoni doganali bl-aktar għan wiesa’ possibbli f'materji li jinkludu s-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri doganali, imma mhux limitati għalihom,

    WARA LI KKUNSIDRAW l-importanza ta' stima eżatta tad-dazji u t-taxxi doganali miġbura fl-importazzjoni u l-esportazzjoni u li jiġi żgurat l-infurzar sewwa tal-miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjonijiet u kontroll,

    FILWAQT LI JAGHRFU l-ħtieġa tal-kooperazzjoni internazzjonali f'materji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-applikazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet doganali tagħhom,

    KONVINTI li azzjoni kontra ksur tal-leġislazzjoni doganali tista’ tkun aktar effettiva bil-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-amministrazzjonijiet doganali tagħhom,

    WARA LI KKUNSIDRAW l-istrumenti rilevanti tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni Doganali, b'mod partiklolari r-rakkomandazzjoni dwar il-għajnuna amministrattiva reċiproka tal-5 ta' Diċembru 1953,

    FILWAQT LI JQISU WKOLL il-konvenzjonijiet internazzjonali li fihom projbizzjonijiet, restrizzjonijiet u miżuri speċjali ta' kontroll rigward oġġetti speċifiki,

    FTEHMU KIF ĠEJ:

    IT-TITOLU I

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Definizzjonijiet

    Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim,

    1. "awtorità doganali" tfisser:

    - fil-Komunità Ewropea: is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea,

    - fil-Kanada: is-servizzi kompetenti tad-Dipartiment tad-Dħul Nazzjonali;

    2. "leġislazzjoni doganali" tfisser:

    - għall-Komunità Ewropeaj: id-dispożizzjonijiet adottati mill-Komunità Ewropea u li jirregolaw l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-transitu ta' oġġetti u t-tqegħid tagħhom taħt kull proċedura doganali, inklużi miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni u kontroll,

    - għall-Kanada: id-dispożizzjonijiet statutorji u regolatorji rigward l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-transitu ta' oġġetti u t-tqegħid tagħhom taħt kull proċedura doganali, inklużi miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni u kontroll, l-amministrazzjoni u l-infurzar li hija responsabbi minnhom b'mod speċifiku l-awtorità doganali, u kull regolament magħmul mill-awtorità doganali skond is-setgħat statutorji tagħha;

    3. "ksur tal-leġislazzjoni doganali" tfisser kull vjolazzjoni jew attentat ta' vjolazzjoni dwar il-leġislazzjoni doganali;

    4. "tagħrif" tfisser kull informazzjoni, dokumenti, rapporti, kopji ċċertifikati jew awtentikati tagħhom jew komunikazzjonijiet oħra, inkluża l-informazzjoni li tkun ġiet ipproċessata u analizzata għalbiex tipprovdi indikazzjoni rilevanti ta' ksur tal-leġislazzjoni doganali;

    5. "persuna" tfisser jew bniedem fiżiku jew entità legali;

    6. "informazzjoni personali" tfisser kull tagħrif li jkollu x'jaqsam ma’ individwu identifikat jew li jista' jiġi identifikat;

    7. "awtorità mitluba" tfisser l-awtorità doganali kompetenti minghand min tintalab il-għajnuna;

    8. "awtorità li tagħmel it-talba" tfisser l-awtorità doganali kompetenti li titlob il-għajnuna.

    IT-TITOLU II

    IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI

    Artikolu 2

    L-iskop tal-kooperazzjoni

    1. Il-Partijiet Kontrattanti jintrabtu li jiżviluppaw il-kooperazzjoni doganali bl-iktar għan wiesa’ possibbli.

    2. Skond dan il-Ftehim, il-kooperazzjoni doganali tkopri l-materji li għandom x’jaqsmu ma' l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali.

    Artikolu 3

    Il-għajnuna teknika lil pajjiżi terzi

    Il-Partijiet Kontrattanti għandhom, meta approprjat, jgħarrfui wieħed lill-ieħor dwar l-azzjonijiet midħula għalihom, jew li jridu jindaħlu għalihom, ma’ pajjiżi terzi rigward il-għajnuna teknika fil-kamp doganali, bil-għan li jtejbu dawn l-azzjonijiet.

    Artikolu 4

    Is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni

    Il-Partijiet Kontrattanti jaqblu li jagħmlu ħilthom għalbiex jissimplifikaw u jarmonizzaw il-proċeduri doganali tagħhom, filwaqt li jqisu x-xogħol magħmul f'konnessjoni ma’ dan mill-organizzazzjonijiet internazzjonali. Jaqblu wkoll li jeżaminaw manjieri u metodi sabiex isolvu kull diffikultà li jkollha x'taqsam mad-dwana li tista' tinħoloq bejniethom.

    Artikolu 5

    L-iskambju tal-personal

    L-awtoritajiet doganali jistgħu jiskambjaw il-personal tagħhom meta jkun ta' benefiċċju għat-tnejn, bil-għan li jmexxu 'l quddiem il-fehim tagħhom rigward il-metodi tat-teknika u l-proceduri doganali, u s-sistemi kkomputerizzati ta' xulxin.

    Artikolu 6

    Il-komputerizzazzjoni

    Il-Partijiet Kontrattanti għandhom jikkooperaw fil-komputerizzazzjoni tal-proċeduri u l-formalitajiet doganali, bil-għan li jiffaċilitaw il-kummerċ bejniethom.

    IT-TITOLU III

    IL-GĦAJNUNA REĊIPROKA

    Artikolu 7

    Il-għan tal-għajnuna

    1. L-awtoritajiet doganali għandhm jgħinu wieħed lill-ieħor, jew fuq talba jew minn rajhom, billi jipprovdu t-tagħrif approprjat li jgħin biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tal-leġislazzjoni doganali u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-ġlieda kontra kull ksur tal-leġislazzjoni doganali.

    2. Kull għajnuna skond dan it-Titolu jew minn kull waħda miż-żewġ Partijiet Kontrattanti għandha titwettaq skond il-liġijiet, ir-regoli u l-istrumenti legali l-oħra rilevanti tagħha u fil-limiti tal-kompetenza tagħha u r-riżorsi disponibbli ta' l-awtorità doganali.

    3. Dan it-Titolu huwa maħsub biss għall-għajnuna amministrattiva reċiproka bejn il-Partijiet Kontrattanti; id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu ma għandom joħolqu l-ebda dritt min-naħa ta' l-ebda persuna privata sabiex tissopprimi jew teskludi kull xiehda jew li żżomm milli tiġi mwettqa talba.

    4. Dan it-Titolu ma għandux jippreġudika r-regoli li jirregolaw il-għajnuna reċiproka f'materji kriminali. Lanqas ma japplika għat-tagħrif miksub bis-saħħa tas-setgħat eżerċtati fuq it-talba ta' l-awtorità ġudizzjarja, għajr meta l-komunikazzjoni ta' dan it-tagħrif ikollu l-awtorizzazzjoni minn qabel ta' l-awtorità ġudizzjarja msemmija kkonsultata għal dan il-għan fuq il-bażi ta' każ b'każ.

    Artikolu 8

    It-tagħrif dwar il-metodi, ix-xejriet u l-ħidmiet

    1. Kull waħda mż-żewġ awtoritajiet doganali għandha tikkomunika, jew fuq talba mitluba jew minn rajha, kull tagħrif disponibbli li jkollu x’jaqsam ma:

    (a) metodi ġodda tat-tenika ta' l-infurzar tal-liġijiet doganali li ġew ippuvati li huma effettivi;

    (b) xejriet ġodda, mezzi jew metodi kif jitwettaq il-ksur tal-leġislazzjoni doganali.

    2. Jew fuq talba jew minn rajhom, l-awtoritajiet doganali għandhom jipprovdu lil xulxin it-tagħrif dwar il-ħidmiet, ikkompletati jew ippjanati, li jikkostitwixxi, jew jidher li jikkostitwixxi, ksur tal-leġislazzjoni doganali fit-territorju tal-Parti Kontrattanti l-oħra.

    Artikolu 9

    Il-għajnuna fuq talba

    1. Fu q talba, l-awtorità mitluba għandha tgħarraf lill-awtorità li tagħmel it-talba bil-leġislazzjoni u l-proċeduri doganali li japplikaw f'din il-Parti Kontrattanti u li jkunu rilevanti għall-investigazzonijiet li jkollhom x’jaqsmu ma' ksur tal-leġislazzjoni doganali.

    2. Fuq talba, l-awtorità mitluba għandha, b'mod partikolari, tipprovdi lill-awtorità li tagħmel it-talba bit-tagħrif li ġej:

    (a) jekk l-oġġetti importati fit-territorju tal-Parti Kontrattanti li tagħmel it-talba kinux esportati skond il-liġi mit-territorju tal-Parti Kontrattanti mitluba, u li tispeċifika, meta approprjat, il-proċedura doganali applikata għall-oġġetti;

    (b) jekk l-oġġetti esportati mit-territorju tal-Parti Kontrattanti li tagħmel it-talba kinux importati skond il-liġi fit-territorju tal-Parti Kontrattanti mitluba, u li tispeċifika, meta approprjat, il-proċedura doganali applikata għall-oġġetti;

    3. Fuq talba, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi skond l-Artikolu 13, l-awtorità mitluba għanha tipprovdi t-tagħrif dwar, u żżomm sorveljanza speċjali fuq:

    (a) persuni magħrufa lill-awtorità li tagħmel it-talba li jkunu wettqu ksur tal-leġislazzjoni doganali jew issuspettati li għamlu dan;

    (b) l-oġġetti li jew fit-trasport jew fil-ħażna ġew innotifiklat mill-awtorità li tagħmel it-talba bħala li joħolqu t-tħassib ta' suspett ta' traffiku illeċitu;

    (ċ) mezzi tat-trasport issuspettati mill-awtorità li tagħmel it-talba li jkunu qegħdin jintużaw għalbiex jitwettqu ksur tal-leġislazzjoni doganali;

    (d) fond issuspettat mill-awtorità li tagħmel it-talba li jkun qiegħed jintuża għalbiex jitwettaq ksur tail-leġislazzjoni doganali.

    Artikolu 10

    Il-għajnuna spontanja

    F'każi serji li jistgħu jinvolvu ħsara sostanzjali fl-ekonomija, fis-saħħa pubblika, fis-sigurt pubblika jew f'kull interess vitali ieħor ta' waħda mill-Partijiet Kontrattanti, l-awtorit doganali tal-Parti l-oħra Kontrattanti għandha, safejn u sakemm possibbli, tipprovdi t-tagħrifi minn rajha.

    Artikolu 11

    Il-għamla li fiha t-tagħrif għandu jiġi kkomunikat

    1. L-awtorit mitluba għandha tikkomunika t-tagħrif approprjat lill-awtorit li tagħmel it-talba fil-għamla ta' dokumenti, kopji attestati ta' dokumenti, rapporti jew il-verżjonijiet elettroniċi tagħhom. It-tagħrif kollu rilevanti għalbiex it-tagħrif jiġi interpretat jew utilizzat għandu jiġi fornit fl-istess ħin.

    2. Inkartamenti oriġinali, dokumenti jew materjali oħra għandhom jintalbu biss f'każi fejn il-kopji ma jkunux bizzejjed. Fuq talba speċifika, il-kopji ta' dawn l-inkartamenti, dokumenti jew materjali oħra għandhom ikunu awtentikati b'mod approprjat.

    3. L-inkartamenti oriġinali, id-dokumenti u l-materjali l-oħra li jkunu ġew trasmessi għandhom jintbagħtu lura mill-aktar fis possibbli; id-drittijiet ta' l-awtorit mitluba jew ta' partijiet terzi li jkollhom x'jaqsmu magħhom għandhom jissoktaw ma jiġux affettwati.

    Artikolu 12

    L-esperti u x-xhieda

    1. L-awtorit doganali ta' Parti Kontrattanti tista’ tawtorizza lill-impjegati tagħha, fuq it-talba ta' l-awtorit doganali tal-Parti Kontrattanti l-oħra, li jidhru bħala xhieda jew esperti fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi fit-territorju tal-Parti Kontratattanti l-oħra u jipproduċu dawk l-inkartamenti, dokumenti jew materjali oħra, jew kopji awtentikati tagħhom, skond kif jistgħu jiġu kkunsidrati essenzjali għall-proċeduri.

    2. Meta jidhru fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi fiċ-ċirkostanzi pprovduti fil-paragrafu 1, ix-xhieda jew l-esperti iridu jingħataw il-protezzjoni sħiħa tal-liġijiet tal-Parti Kontrattanti li tagħmel it-talba meta jkollha x’tasam ix-xiehda ta' natura privileġġata jew kunfidenzjali li tista' tkun protetta bil-liġi milli tiġi żvelata.

    3. It-tralbiet skond il-paragrafu 1 iridu jindikaw b'mod speċifiku fuq liema materji u bis-saħħa ta' liema titolu jew kwalifika jiġi mistoqsi l-uffiċċjal.

    Artikolu 13

    Il-komunikazzjoni tat-talbiet

    1. It-talbiet għall-għajnuna skond dan it-Titolu għandhom isiru bil-miktub u għandhom ikunu akkumpanjati b'kull dokument meqjus meħtieġ. Meta ċ-ċirkostanzi hekk jeħtieġu, it-talbiet jistgħu jsiru wkoll bil-kliem. Dawn it-talbiet għandhom jiġu kkonfermati bil-miktub minnufih. Jistgħu jsiru talbiet bil-miktub b’mezzi elettroniċi li minnhom tista' ssir reġistrazzjoni bil-karta.

    2. It-talbiet skond il-paragrafu 1 għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej:

    (a) l-awtorit li tagħmel it-talba;

    (b) il-miżura mitluba;

    (ċ) is-suġġett tat-talba, jew ir-raġuni għaliha;

    (d) il-liġijiet, ir-regoli u l-elementi legali l-oħra involuti;

    (e) it-tagħrif li jrid ikun eżatt u komprensiv kemm jista’ jkun dwar il-persuni li jkunu l-mira ta' l-investigazzjoni; u

    (f) sommarju tal-fatti rilevanti u ta' l-investigazzjonijiet diġ mwettqa, inklużi l-awtoritajiet doganali involuti fil-waqt tat-talba.

    3. L-awtorit mitluba għandha taqbel li ssegwi ċerti proċedura meta twieġeb talba, għajr jekk din il-proċedura tmur kontra d-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi tal-Parti Kontrattanti li tagħmel it-talba.

    4. It-tagħrif riferit f'dan it-Titolu għand jiġi kkomunikat biss lill-uffiċjali li jkunu maħtura speċifikament b'dan l-iskop minn kull awtorit doganali. Il-listi ta' l-uffiċjali hekk innominati għandhom jitpartu skond l-Artikolu 19(3).

    5. It-talbiet għandhom jiġu ssottomessi f'ilsien uffiċjali ta' l-awtorit mitluba jew f'ilsien aċċettat minn din l-awtorit.

    6. Jekk talba ma tissodisfax il-ħtiġiet formali, l-awtorità mitluba tista’ titlob għall-korrezzjoni jew il-kompletezza tagħha. L-awtorità mitluba tista' tieħu miżuri temporanji.

    Artikolu 14

    It-twettiq tat-talbiet

    1. Jekk l-awtorità mitluba ma jkollhiex it-tagħrif mitlub, tista’, skond il-leġislazzjoni tagħha, jew:

    (a) tagħti bidu għal tiftix sabiex tikseb dan it-tagħrif;

    (b) tittrasmetti mill-ewwel it-talba lill-aġenzija approprjata; jew

    (ċ) tindika liema awtoritajiet rilevanti huma interessati.

    2. Kull inkjesta skond il-paragrafu 1(a) tista’ tinkludi t-teħid ta' dikjarazzjonijiet minn persuni li minn għandhom jitfittex it-tagħrif rigward ksur tal-leġislazzjoni doganali u minn għand xhieda u esperti.

    Artikolu 15

    Id-dmirijiet ta’ l-uffiċjali

    1. Fuq talba bil-miktub, bl-awtorizzazzjoni ta' l-awtorità mitluba u bla ħsara għall-kondizzjonijiet li din ta' l-aħħar tista’ timponi, bl-iskop li jiġi investigat ksur tal-leġislazzjoni doganali, l-uffiċjali nnominati speċifikament mill-awtorità li tagħmel it-talba jistgħu jkunu preżenti waqt inkjesta kondotta mill-awtorità mitluba fit-territorju tal-Parti Kontrattanti mitluba u rilevanti għall-awtorità li tagħmel it-talba.

    2. Meta l-uffiċjali ta' l-awtorità li tagħmel it-talba jkunu preżenti fit-territorju tal-Parti Kontrattanti l-oħra fiċ-ċirkostanzi pprovvduti fil-paragrafu 1, iridu jkunu kapaċi jagħtu prova tal-kapaċità uffiċjali tagħhom f'kull ħin.

    3. L-uffiċjali awtorizzati kif mistħoqq ta' Parti Kontrattanti jistgħu, bi ftehim mal-Parti Kontrattanti l-oħra u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti minn din ta' l-aħħar, jiksbu mill-uffiċċju ta' l-awtorità mitluba jew minn awtorità oħra li minnha l-awtorità mitluba hija responsabbli, tagħrif dwar ksur tal-leġislazzjoni doganali li l-awtorità li tagħmel it-talba teħtieġ għall-għanijiet ta' dan it-Titolu.

    Artikolu 16

    Il-kunfidenzjalità tat-tagħrif

    1. Kull tagħrif iriċevut skond dan it-Titolu għandu jiġi ttrattat bħala kunfidenzjali u għandu għall-inqas jiġi ssoġġettat għall-istess protezzjoni u kunfidenzjalità kif l-istess kwalità ta' tagħrif ikun bla ħsara skond il-liġijiet li japplikaw fil-Parti Kontrattanti fejn it-tagħrif jiġi rċevut.

    2. It-tagħrifi miksub għandu jintuża biss għall-għanijiet ta' dan it-Titolu. Meta waħda mill-Partijiet Kontrattanti titlob li tuża dan t-tagħrif għal skopijiet oħra, għandha tikseb minn qabel il-kunsens bil-miktub ta' l-awtorità doganali li tkun ipprovdiet it-tagħrif. Dan l-użu għandu mbagħad ikun bla ħsara għal kull restrizzjoni stabbiita minn din l-awtorità.

    3. Il-paragrafu 2 ma għandu jimpedixxi l-użu tat-tagħrif fl-ebda proċedura ġudizzjarja jew amministrattiva sossegwentement istitwita minħabba n-nuqqas tal-konfomità mal-leġislazzjoni doganali. Il-Partijiet Kontrattanti jistgħu, fir-reġistrazzjoni tagħhom tax-xiehda, fir-rapporti u fit-testimonjanzi u fil-proċeduri u l-akkużi mressqa quddiem il-qrati, jużaw ix-xiehda miksuba skond id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu. L-awtorità kompetenti li tkun forniet din ix-xiehda għandha tiġi nnotifikata bil-quddiem b'dan l-użu.

    4. L-informazzjoni personali tista’tiġi skambjata biss meta l-Parti Kontrattanti li trid tirċievi l-informazzjoni tintrabat li tipproteġi din l-informazzjoni b'mod li jkun għall-inqas ekwivalenti għall-protezzjoni li tapplika għal dan il-każ partikolari fil-Parti Kontrattanti li tista' tforni l-informazzjoni.

    5. It-tixrid tat-tagħrif fost l-awtoritajiet doganali ġewwa kull Parti Kontrattanti jrid jiġri biss fuq il-bażi tal-ħtieġa li ssir tafu. Meta t-tagħrif jitqassam skond dan il-paragrafu, il-Parti Kontrattanti li tkun forniet it-tagħrif għandha tkun imgħarrfa b’dan qabel ma' jitqassam it-tagħrif.

    Artikolu 17

    L-eċċezzjonijiet għall-obbligu li tiġi pprovvduta l-għajnuna

    1. Fil-każijiet meta l-għajnuna skond dan it-Titolu tista’ tikser is-sovranità ta' Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej jew tal-Kanada jew tippreġudika s-sigurtà, il-politka pubblika jew interess essenzjali ieħor (bħal dak riferit fl-Artikolu 16(4)) ta' Parti Kontrattanti, jew tkun tinvolvi vjolazzjoni ta' sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali jew ma tkunx konsistenti mal-leġislazzjoni tagħha, il-għajnuna tista' tiġi rrifjutata jew magħmula bla ħsara għat-twettiq ta' ċerti kondizzjonijiet jew ħtiġiet.

    2. Jekk l-awtorità li tagħmel it-talba ma tkunx tista’ tilqa’ talba kieku talba simili ssir mingħand l-awtorità mitluba, għandha tiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt fit-talba tagħha. Il-konformitàma’ din it-talba għandha tkun fid-diskrezzjoni ta' l-awtorità mitluba.

    3. lI-għajnuna tista’ tiġi posposta mill-awtorità mitluba għar-raġunijiet li tfixkel l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew il-proċedura li jkunu għaddejjin. F’dan il-każ, l-awtorità mitluba għandha tikkonsulta lill-awtorità li tagħmel it-talba sabiex jiġi stabbilit jekk il-għajnuna tistax tingħata bla ħsara għal dawk it-termini jew kondizzjonijiet li l-awtorità mitluba tista' teħtieġ.

    4. Meta l-għajnuna tiġi miċħuda jew posposta, għandhom jingħataw ir-raġunijiet taċ-ċaħda jew tal-posponiment mingħajr dewmien.

    Artikolu 18

    L-ispejjeż

    1. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrinunzjaw għall-pretensjonijiet kollha rigward ir-rifużjoni ta' l-ispejjeż miġrura fit-twettiq ta' dan it-Titolu.

    2. Jekk l-ispejjeż ta' natura sostanzjali jew straordinarja huma, jew ikunu, meħtieġa sabiex tiġi mwettqa t-talba, il-Partijiet Kontrattanti għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jistabbilixxu it-termini u l-kondizzjonijiet kif din it-talba titwettaq kif ukoll il-mod kif jinġarru l-ispejjeż.

    IT-TITOLU IV

    DISPOSIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 19

    L-implimentazzjoni tal-Ftehim

    1. Il-ġestjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi fdata f'idejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u, meta xieraq, f'idejn l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri, u f'idejn l-awtoritajiet doganali tal-Kanada.

    2. L-awtoritajiet doganali għandhom jieħdu miżuri sabiex l-uffiċjali tagħhom responsabbli mill-investigazzjoni jew fil-ġlieda kontra l-ksur tal-leġislazzjoni doganali jżommu relazzjonijiet personali u diretti ma’ xulxin.

    3. L-awtoritajiet doganali għandhom jiddeċiedu dwar l-arranġamenti ddettaljati għalbiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

    4. L-awtoritajiet doganali għandhom jagħmlu ħilthom sabiex isolvu kull problema jew dubbju li jinħolqu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu 20

    Il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali

    1. Huwa hawhekk stabbilit Kumitat Konġunt ta' Kooperazzjoni Doganali, magħmul minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet doganali tal-Partijiet Kontrattanti. Il-Kumitat Konġunt ta' Kooperazzjoni Doganali għandu jiltaqa’ f'post u fħin b'aġenda ffissata b'kunsens reċipoku.

    2. Il-Kumitat Konġunt ta' Kooperazzjoni Doganali għandu jħares il-funzjonament xieraq ta' dan il-Ftehim u għandu jeżamina kull kwistjoni li tinqala’ mill-applikazzjoni tiegħu. Biex iwettaq dan ir-rwol, il-funzjonijiet ewlenin iridu jkunu li:

    (a) jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-kooperazzjoni doganali skond il-għanijiet ta' dan il-Ftehim u għat-twessigħ ta' dan il-Ftehim bil-ħsieb li jiżdiedu il-livell tal-kooperazzjoni doganali u li jiġi ssupplimenat f'setturi jew materji speċifiki;

    (b) j iġu skambjati l-veduti dwar kull punt ta' interess komuni li jirrigwarda l-kooperazzjoni doganali, inklużi miżuri futuri u r-riżorsi għalihom;

    (ċ) f'termini ġenerali, jiġu rrakkommandati soluzzjonijiet immirati għalbiex jinkisbu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

    3. Il-Kumitat Konġunt ta' Kooperazzjoni Doganali għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

    Artikolu 21

    L-obbligi imposti taħt ftehimijiet oħra

    1. Filwaqt li jitqiesu l-kompetenzi rispettivi tal-Komunità Ewropea u ta l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim:

    - ma għandhomx jaffettwaw l-obbligi tal-Partijiet Kontrattanti taħt kull ftehim jew konvenzjoni internazzjonali oħra,

    - għandhom jitqiesu kumplimentarji għall-ftehimijiet ta' kooperazzjoni doganali u ta' għajnuna reċipoka li kieuu jew setgħa kienu, ġew konklużi bejn l-Istati Membri individwali ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kanada, u

    - ma għandhomx jaffettwaw id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri fuq il-bażi tal-ħtieġa ta' li jsiru jafu kull tagħrif miksub skond dan l-Ftehim li jista’ jkun ta' interess għall-Komunità Ewropea.

    2. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jieħdu l-preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' ftehimijiet bilaterali ta' kooperazzjoni doganali u tal-għajnuna reċiproka li kienu, jew setgħu kienu ġew konklużi bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea u l-Kanada safejn u sakemm id-dispożizzjonijiet ta' din ta' l-aħħar ikunu inkompatibbli ma’ dawk ta' dan il-Ftehim.

    3. Rigward il-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma' kif japplika dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontrattanti għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex isolvu l-materja fil-qafas tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 20.

    Artikolu 22

    L-applikazzjoni territorjali

    Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa l-waħda, għat-territorji li fihom huwa applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan it-Trattat u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Kanada skond il-kondizzjonijiet stabbliti bil-liġijiet Kanadiżi.

    Artikolu 23

    L-iżviluppi futuri

    Il-Partijiet Kontrattanti jistgħu b'kunsens reċproku iwessgħu dan il-Ftehim bil-ħsieb li jżidu l-livell tal-kooperazzjoni doganali u jissupplimentawh, skond il-leġislazzjoni doganali rispettiva tagħhom, permezz ta' ftehimijiet dwar setturi u materji speċifiċi.

    Artikolu 24

    Id-dħul fis-seħħ u t-tmiem

    1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet Kontrattanti jkunu għarrfu lil xulxin dwar it-tkomplija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

    2. Dan il-Ftehim huwa maħsub li jkun ta' tul taż-żmien mingħajr limitu, imma kull waħda miż-żewġ Partijiet Kontrattanti tista’ ttemmu f'kull żmien permezz tal-kanali diplomatiċi.

    3. It-tmiem għandu jseħħ xahar wara d-data tan-notifika tad-denunzja lill-Parti l-oħra Kontrattanti. Il-proċeduri li jkunu għaddejjin fiż-żmien tat-tmiem għandhom madankollu jiġu kkompletati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

    EN FE DE LO CUAL, los abajo firmantes, debidamente autorizados, suscriben el presente Acuerdo.

    TIL BEKRÆFTELSE HERAF har undertegnede, der er behørigt beføjede hertil, undertegnet denne aftale.

    ZU URKUND DESSEN haben die hierzu gehörig befugten Unterzeichneten ihre Unterschrift unter dieses Abkommen gesetzt.

    ΣΕ ΠΙΣΤΩΣΗ ΤΩΝ ΑΝΩΤΕΡΩ, οι υπογεγραμμένοι πληρεξούσιοι έθεσαν την υπογραφή τους κάτω από την παρούσα συμφωνία.

    IN WITNESS whereof the undersigned, being duly authorised thereto, have signed this Agreement.

    EN FOI DE QUOI les soussignés, dûment autorisés, ont signé le présent accord.

    IN FEDE di che i sottoscritti, debitamente autorizzati, hanno apposto le loro firme in calce al presente accordo.

    TEN BLIJKE WAARVAN de ondergetekenden, daartoe naar behoren gemachtigd, deze overeenkomst hebben ondertekend.

    EM FÉ DO QUE, os abaixo-assinados, devidamente autorizados para o efeito, apuseram a. s. suas assinaturas no presente acordo.

    TÄMÄN VAKUUDEKSI allekirjoittaneet asianmukaisesti valtuutetut edustajat ovat allekirjoittaneet tämän sopimuksen.

    TILL BEVIS HÄRPÅ har undertecknade undertecknat detta avtal.

    Hecho en Ottawa, el cuatro de diciembre de mil novecientos noventa y siete, en doble ejemplar en lenguas alemana, danesa, española, finesa, francesa, griega, inglesa, italiana, neerlandesa, portuguesa y sueca, siendo cada uno de estos textos igualmente auténtico.

    Udfærdiget i Ottawa den fjerde december nitten hundrede og syvoghalvfems i to eksemplarer på dansk, engelsk, finsk, fransk, græsk, italiensk, nederlandsk, portugisisk, spansk, svensk og tysk, idet hver af disse tekster har samme gyldighed.

    Geschehen zu Ottawa am vierten Dezember neunzehnhundertsiebenundneunzig in zwei Urschriften in dänischer, deutscher, englischer, finnischer, französischer, griechischer, italienischer, niederländischer, portugiesischer, schwedischer und spanischer Sprache, wobei jeder Wortlaut gleichermaßen verbindlich ist.

    Η παρούσα συμφωνία έγινε στην Οτάβα, στις τέσσερις Δεκεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα επτά, σε δύο αντίτυπα στην αγγλική, γαλλική, γερμανική, δανική, ελληνική, ισπανική, ιταλική, ολλανδική, πορτογαλική, σουηδική και φινλανδική γλώσσα όλα τα κείμενα είναι εξίσου αυθεντικά.

    Done at Ottawa on the fourth day of December in the year one thousand nine hundred and ninety-seven, in two copies in the Danish, Dutch, English, Finnish, French, German, Greek, Italian, Portuguese, Spanish and Swedish languages, each text being equally authentic.

    Fait à Ottawa, le quatre décembre mil neuf cent quatre-vingt-dix-sept, en double exemplaire en langues allemande, anglaise, danoise, espagnole, finlandaise, française, grecque, italienne, néerlandaise, portugaise et suédoise, chaque texte faisant également foi.

    Fatto a Ottawa, addì quattro dicembre millenovecentonovantasette. Il presente accordo è redatto in duplice esemplare in lingua danese, finnica, francese, greca, inglese, italiana, olandese, portoghese, spagnola, svedese e tedesca, tutti i testi facenti ugualmente fede.

    Gedaan te Ottawa, de vierde december negentienhonderd zevenennegentig in twee exemplaren in de Deense, de Duitse, de Engelse, de Finse, de Franse, de Griekse, de Italiaanse, de Nederlandse, de Portugese, de Spaanse en de Zweedse taal, zijnde alle teksten gelijkelijk authentiek.

    Feito em Otava, em quatro de Dezembro de mil novecentos e noventa e sete, em duplo exemplar, nas línguas alemã, dinamarquesa, espanhola, finlandesa, francesa, grega, inglesa, italiana, neerlandesa, portuguesa e sueca, fazendo igualmente fé todos os textos.

    Tehty Ottawassa neljäntenä päivänä joulukuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäseitsemän kahtena kappaleena englannin, espanjan, hollannin, italian, kreikan, portugalin, ranskan, ruotsin, saksan, suomen ja tanskan kielillä kaikkien tekstien ollessa yhtä todistusvoimaiset.

    Som skedde i Ottawa den fjärde december nittonhundranittiosju i två exemplar på danska, engelska, finska, franska, grekiska, italienska, nederländska, portugisiska, spanska, svenska och tyska, vilka samtliga texter är lika giltiga.

    Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaPå Europeiska gemenskapens vägnar

    +++++ TIFF +++++

    For the Government of CanadaPour le gouvernement du Canada

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top