Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21995A1005(01)

    Ftehim li jistabilixxi l-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oceanu tal-Indja

    ĠU L 236, 5.10.1995, p. 25–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1995/399/oj

    Related Council decision

    21995A1005(01)



    Official Journal L 236 , 05/10/1995 P. 0025 - 0033


    Ftehim

    li jistabilixxi l-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oceanu tal-Indja

    DAĦLA

    IL-PARTIJIET KONTRAENTI,

    JAGĦRFU ix-xewqa li jħeġġu l-użu paċifiku ta' l-ibħra u l-oċeani u l-użu ekwu u effiċjenti u l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin li jinsabu ġewwa fihom,

    XEWQANA li jikkontribwixxu għar-realizazzjoni ta' ordni ekonomiku internazzjonali ġust u ekwu, u fl-istess ħin jżommu f'moħħhom l-interessi u l-bżonnijiet speċjali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw,

    XEWQANA li jikkoperaw b'viżjoni li jiżguraw il-konservazzjoni tat-tonn u speċi simili fl-oċeanu Indjan u jħeġġu l-aħjar użu, u l-iżvilupp sostennibbli tas-sajd,

    JIRRIKONOXXU, b'mod partikolari, l-interessi speċjali tal-pajjiżi li qegħdin jiżvillupaw l-interessi speċjali fir-reġjun ta' l-Oċeanu Indjan sabiex jibbenefikaw b'mod ekwu mir-riżorsi tas-sajd,

    JIKKONSIDRAW il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijet Uniti dwar Il-Liġi tal-Baħar li ilu miftuħ għall-firem sa mill-10 ta' Diċembru 1982 u, b'mod partikolari, l-Artikolu 56, 64 u 116 sa 119 ta' l-istess Konvenzjoni,

    JIKKONSIDRAW li l-konservazzjoni tat-tonn u ta' speċi simili kif ukoll l-użu sostennibbli u razzjonali tar-riżorsi tat-tonn fl-Oċeanu Indjan jiġu imtejjba permezz tat-twaqqif ta' miżuri ta' koperazzjoni kemm mill-Istati tal-kosta ta' l-Oċeanu Indjan u ta' l-Istati l-oħra li l-persuni ta' nazzjonalità tagħhom jkabbru it-tonn u speċi simili fir-reġjun,

    JŻOMMU F'MOĦĦHOM il-Konvenzjoni ta' l-Organizzazzjoniji tat-tonn fil-Punent ta' l-Oċeanu Indjan li ġiet miftuħa għall-firem sa mid-19 ta' Ġunju 1991,

    JIKKONSIDRAW l-għanijiet imsemmija hawn fuq li jistgħu jinkisbu aħjar permezz tat-twaqqif ta' Kummissjoni maħluqa taħt Artikolu XIV tal-Kostituzzjoni dwar l-Organizzazzjoniji Tal-ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti,

    FTIEHMU kif ġej:

    Artikolu I

    Stabbiliment

    Il-Partijiet kontraenti jiftiehmu hawnhekk li jistabilixxu l-Kummissjoni tat-Tonn ta' l-Oċeanu Indjan (li minn issa 'l quddiem se tkun imsejjħa "Il-Kummissjoni") fi ħdan l-istħarriġ ta' l-Organizzazzjoniji dwar l-Ikel u l-Agrikolutra tan-Nazzjonijiet Uniti (li minn issa 'l quddiem se tkun imsejjħa "il-FAO").

    Artikolu II

    Arja ta' Kompetenza

    L-Arja ta' kompetenza tal-Kummissjoni (li minn issa 'l quddiem se tkun imsejjħa "l-Arja") se tkun l-Oċeanu Indjan (definit għall-ħtiġiet ta' dan il-ftehim bħala l-arji statistiċi tal-FAO 51 u 57 kif jidhru fl-Anness A ta' dan il-ftehim) u l-ibħra ta' maġenbu, fit-Tramuntana ta' l-Antarctic Convergence, sa fejn hu neċċessarju sabiex jkopru dawk l-arji intiżi għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-ħażniet li jemigraw ġewwa u barra ta' l-Oċeanu Indjan.

    Artikolu III

    Speċi u ħażniet

    L-ispeċi koperti minn dan il-ftehim għandhom jkunu dawk imniżżlin fl-Anness B. Il-kelma "ħażniet" tfisser il-populazzjonijiet ta' dawk l-ispeċi li jinsabu fl-arji u li jemigraw ġewwa u barra mill-Arja.

    Artikolu IV

    Sħubija

    1. Sħubija fil-Kummissjoni se tkun miftuħa għal membri u membri assoċjati tal-FAO:

    (a) li huma:

    (i) Stati tal-Kosta u membri assoċjati li jinsabu bi sħieh jew f'parti fi ħdan l-Arja;

    (ii) Stati u membri assoċjati li l-bastimenti tagħhom huma imqabbda biex jistadu ġo l-Arja għall-ħażniet koperti minn dan il-ftehim; jew

    (iii) Organizzazzjonijiet reġjonali dwar l-integrazzjoni ekonomika li tiegħu xi Stat li għalih saret riferenza fis-sub-paragrafu (i) jew (ii) huwa membru u fejn dawn ittrasferixxu l-kompetenza tal-materji fi ħdan l-iskop ta' dan il-Ftehim; u

    (b) li jaċċettaw dan il-Ftehim skond id-disposizzjonijiet ta' l-1 paragrafu ta' Artikolu XVII.

    2. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tagħha, tilqa' bħala membru kull Stat ieħor li mhumiex membri tal-FAO, iżda li huma membri tan-Nazzjonijiet Uniti, jew xi waħda mill-aġenziji specjalizzati jew inkella ta' l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika, iżda dawn l-Istati:

    (a) huma:

    (i) Stati Kostali li jinsabu bi sħieħ jew f'parti ġewwa din l-Arja;

    jew

    (ii) Stati li l-bastimenti tagħhom huma imqabbda biex jistadu ġewwa l-Arja għal ħażniet koperti minn dan il-Ftehim;

    u

    (b) ssottomettew applikazzjoni għal sħubija u dikjarazzjoni magħmula permezz ta strument formali li fih jaċċettaw dan il-ftehim kif inhu fi żmien tal-aċċettazzjoni skond paragrafu 2 ta' l-Artikolu XVII.

    3. B'viżjoni sabiex jkattru l-għanijiet ta' dan il-ftehim, il-Membri tal-Kummissjoni għandhom jikkoperaw bejniethom sabiex jinkoraġġixxu xi Stat jew Organizzazzjoni Reġjonali Għall-Integrazzjoni Ekonomika li huwa intitolat li jsir, iżda li għadu mhuwiex, membru tal-Kummissjoni, biex jidhol għal dan il-ftehim.

    4. Jekk xi membru tal-Kummissjoni ma jibqax jissodisfa l-kriterji li nsibu fil-paragrafi 1 jew 2 għal sentejn konsekuttivi, il-Kummissjoni tista', wara konsultazzjoni mal-membru konċernat, tistabilixxi li l-membru irtira mill-ftehim u dan jibda jseħħ sa mid-data tar-riżoluzzjoni.

    5. Għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, il-kliem "bastimenti sħaħ" fir-rigward ta' organizzazzjoni membru tfisser bastiment ta' L-Istat Membru ta' tali organizzazzjoni.

    6. Xejn minn dan il-Ftehim, kif ukoll l-ebda att kew attività magħmula skond dan il-ftehim, m'għandha tiġi interpretata daqs li kieku qiegħda tbiddel jew b'xi mod teffetwa il-posizzjoni ta' kull parti minn dan il-Ftehim fir-rigward ta' l-istatus legali ta' xi arja koperta minn dan il-ftehim.

    Artikolu V

    Għanijiet, funzjonijiet u responsabilitajiet tal-Kummissjoni

    1. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-membri taghħa, bil-għan li tiżgura, permezz ta' ġestjoni xierqa, il-konservazzjoni u l-użu ideali tal-ħażniet koperti minn dan il-ftehim u tħeġġeġ l-izvilupp sostennibbli tas-sajd ibbażat fuq dawn il-ħażniet.

    2. Sabiex jiksbu dawn l-għanijiet, il-Kummissjoni għandu jkollha il-funzjonijiet u r-responsabbilitajiet li ġejjin, skond il-prinċipji espressi fid-disposizzjonijiet rilevanti tal- Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar:

    (a) li tikkunsidra l-kondizzjonijiet u x-xejriet tal-ħażniet u li jiġbru, jannalizzaw u ixxerred informazzjoni xjentifika, qabda u statistika dwar l-isforzi u informazzjoni oħra rilevanti għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-ħażniet u tas-sajd ibbażati fuq il-ħażniet koperti minn dan il-Ftehim;

    (b) li tħeġġeġ, tirrakomanda u tikkordina, riċerka u żvilupp fir-rigward ta' ħażniet u sajd koperti minn dan il-Ftehim, u dawk l-attivitajiet l-oħra li l-Kummissjoni tiddeċiedi li huma xierqa, kif ukoll dawk l-attivitajiet dwar it-trasferiment ta' teknoloġija, ittrenjar u titjib, billi jżomm f'moħħha il-bżonn li tiżgura il-parteċipazzjoni ekwa tal-membri tal-Kummissjoni fis-sajd u l-interessi speċjali u l-bżonnijiet tal-membri li huma pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fi ħdan ir-reġjun;

    (ċ) li tadotta skond Artikolu IX u fuq il-bażi ta' xiehda xjentifika, miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni, li jiżguraw il-konservazzjoni tal-ħażniet koperti minn dan il-Ftehim u tħeġġeġ l- għanijiet ta' l-użu ideali tagħhom fi ħdan l-Arja;

    (d) li tistħarreġ l-aspetti soċjali u ekonomiċi tas-sajd ibbażat fuq il-ħażniet koperti minn dan il-Ftehim billi jżomm f'moħħha, b'mod partikolari, l-interessi ta' l-Istati Kostali li qegħdin jiżviluppaw;

    (e) li tikkonsidra u tapprova il-programmi tagħha u l-estimi awtonomi, kif ukoll il-kontijiet għal perjodu ta' l- estimi li jkun għadda;

    (f) li tittrasmetti lid-Direttur Ġenerali tal-FAO (li minn issa 'l quddiem se jkun imsejjaħ "Id-Direttur Ġenerali") tirrapporta dwar l-attivitajiet tiegħu, programmi, kontijiet u estimi awtonomi u fuq materji oħra li jkunu xierqa sabiex tittieħed azzjoni mill- Kunsill jew mill-Konferenza tal-FAO;

    (g) li taddotta ir-regoli tagħha ta' proċedura, regolamenti finanzjarji u regolamenti interni amministrattivi li jistgħu jkunu neċessarji sabiex taqdi l-funzjonijiet tagħha; u

    (h) li taqdi dawk l-attivitajiet l-oħra li jistgħu jkunu neċessarji sabiex jaderixxi għall-għanijiet kif jidhru hawn fuq.

    3. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet, kif meħtieġ, b'viżjoni li jkattru l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu VI

    Sessjonijiet tal-Kummissjoni

    1. Kull membru tal-Kummissjoni għandu jiġi rapprezzentat fis-sessjonijiet tal-Kummissjoni permezz ta' delegat wieħed li jista' jkun akkumpanjat minn xi sostitut kif ukoll esperti u persuni li jagħtu pariri. Sostituti, esperti, u persuni li jagħtu pariri jistgħu jieħdu sehem fil-proċeduri tal-Kummissjoni iżda ma jistgħux jivvottaw, bl-eċċezzjoni tas-sostitut li huwa regolarment awtorizzat li jissostitwixxi lid-delegat.

    2. Kull membru tal-Kummissjoni għandu jkollu vot wieħed. Kemm-il darba ma jkunx hemm provdut f'dan il-Ftehim, deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jittieħdu permezz ta' maġġoranza tal-voti. Maġġoranza tal-Membri tal-Kummissjoni jikkostitwixxu kworum.

    3. Il-Kummissjoni tista' tadotta u temenda, kif meħtieġ, ir-regoli tagħha ta' proċedura permezz ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tagħha, madanakollu dawn ir-regoli ma jistgħux ma jkunux konsistenti ma' dan il-Ftehim jew il-Kostituzzjoni tal-FAO.

    4. Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni għandu jsejjaħ sessjoni regolari u annwali tal-Kummissjoni.

    5. Sessjonijiet speċjali tal-Kummissjoni jistgħu jiġu imsejjħa miċ-Chairperson tal-Kummissjoni fuq talba ta' mill-inqas terz tal-membri tagħha.

    6. Il-Kummissjoni għandha taħtar iċ-Chairperson u mhux iktar minn żewġ Viċi-Chairpersons, b'kull wieħed minnhom jservi għal terminu ta' sentejn u għandu jkun eliġibbli sabiex jerġa jikkontesta l-elezzjoni iżda ma jistax jservi għal aktar minn erba' snin wara xulxin. Fil-ħatra taċ-Chairperson u l-Viċi-Chairperson, il-Kummissjoni għandha tħares lejn il-ħtieġa ta' rapprezentanza ekwa minn fost l-Istati tal-Oċeanu Indjan.

    7. Il-Kummissjoni tista' tadotta u temenda. Kif meħtieġ, ir-regolamenti finanzjarji tal-Kummissjoni permezz ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tagħha, liema regolamenti finanzjarji għandhom jkunu konsistenti mal-prinċipji msejsa fir-regolamenti finanzjarji tal-FAO. Ir-Regolamenti finanzjarji u l-emendi tagħhom għandhom jiġu rrapurtati lil-kumitat finanzjarju tal-FAO li għandu l-poter li ma ma jgħaddihomx fil-każ illi jiskopri li dawn huma inkostitenti mal-prinċipji imsejsa fir-regolamenti finanzjarji tal-FAO.

    8. Sabiex tiżgura koperazzjoni mill-viċin bejn il-Kummissjoni u l-FAO, il-FAO, għandha d-dritt li tipparteċipa mingħajr vot fil-laqgħat kollha tal-Kummissjoni u l-korpi sussidjarji imwaqqfa skond il-paragrafu 5 ta' l-Artikolu XII.

    Artikolu VII

    Osservaturi

    1. Kull membru jew membru assoċjat tal-FAO li m'huwiex membru tal-Kummissjoni jista fuq talba tiegħu stess, jiġi mistieden sabiex jiġi rapprezentat minn osservatur fis-sessjonijiet tal-Kummissjoni. Tista tissottometti memoranda u tipparteċipa mingħajr vot fid-diskussjonijiet.

    2. Stati illi, minkejja li ma humiex membri tal-Kummissjoni u lanqas membri jew membri assoċjati tal-FAO, huma membri tan-Nazzjonijiet Uniti, xi waħda mill-aġenziji speċjalizzati tagħha jew inkella l-Aġenzija Internazzjoniali tal-Enerġija Atomika, tista fuq talba u bi qbil mal-Kummissjoni permezz taċ-Chairperson u d-disposizzjonijiet dwar l-għoti ta' l-istatus ta' osservatur lil-nazzjonijiet adottati mill-Konferenza tal-FAO, jkunu mistiedna li jattendu sessjonijiet tal-Kummissjoni bhala osservaturi.

    3. Il-Kummissjoni tista' tistieden organizzazzjonijiet inter-statali jew, fuq talba, mhux statali li għandhom kompetenza speċjali fil-qasam ta' l-attività tal-Kummissjoni sabiex jattendu dawn il-laqgħat tagħha hekk kif il-Kummissjoni tispeċifika.

    Artikolu VIII

    Amministrazzjoni

    1. Is-Segretarju tal-Kummissjoni (li minn issa 'l quddiem se jiġi imsejjaħ "Is-Segretarju")għandu jiġi maħtur mid-Direttur Ġenerali bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, jew fil-każ ta' ħatra bejn sessjonijiet regolari tal-Kummissjoni, bl-approvazzjoni tal-membri tal-Kummissjoni. L-istaff tal-Kummissjoni għandu jiġi maħtur mis-Segretarju għandu jkun taħt is-sorveljanza diretta tas-Segretarju. Is-Segretarju u l-istaff tal-Kummissjoni għandhom jiġu maħtura taħt l-istess kondizzjonijiet tal-membri ta' l-istaff tal-FAO; għandhom, għal raġunijiet amministrattivi, jkunu taħt ir-responsabilità tad-Direttur Ġenerali.

    2. Is-Segretrju huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-polizi u attivitajiet tal-Kummissjoni u għandu jirraporta minnufih lill-Kummissjoni. Is-Segretarju għandu jaġixxi ukoll bħala Segretarju ta' korpi oħra sussidjarji mwaqqfa mill-Kummissjoni, hekk kif meħtieġ.

    3. L-ispejjez tal-Kummissjoni għandhom jitħallsu mill-estimi awtonomu tagħha bl-eċċezzjoni ta' dak l-istaff u faċilitajiet li huma disponibbli mill-FAO. L-ispejjeż sostnuti mill-FAO għandhom jiġu stabbiliti u mħallsa skond l-estimi ta' kull sitt xhur imħejji mid-Direttur Ġenerali u appruvat mill-Konferenza tal-FAO skond ir-regoli ġenerali u dawk finanzjarji tal-FAO.

    4. L-ispejjeż li jintefqu mid-delegati, jew is-sostituti tagħhom, esperti jew persuni li jagħtu pariri waqt li jkunu qegħdin jattendu bħala, rappreżentanti tal-gvern, f'sessjonijiet tal-Kummissjoni, is-sub-kumitati jew kumitati tagħha, kif ukoll spejjeż li jintefqu mill-osservaturi fis-sessjonijiet, għandhom jiġu mħallsa mil-gvernijiet rispettivi jew organizzazzjonijiet. L-ispejjeż ta' l-esperti mistiedna mill-Kummissjoni sabiex jattendu, fil-kapaċità tagħhom laqgħat tal-Kummissjoni jew is-sub-kumitati jew kumitati tagħhom għandhom jitħallsu mill-estimi tal-Kummissjoni.

    Artikolu IX

    Proċeduri dwar miżuri ta' konservazzjoni u maniġġjar

    1. Kif suġġett għal paragrafu 2, il-Kummissjoni tista', permezz ta' maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tagħha preżenti u li jistgħu jivvottaw, tadotta miżuri ta' konservazzjoni u maniġġjar li jorbtu fuq il-membri tal-Kummissjoni skond dan l-Artikolu.

    2. Miżuri ta' konservazzjoni u maniġjar għall-ħażniet li għalihom sub-kumitat ġie mwaqqaf skond il-paragrafu 2 ta' l-Artikolu XII, għandhom jiġu adottati fuq proposta tas-subkumitat konċernat.

    3. Is-Segretarju għandu, mingħajr telf ta' żmien, jinnotifika lill-membri tal-Kummissjoni b'kull miżuri ta' konservazzjoni jew ġestjoni adottati mill-Kummissjoni.

    4. Kif suġġett għall-paragrafi 5 u 6, l-miżuri ta' konservazzjoni u miżuri ta'gestjoni adottati mill-Kummissjoni skond paragrafu 1, jorbtu lill-Membri 120 ġurnata wara d-data speċifikata fin-notifika tas-Segretarju jew tali ġurnata oħra hekk kif speċifikata mill-Kummissjoni.

    5. Kull membru tal-Kummissjoni jista', fi żmien 120 ġurnata mid-data speċifikata jew inkella fi żmien ieħor speċifikat mill-Kummissjoni skond paragrafu 4, tpoġġi oġġezzjoni għal miżura ta' konservazzjoni jew ġestjoni adottata skond paragrafu 1. Membru tal-Kummissjoni li joġġezzjona għal miżura ma jkunx marbut biha. Kull membru ieħor tal-Kummissjoni jista' joġġezjona fi żmien 60 ġurnata oħra mit-tmiem tal-perjodu ta' 120 ġurnata. Membru tal-Kummissjoni jista' wkoll jirtira l-oġġezzjoni tiegħu meta jidhirlu u jibqa' marbut mill-miżura mill-ewwel sakemm l-istess miżura diġa qiegħda sseħħ jew f'xi żmien ieħor li tista' tibda sseħħ taħt dan l-Artikolu.

    6. Jekk l-oġġezzjonijiet għal miżura adottata skond paragrafu 1 huma magħmulin minn iktar minn terz tal-memri tal-Kummissjoni, il-membri l-oħra ma jkunux marbutin b'din il-miżura, imma dan ma għandux jżomm lil xi wieħed minn dawn il-membri jew kollha kemm huma milli jinfurzaw din il-miżura.

    7. Is-Segretarju għandu jinnotifika kull membru tal-Kummissjoni immedjatament malli jirċievi xi oġġezzjoni jew irtirar ta' oġġezzjoni.

    8. Il-Kummissjoni tista', permezz ta' maġġoranza sempliċi tal-membri tagħha preżenti u li jistgħu jivvotaw, jadottaw rakkomandazzjonijiet dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-ħażniet sabiex jġeddu l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu X

    Implimentażżjoni

    1. Kull membru tal-Kummissjoni għandu jiżgura li tali azzjoni hija meħuda, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħha, kif ukoll l-imposizzjoni ta' pieni xierqa fil-każ ta' vjolazzjoni, hekk kif inhu meħtieġ sabiex jagħtu saħħa lill-provvedimenti ta' dan il-Ftehim u jimplimentaw miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni, li jibdew jseħħu fuqu skond paragrafu 1 tal-Artikolu IX.

    2. Kull Membru tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kummissjoni prospett annwali ta' l-azzjoni li ħadet skond paragrafu 1. Dan il-prospett għandu jintbagħat lis-Segretarju tal-Kummissjoni mhux iktar tard minn 60 ġurnata qabel id-data li s-sessjoni regolari tal-Kummissjoni li jmiss għandha sseħħ.

    3. Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jikkoperaw, permezz tal-Kummissjoni fit-twaqqif ta' sistema xierqa sabiex jiflu l-miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni adottati skond paragrafu 1 tal-Artikolu IX, u jieħdu taħt konsiderazzjoni mezzi xierqa u effettivi kif ukoll tekniki sabiex jħarsu l-attivitajiet tas-sajd u biex jiġbru informazzjoni xjentifika meħtieġa għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

    4. Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jikkoperaw fil-bdil ta' informazzjoni fejn jidħlu ħażniet tas-sajd koperti minn dan il-Ftehim minn persuni ta' nazzjonalità ta' kull Stat jew entità li m'huwiex membru tal-Kummissjoni.

    Artikolu XI

    Informazzjoni

    1. Il-membri tal-kummissjoni għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jipprovdu statistika disponibbli u aċċessibli kif ukoll data oħra u informazzjoni hekk kif il-Kummissjoni teħtieġ għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-iskop u l-forma: ta' dawk l-istatitstiċi u ż-żminijiet meta dawn għandhom jiġu provduti. Il-Kummissjoni għandha tipprova tikseb statistika dwar sajd minn Stati jew entitajiet li jiprattikkaw is-sajd li ma humiex membri tal-Kummissjoni.

    2. Kull membru tal-Kummissjoni għandu jipprovdi lill-Kummissjoni kopja tal-liġijiet, regolamenti u istruzzjonijiet amministrattivi fis-seħħ jew, fejn xieraq, taqsira tagħhom, dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-ħażniet koperti minn dan il-Ftehim u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'xi emendi jew tħassir ta' dawn il-liġijiet, regolamenti jew istruzzjonijiet amministrattivi.

    Artikolu XII

    Korpi sussidjarji

    1. Il-Kummissjoni għandha twaqqaf Kumitat Xjentifiku Permanenti.

    2. Il-Kummissjoni tista' twaqqaf sub-kummisjonijiet sabiex jħarsu waħda jew aktar mill-ħażniet koperti minn dan il-Ftehim.

    3. Kull sub-kummissjoni hija miftuħa għal membri tal-Kummissjoni li huma Stati Kostali li jinsabu fil-passaġġ migratorju tal-ħażniet konċernati fis-sub-kummissjoni jew huma Stati li l-bastimenti tagħhom jipparteċipaw fis-sajd ta' dawn il-ħażniet.

    4. Sub-kummissjoni għandha tipprovdi forum għall-konsultazzjoni u koperazzjoni fuq materji relatati mal-ġestjoni tal-ħażniet konċernati u b'mod partikolari:

    (a) tistħarreġ il-ħażniet konċernati u tiġbor informazzjoni rilevanti u xjentifika dwar il-ħażniet konċernati;

    (b) tagħmel stima u tanalizza il-kondizzjonijiet u xejriet tal-ħażniet konċernati;

    (ċ) tikkordina riċerka u studji dwar ħażniet konċernati;

    (d) tirraporta lill-Kummissjoni dwar is-sejbiet tagħha;

    (e) tipproponi rakkomandazzjonijiet sabiex tittieħed azzjoni xierqa mill-membri tal-Kummissjoni kif ukoll azzjoni sabiex tinkiseb l-informazzjoni neċessarja dwar il-ħażniet u proposti dwar miżuri ta' konservazzjoni u ġestjoni;

    (f) tikkonsidra kull materja riferuta liha mill-Kummissjoni.

    5. Il-Kummissjoni tista', suġġetta għad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, twaqqaf dawk il-kumitati, partijiet mħaddma u korpi sussidjarji oħra li jkunu neċessarji għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

    6. It-twaqqif mill-Kummissjoni ta' xi sub-kummissjoni li jirrekjedi finanzjament mill-Kummissjoni, u ta' xi kumitat, partijiet mħaddma, jew korp sussidjarju għandu jkun suġġett li l-fondi neċċessarji huma disponibbli fl- estimi awtonomu appruvat mill-Kummissjoni jew mill-FAO skond il-każ. Meta spejjeż relatati għandhom jitħallsu mill-FAO, id-Diretur Ġenerali għandu jiddetermina d-disponibilità tagħhom. Qabel ma tittieħed kull deċiżjoni li tikkonċerna spiża neċessarja fejn jidħol it-twaqqif ta' korpi sussidjarji, il-Kummissjoni għandha jkollha quddiemha rapport mis-Segretarju tad-Direttur Ġenerali, skond il-każ, dwar l-implikazzjonijiet amministrattivi u finanzjarji.

    7. Il-korpi sussidjarji għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni li għandha x'taqsam ma' l-attivitajiet tagħhom, hekk kif il-Kummissjoni teħtieġ.

    Artikolu XIII

    Finanzi

    1. Kull membru tal-Kummissjoni jintrabat illi jikkontribwixxi kull sena s-sehem tiegħu tal-estimi skond l-iskala ta' kontribuzzjonijiet adottata mill-Kummissjoni.

    2. F'kull sessjoni regolari, il-Kummissjoni għandha tadotta l-estimi awtonomi tagħha permezz ta' konsensus tal-membri tagħha kemm il-darba illi,minkejja, wara li kull sforz jkun sar, konsensus ma jistax jintlaħaq fil-kors ta' dik is-sessjoni, il-materja se tkun deċiża permezz ta' vot u l- estimi għandha tkun adottata permezz ta' żewġ terzi tal-membri tagħha.

    3. (a) L-ammont ta' kontribuzzjoni ta' kull membru tal-Kummissjoni għandu jkun stabbilit skond skema li l-Kummissjoni tkun adottat u temenda b'konsensus.

    (b) Meta tadotta din l-iskema, konsiderazzjoni meħtieġa għandha tingħata lil kull membru intaxxat fuq miżata bażika ugwali u miżata varjabbli bażata, inter alia, fuq il-qbid totali u l-isbark ta' l-ispeċi koperti minn dan il-Ftehim fl-Arja, u d-dħul per capita ta' kull membru.

    (ċ) L-iskema adottata jew emendata mill-Kummissjoni għandha tkun imniżżla fir-regolamenti finanzjarji tal-Kummissjoni.

    4. Kull membru tal-Kummissjoni li m'huwiex membru tal-FAO għandu jintalab li jikkontribwixxi lejn l-ispejjeż li intefqu mill-FAO fir-rigward tal-attivitajiet tal-Kummissjoni hekk kif l-istess Kummissjoni tistabilixxi.

    5. Kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu f'munita li hija konvertibbli liberament kemm-il darba il-Kummissjoni ma tistabillixix mod ieħor bi ftehim mad-Direttur Ġenerali.

    6. Il-Kummissjoni tista taċċetta ukoll donazzjonijiet u forom oħra ta' assistenza mill-organizazzjonijet, individwi u sorsi oħra għal raguniijiet konessi mat-twettiq ta' xi waħda mill-funzjonijiet tagħha.

    7. Kontribuzzjonijiet u donazzjonijiet kif ukoll forom oħra ta' assistenza riċevuti għandhom jintefgħu ġo fond fiduċjarju amministrat mid-Direttur Ġenerali f'konformità mar-regolamenti finanzjarji tal-FAO.

    8. Membru tal-Kummissjoni li għandu l-arretrati fil-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tiegħu lill-Kummissjoni m'għandux jkollu vot fil-Kummissjoni jekk l-ammont ta' arretrati huwa daqs jew inkella iżjed mill-kontribuzzjonijiet dovuti min-naħa tiegħu għas-sentejn ta' qabel. Il-Kummissjoni tista', madanakollu, tippermetti lil tali membru jivvota jekk hi sodisfatta li n-nuqqas ta' ħlas ta' dak li huwa dovut huwa kawżat minn kondizzjonijiet li ma jkunux fil-kontroll tal-Membru.

    Artikolu XIV

    Kwartieri Ġenerali

    Il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mad-Direttorat Ġenerali, għandu jistabilixxi il-post tal-Kwartieri Ġenerali tiegħu.

    Artikolu XV

    Koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet u istituzzjoni oħra

    1. Il-Kummissjoni għandha tikkopera u tagħmel l-arranġamenti xierqa ma l-organizzazzjonijiet u istituzzjoni inter-statali, speċjalment dawk attivi fis-settur tas-sajd, li jistgħu jikkontribwixxu għax-xogħol u jġeddu l-għanijiet tal-Kummissjoni b'mod partikolari ma' kull organizzazzjoniji jew istituzzjoni inter-statali li titratta t-tonn fl-Arja. Il-Kummissjoni tista' tidħol fi ftehim ma' tali organizzazzjonijiet u istituzzjoni. Tali ftehim għandhom jfittxu li jippromwovu b'mod mingħajr ebda ħlas u suġġett għall-paragrafu 2, sabiex tevita duplikazzjoni u konflitt fl-attivitajiet tal-Kummissjoni u tali organizzazzjonijiet.

    2. Xejn f'dan il-ftehim m'għandu jippreġudika d-drittijiet u r-responsabbilitajiet ta' organizzazzjonijiet jew istituzzjoni inter-statali oħra li jitrattaw it-tonn jew speċi oħra ta' tonn fl-Arja tal-validità ta' kull miżura adottata minn tali organizzazzjonijiet jew istituzzjoni.

    Artikolu XVI

    Drittijiet ta' l-Istati Kostali

    Dan il-Ftehim m'għandux jippreġudika l-eżerċizzju tad-drittijiet sovrani ta' Stat Kostali skond id-dritt Internazzjoniali tal-Baħar għal raġunijiet ta' esplorazzjoni u użu, konservazzjoni u ġestjoni ta' riżorsi ħajjin, bl-inklużjoni ta' speċi migratorji komuni ħafna, f'zona sa 200 mil nawtiku taħt il-ġurisdizzjoni tagħha.

    Artikolu XVII

    Aċċettazzjoni

    1. Aċċettazzjoni ta' dan il-Ftehim minn xi membru jew membru assoċjat tal-FAO jiġi fis-seħħ bid-depożitu ta' l-istrument ta' aċċettazzjoni mad-Direttur Ġenerali.

    2. Aċċettazzjoni ta' dan il-Ftehim minn xi Stat li saret riferenza għalih fil-paragrafu 2 ta' Artikolu IV jiġi fis-seħħ bid-depożitu ta' l-istrument ta' accettazzjoni mad-Direttur Ġenerali. Aċċettazzjoni ssir effettiva sa mid-data li fiha il-Kummissjoni tapprova l-applikazzjoni għal sħubija.

    3. Id-Direttur Ġenerali għandu jinforma lill-membri kollha tal-Kummissjoni, il-membri kollha tal-FAO u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-aċċettazzjonijiet kollha li ġew fis-seħħ.

    Artikolu XVIII

    Dħul fis-seħħ

    Dan il-Ftehim se jiġi fis-seħħ sa mid-data ta' l-irċevuta mid-Direttur Ġenerali ta' l-10 strument ta' aċċettazzjoni. Minnufih, fil-każ ta' kull membru jew membru assoċjat tal-FAO jew Stat li għalih saret riferenza fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu IV li jiddepożita sussewgentement strument ta' aċċettazzjoni, dan il-Ftehim jiġi fis-seħħ mad-data li din l-aċċettazzjoni tiġi fis-seħħ jew issir effettiva skond l-Artikolu XVII t'hawn fuq.

    Artikolu XIX

    Riservi

    Aċċettazzjoni ta' dan il-Ftehim jista' jsir suġġett għal riservi skond ir-regoli ġenerali tad-dritt Pubbliku Internazzjonali kif rifless fid-disposizzjonijiet tat-tieni Parti, Sezzjoni 2 tal- Konvenzjoni ta' Vjenna tal-Liġi tat-Trattati ta' 1969.

    Artikolu XX

    Emendi

    1. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat b'maġġoranza ta' tliet kwarti tal-Membri tal-Kummissjoni.

    2. Proposti għal emendi jistgħu jsiru minn kull membru tal-Kummissjoni jew tad-Direttur Ġenerali. Proposti magħmula minn membru tal-Kummissjoni għandhom jkunu indirizzata kemm liċ-Chaiperson tal-Kummissjoni kif ukoll lid-Direttur Ġenerali u dawk magħmula mid-Direttur Ġenerali għandhom jiġu indirizzati miċ-Chairperson tal-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn 120 ġurnata qabel is-sessjoni tal-Kummissjoni fejn il-propsta se tkun ikkunsidrata. Id-Direttur Ġenerali għandu jinforma minnufih lill-membri kollha tal-Kummissjoni bill-proposti għal emendi.

    3. Kull emenda ta' dan il-Ftehim għandha tiġi rappurtata lill-Kunsill tal-FAO li jista' jiċħad xi emenda li hija biċ-ċar mhux konsistenti ma l-għanijiet u l-iskop tal-FAO jew tad-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni tal-FAO.

    4. Emendi li ma jinvolvux obbligazzjonijiet ġodda għall-membri tal-Kummissjoni għandhom jidħlu fis-seħħ għall-membri kollha mid-data ta' l-adozzjoni tagħhom mill-Kummissjoni, kif suġġett għal paragrafu 3.

    5. Emendi li jinvolvu obbligazzjonijiet ġodda għal membri tal-Kummissjoni għandhom, wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni, kif suġġett għal paragrafu 3, jidħlu fis-seħħ għal kull membru biss ma l-aċċettazzjoni tagħhom. L-istrumenti tal-aċċettazzjoni li jinvolvu obbligazzjonijiet ġodda għandhom jiġu depożitati mad-Direttur Ġenerali. Id-Direttur Ġenerali għandu jinforma lill membri kolha tal-Kummissjoni u lis-Segretarju Ġenrali tan-Nazzjonijiet Uniti b'tali aċċettazzjoni. Id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet ta' kull membru tal-Kummissjoni li ma jaċċettax emenda li tinvolvi obbligazzjonijiet ġodda għandhom jibqgħu regolati mill-proveddimenti ta' dan il-Ftehim li jiġu fis-seħħ qabel din l-emenda.

    6. Emendi lill-Annessi għal dan il-Ftehim jistgħu jiġu adottati b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Kummissjoni u għandhom jiġu fis-seħħ mid-data ta' l-approvazzjoni mill-Kummissjoni.

    7. Id-Direttur Ġenerali għandu jinforma lill-membri kollha tal-Kummissjoni, il-membri kollha u membri assoċjati tal-FAO u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bid-dħul fis-seħħ ta' kull emenda.

    Artikolu XXI

    Irtirar

    1. Kull membru tal-Kummissjoni jista' jirtira minn dan il-Ftehim f'kull żmien wara li jgħaddu sentejn mid-data minn meta dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ għal dak il-membru, billi jinnottifika bil-miktub lid- Direttur Ġenerali bl-irtirar li għandu jinforma mill-ewwel lill-membri kollha tal-Kummissjoni u l-membri u l-membri assoċjati tal-FAO u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti b'tali irtirar. L-irtirar jiġi fis-seħħ fl-aħħar tas-sena li fiha notifika ta' l-irtirar jkun seħħ, fl-aħħar tas-sena li fiha notifka ta' l-irtirar tkun ġiet riċevuta mid-Direttur Ġenerali.

    2. Kull membru tal-Kummissjoni jista' jinnotifika bl-irtirar ta' wieħed jew aktar mit-territorji li tar-relazzjonijiet internazzjonali tiegħu huwa responsabbli. Meta membru jinnotifika l-irtirar tiegħu stess japplika. Fl-assenza ta' dan il-prospett, l-irtirar jiġi fis-seħħ għat-territorji kollha li għalihom il-membru tal-Kummissjoni huwa responsabbli, bl-eċċezzjoni ta' dawk it-territorji li jappartjenu lill-membru assoċjat li huwa membru tal-Kummissjoni huwa stess.

    3. Kull membru li jinnotifika bl-irtirar mill-FAO jiġi meqjus daqs li kieku irtira mill-Kummissjoni u l-irtirar għandu japplika għat-territorji kollha li għar-relazzjonijiet internazzjonali tagħhom il-membru tal-Kummissjoni huwa responsabbli, bl-eċċezzjoni ta' dawk it-territorji li jappartjenu lil membru assoċjat li huwa membru tal-Kummissjoni huwa stess.

    4. L-irtirar jista' jseħħ ukoll hekk kif provdut skond paragrafu 4 tal-Artikolu IV.

    Artikolu XXII

    Terminazzjoni

    Dan il-Ftehim jintemm awtomatikament meta u fil-każ illi, bħala riżultat ta' l-irtirar, in-numru ta' membri tal-Kummissjoni jaqa' taħt l-10, kemm-il darba l-membri li jibqgħu fil-Kummissjoni ma jiddeċidux unanimament mod ieħor.

    Artikolu XXIII

    Interpretazzjoni u deċiżjoni ta' kwistjonijiet

    Kull kwistjoni għal dak li hu l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, jekk mhux riżolt mill-Kummissjoni, għandu jiġi riferut lil proċedudra ta' konċiljazzjoni adottata mill-Kummissjoni. Ir-riżultati ta' tali proċedura ta' konċiljazzjoni, minkejja li ma jorbtux, għandhom jsiru l-bażi għal konsiderazzjoni mġedda min-naħa tal-partijiet fir-rigward tal-materja fejn in-nuqqas ta' qbil inqala'. Jekk bħala riżultat ta' din il-proċedura il-kwistjoni mhix riżolta, tista' tiġi riferuta lill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja skond l-iStatut tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, kemm-il darba l-partijiet mistħarrġa ma jaqblux ma metodu ieħor ta' riżoluzzjoni.

    Artikolu XXIV

    Depożitarju

    Id-Direttur Ġenerali għandu jkun id-depożitarju ta' dan il-Ftehim. Id-Depożitarju għandu:

    (a) jibgħat kopji attestati ta' dan il-Ftehim lil kull membru u membru assoċjat tal-FAO u dawk l-Istati mhux membri li jsiru partijiet ta' dan il-Ftehim;

    (b) jħejji għar-reġistrazzjoni ta' dan il-Ftehim, mad-dħul fis-seħħ tiegħu, mas-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti skond l-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti;

    (ċ) jinforma lil kull membru u membru assoċjat tal-FAO li aċċetta dan il-Ftehim u kull stati mhux Membri li ġew ammessi għad-dħul fil-Kummissjoni ta':

    (i) l-applikazzjoni ta' L-Istati mhux Membri sabiex jiġu ammessi għad-dħul fil-Kummissjoni,

    (ii) proposti u emendi għal dan il-Ftehim jew tal-Anness tiegħu;

    (d) jinforma lil kull membru jew membru assoċjat tal-FAO u L-Istati mhux Membri li jsiru partijiet għal dan il-Ftehim ta':

    (i) depożitu ta' l-istrument ta' aċċettazzjoni skond Artikolu XVII;

    (ii) id-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan il-Ftehim skond Artikolu XVIII;

    (iii) riservi magħmula għal dan il-Ftehim skond Artikolu XIX;

    (iv) l-addozzjoni ta' l-emendi ta' dan il-Ftehim skond Artikolu XX;

    (v) irtirar minn dan il-Ftehim skond l-artikolu XXI; u

    (vi) terminazzjoni ta' dan il-Ftehim skond Artikolu XXII.

    --------------------------------------------------

    ANNESS A

    Arji tas-Sajd fil-Paċifiku Indjan

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    ANNESS B

    FAO Isem bil-Malti | FAO Isem bil-Franċiż | FAO Isem bl-Ispanjol | FAO Isem Xjentifiku |

    1.Yellowfin tuna | Albacore | Rabil | Thunnus albacares |

    2.Skipjack tuna | Listao | Listado | Katsuwonus pelamis |

    3.Bigeye tuna | Thon obèse | Patudo | Thunnus obesus |

    4.Albacore | Germon | Atún blanco | Thunnus alalunga |

    5.Southern bluefin tuna | Thon rouge du sud | Atún del sur | Thunnus maccoyii |

    6.Longtail tuna | Thon mignon | Atún tongol | Thunnus tonggol |

    7.Kawakawa | Thonine orientale | Bacoreta oriental | Euthynnus affinis |

    8.Frigate tuna | Auxide | Melva | Auxis thazard |

    9.Bullet tuna | Bonito | Melva (= Melvera) | Auxis rochei |

    10.Narrow-barred Spanish mackerel | Thazard rayé (Indo-Pacifique) | Carite estriado (Indo-Pacífico) | Scomberomorus commerson |

    11.Indo-Pacific king mackerel | Thazard ponctué (Indo-Pacifique) | Carite (Indo-Pacífico) | Scomberomorus guttatus |

    12.Indo-Pacific blue marlin | Thazard bleu (Indo-Pacifique) | Aguja azul (Indo-Pacífico) | Makaira mazara |

    13.Black marlin | Makaire noir | Aguja negra | Makaira indica |

    14.Striped marlin | Marlin rayé | Marlín rayado | Tetrapturus audax |

    15.Indo-Pacific sailfish | Voilier (Indo-Pacifique) | Pez vela (Indo-Pacífico) | Istiophorus platypterus |

    16.Swordfish | Espadon | Pez espada | Xiphias gladius |

    --------------------------------------------------

    Top