EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02010L0065-20191221

Consolidated text: Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/65/UE tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/65/2019-12-21

02010L0065 — MT — 21.12.2019 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 2010/65/UE

tal-20 ta’ Ottubru 2010

dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 283 29.10.2010, p. 1)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA (UE) 2017/2109 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Novembru 2017

  L 315

52

30.11.2017

►M2

DIRETTIVA (UE) 2019/883 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE tas-17 ta’ April 2019

  L 151

116

7.6.2019




▼B

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL 2010/65/UE

tal-20 ta’ Ottubru 2010

dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.  L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li jiġu simplifikati u armonizzati l-proċeduri amministrattivi applikati għat-trasport marittimu billi tagħmel it-trażmissjoni elettronika ta’ informazzjoni standard u billi tirrazzjonalizza l-formalitajiet ta’ rappurtar.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-formalitajiet ta’ rappurtar applikabbli għat-trasport marittimu għal vapuri li jaslu f’portijiet jew iħallu portijiet li jinsabu fl-Istati Membri.

3.  Din id-Direttiva m’għandiex tapplika għal vapuri li huma eżenti minn formalitajiet ta’ rappurtar.

Artikolu 2

Definizzjonjiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “formalitajiet ta’ rappurtar” tfisser it-tagħrif stabbilit fl-Anness, li skont il-leġislazzjoni applikabbli fi Stat Membru, għandu jiġi pprovdut għal finijiet amministrattivi u proċedurali meta vapur jasal fi jew jitlaq minn port ta’ dak l-Istat Membru;

(b) “Konvenzjoni FAL” tfisser il-Konvenzjoni tal-IMO dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali, adotatta fid-9 ta’ April 1965, hekk kif emendata;

(c) “formoli FAL” tfisser il-formoli standardizzati, kif previst fil-Konvenzjoni FAL;

(d) “vapur” tfisser kull bastiment marittimu jew opra marittima;

(e) “SafeSeaNet” tfisser is-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni marittima tal-Unjoni kif definita fid-Direttiva 2002/59/KE;

(f) “trażmissjoni elettronika tad-data” tfisser il-proċess li bih jiġi trażmess tagħrif b’mod diġitali, bl-użu ta’ format strutturat li jista’ jiġi rivedut u li jista’ jintuża direttament għall-ħżin u l-ipproċessar bil-kompjuters.

Artikolu 3

Armonizzazzjoni u koordinazzjoni tal-formalitajiet ta’ rappurtar

1.  Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri biex jiżgura li l-formalitajiet ta’ rappurtar jiġu rikjesti b’mod armonizzat u kkoordinat f’dak l-Istat Membru.

2.  Il-Kummissjoni għandha, f’koperazzjoni mal-Istati Membri tiżviluppa mekkaniżmi għall-armonizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-formalitajiet ta’ rappurtar fl-Unjoni.

Artikolu 4

Notifika qabel il-wasla fil-portijiet

Suġġett għal dispożizzjonijiet speċifiċi dwar in-notifika previsti fl-atti legali applikabbli tal-Unjoni jew taħt strumenti legali internazzjonali applikabbli għat-trasport marittimu u li jkunu jorbtu fuq l-Istati Membri, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontroll ta’ persuni u merkanzija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kaptan jew kwalunkwe persuna oħra debitament awtorizzata mill-operatur tal-vapur jipprovdu notifika, qabel il-wasla f’port f’xi Stat Membru, dwar l-informazzjoni meħtieġa mill-formalitajiet ta’ rappurtar lill-awtorità kompetenti nominata minn dak l-Istat Membru:

(a) għallinqas 24 siegħa minn qabel; jew

(b) mhux aktar tard, fil-ħin li l-vapur joħriġ mill-port preċedenti, jekk il-ħin tal-vjaġġ ikun ta’ anqas minn 24 siegħa; jew

(c) jekk il-port fejn sejjer ma jkunx magħruf jew ikun inbidel matul il-vjaġġ, malli din l-informazzjoni tkun disponibbli.

Artikolu 5

It-trażmissjoni elettronika tad-data

1.  L-Istati Membri għandhom jaċċettaw it-twettiq ta’ formalitajiet ta’ rappurtar f’format elettroniku u t-trażmissjoni tagħhom permezz ta’ “single window” fl-iqsar żmien possibbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2015.

Din is-“single window”, li tgħaqqad is-SafeSeaNet, e-Customs u sistemi elettroniċi oħrajn, għandha tkun il-post fejn, skont din id-Direttiva, t-tagħrif kollu jiġi rrappurtat darba u jsir disponibbli għal diversi awtoritajiet kompetenti u l-Istati Membri.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-format rilevanti stabbilit fil-Konvenzjoni FAL, il-format imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkonforma mal-Artikolu 6.

3.  Fejn il-formalitajiet ta’ rappurtar huma meħtieġa mill-atti legali tal-Unjoni u sa fejn ikun meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tas-“single window” stabbilita skont il-paragrafu 1, il-mezzi elettroniċi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu interoperabbli, aċċessibbli u kompatibbli mas-sistema SafeSeaNet stabbilita f’konformità mad-Direttiva 2002/59/KE, u, fejn applikabbli, mas-sistemi tal-kompjuter stipulati fid-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar ambjent mingħajr karti għad-dwana u l-kummerċ ( 1 ).

4.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar kontrolli doganali u fuq il-fruntieri stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u r-Regolament (KE) Nru 562/2006, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-operaturi ekonomiċi u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-progress li jsir skont il-modalitajiet previsti fid-Deċiżjoni Nru 70/2008/KE.

Artikolu 6

Skambju ta’ data

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif riċevut f’konformità mal-formalitajiet ta’ rappurtar previsti f’att legali tal-Unjoni jsir disponibbli fis-sistemi nazzjonali tagħhom tas-SafeSeaNet u għandhom jagħmlu partijiet rilevanti ta’ dan it-tagħrif disponibbli lil Stati Membri oħra permezz tas-sistema tas-SafeSeaNet. Ħlief jekk ikun stipulat mod ieħor minn xi Stat Membru, dan m’għandux japplika għal tagħrif riċevut skont ir-Regolament (KEE) Nru 2913/92, ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 u r-Regolament (KE) Nru 450/2008.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif riċevut skont il-paragrafu 1 ikun aċċessibbli, meta jintalab, għall-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

3.  Il-format diġitali sottostanti tal-messaġġi li għandu jintuża fis-sistemi nazzjonali tas-SafeSeaNet skont il-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22a tad-Direttiva 2002/59/KE.

4.  L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-aċċess rilevanti għat-tagħrif imsemmi fil-paragrafu 1 permezz ta’ “single window” nazzjonali permezz ta’ sistema elettronika għall-iskambju tad-data jew permezz tas-sistemi nazzjonali tas-SafeSeaNet.

Artikolu 7

Tagħrif fil-formoli FAL

L-Istati Membri għandhom jaċċettaw formoli FAL għat-twettiq tal-formalitajiet ta’ rappurtar. L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw li tagħrif meħtieġ skont att legali tal-Unjoni jiġi pprovdut f’format fuq karta sal-1 ta’ Ġunju 2015 biss.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

1.  L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-atti legali applikabbli tal-Unjoni jew mal-leġislazzjoni nazzjonali, jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tat-tagħrif kummerċjali u tagħrif kunfidenzjali ieħor skambjat skont din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jaraw b’mod partikolari li d-data kummerċjali miġbura skont din id-Direttiva tkun protetta. Fir-rigward tad-data personali, l-Istati Membri għandhom jaraw li jkunu konformi mad-Direttiva 95/46/KE. L-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni għandhom jiżguraw li jkunu konformi mar-Reġolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 9

Eżenzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-vapuri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE li joperaw bejn portijiet fit-territorju doganali tal-Unjoni, iżda mingħajr ma jkunu ġejjin minn, mingħajr ma jieqfu fi jew ikunu diretti lejn port li jinsab barra minn dak it-territorju jew żona libera suġġetta għall-modalitajiet ta’ kontroll tal-tip I taħt leġislazzjoni doganali, ikunu eżenti mit-trażmissjoni tal-informazzjoni tal-formoli FAL, mingħajr preġudizzju għall-atti legali applikabbli tal-Unjoni u għall-possibbiltà li l-Istati Membri jistgħu jitolbu tagħrif fil-formoli FAL imsemmija fil-punti 1 sa 6 tal-Parti B tal-Anness għal din id-Direttiva li jkun meħtieġ biex jiġu protetti l-ordni u s-sigurtà interni u biex jiġu infurzati l-liġijiet doganali, fiskali, tal-immigrazzjoni, ambjentali jew tas-sanità.

Artikolu 10

Proċedura ta’ emenda

1.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ delega, konformement mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-Anness ta’ din id-Direttiva, sabiex tiżgura li jiġi kkunsidrat kwalunkwe tibdil fil-formoli tal-FAL introdotti mill-IMO. Dawn l-emendi ma għandux ikollhom l-effett li jwessgħu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2.  Għall-atti ta’ delega msemmija f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 11, 12 u 13.

Artikolu 11

L-eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħat ta’ adozzjoni tal-atti ta’ delega msemmija fl-Artikolu 10 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mit-18 ta’ Novembru 2010. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport fir-rigward tas-setgħat iddelegati l-aktar tard sa sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jirrevokawhiex skont l-Artikolu 12.

2.  Malli tadotta att ta’ delega, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

3.  Is-setgħa li tadotta atti ta’ delega hija konferita lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 12 u 13.

Artikolu 12

Revoka tad-delega

1.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10 tista’ tiġi revokata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

2.  L-istituzzjoni li tkun bdiet proċedura interna biex jiġi deċiż issirx revoka tad-delega tas-setgħat għandha tinforma lill-istituzzjoni l-oħra b’dan u lill-Kummissjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli qabel tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika s-setgħat delegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka u r-raġunijiet possibbli għal din ir-revoka.

3.  Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data ulterjuri stipulata minnha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Oġġezzjonijiet għal atti ta’ delega

1.  Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att ta’ delega sa xahrejn wara d-data ta’ notifika.

Fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu għandu jiġi estiż għal xahrejn.

2.  Fejn, hekk kif jiskadi l-perjodu inizjali ta’ xahrejn, jew, fejn ikun applikabbli, il-perjodu estiż, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att ta’ delega, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ fid-data stipulata fih stess.

L-att ta’ delega jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi l-perjodu inizjali ta’ xahrejn, jew, fejn ikun applikabbli, il-perjodu estiż, fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma joġġezzjonawx.

3.  Fejn il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att ta’ delega, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għaliex qed toġġezzjona għall-att ta’ delega.

Artikolu 14

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sad-19 ta’ Mejju 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-19 ta’ Mejju 2012.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 15

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sad-19 ta’ Novembru 2013, dwar il-funzjonament ta’ din id-Direttiva, inklużi:

(a) il-possibbiltà ta’ estensjoni tas-simplifikazzjoni introdotta minn din id-Direttiva biex tkopri t-trasport fil-passaġġi interni navigabbli;

(b) il-kompatibbiltà tas-Sistema ta’ Tagħrif tax-Xmajjar mal-proċess ta’ trażmissjoni tad-data elettronika msemmi f’din id-Direttiva;

(c) il-progress favur l-armonizzazzjoni u l-koordinazzjoni tal-formalitajiet ta’ rappurtar li nkiseb fl-Artikolu 3;

(d) il-fattibbiltà tal-evitar jew is-simplifikar tal-formalitajiet għall-vapuri li jidħlu f’port f’pajjiż terz jew żona libera;

(e) id-data disponibbli rigward iċ-ċaqliq ta’ vapuri jew tat-traffiku fi ħdan l-Unjoni, u/jew id-dħul f’port ta’ pajjiż terz jew f’żona libera.

Dan ir-rapport għandu, jekk ikun il-każ, ikun akkumpanjat minn proposta leġislattiva.

Artikolu 16

Tħassir tad-Direttiva 2002/6/KE

Id-Direttiva 2002/6/KE hija b’dan imħassra mid-19 ta’ Mejju 2012. Ir-referenzi għad-Direttiva mħassraa għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 17

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




ANNESS

LISTA TA’ FORMALITAJIET TA’ RAPPURTAR IMSEMMIJIN F’DIN ID-DIRETTIVA

A.    Formalitajiet ta’ rappurtar li jirriżultaw minn atti legali tal-Unjoni

Din il-kategorija ta’ formalitajiet ta’ rappurtar tinkludi t-tagħrif li għandu jiġi pprovdut skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

1. Notifika għal vapuri li jaslu fi jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).

2. Verifiki fuq il-fruntieri fuq persuni

L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).

3. Notifika dwar il-merkanzija perikoluża jew li tniġġes li tinġarr abbord

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità.

▼M2

4. Notifika tal-iskart mill-bastimenti, inkluż fdalijiet

L-Artikoli 6, 7 u 9 tad-Direttiva (UE) 2019/883 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 116).

▼B

5. Notifika dwar tagħrif tas-sigurtà

L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6).

Sakemm tiġi adottata formola armonizzata fil-livell internazzjonali, il-formola mniżżla fl-Appendiċi għal dan l-Anness għandha tintuża għat-trażmissjoni ta’ tagħrif meħtieġ skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 725/2004. Il-formola tista’ tiġi trażmessa elettronikament.

6. Dikjarazzjoni sommarja tal-importazzjoni

L-Artikolu 36a tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1) u l-Artikolu 87 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1).

▼M1

7. Informazzjoni dwar persuni abbord

L-Artikoli 4(2) u 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35).

▼B

B.    Formoli FAL u formalitajiet li jirriżultaw minn strumenti legali internazzjonali

Din il-kategorija ta’ formalitajiet ta’ rappurtar tinkludi t-tagħrif li għandu jiġi pprovdut skont il-Konvenzjoni FAL u strumenti legali internazzjonali rilevanti oħra.

1. Formola FAL Nru 1: Dikjarazzjoni ġenerali

2. Formola FAL Nru 2: Dikjarazzjoni tal-merkanzija

3. Formola FAL Nru 3: Dikjarazzjoni tal-ħażniet tal-vapur

4. Formola FAL Nru 4: Dikjarazzjoni tal-Effetti Personali tal-Ekwipaġġ

5. Formola FAL Nru 5: Lista tal-ekwipaġġ

6. Formola FAL Nru 6: Lista tal-Passiġġieri

7. Formola FAL Nru 7: Merkanzija perikoluża

8. Dikjarazzjoni Marittima tas-Saħħa

C.    Kwalunkwe leġislazzjoni nazzjonali rilevanti

F’din il-kategorija l-Istati Membri jistgħu jinkludu t-tagħrif li għandu jiġi pprovdut skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom. Tali tagħrif għandu jiġi trażmess b’mezzi elettroniċi.




Appendiċi



FORMOLA TA’ VAPUR TA’ TAGĦRIF TA’ SIGURTÀ TA’ QABEL IL-WASLA GĦALL VAPURI KOLLHA QABEL ID-DĦUL FIL-PORT TA’ STAT MEMBRU TAL-UE

(Konvenzjoni Internazzjonali tal-1974 dwar is-Sikurezza tal-Ħajja fuq il-Baħar (SOLAS) ir-Regolament 9 tal-Kapitolu XI-2 u l-artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 725/2004)

Dettalji tal-vapur u dettalji ta’ kuntatt

Numru tal-IMO

 

Isem il-vapur

 

Port ta’ reġistrazzjoni

 

Stat tal-bandiera

 

Tip ta’ vapur

 

Sinjal tas-Sejħa

 

Tunnellaġġ Gross

 

Kodiċi ta’ identifikazzjoni Inmarsat (fejn disponibbli)

 

Isem il-Kumpannija u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija

 

Isem tas-CSO u dettalji ta’ kuntatt permanenti (24 siegħa)

 

Port tal-wasla

 

Faċilità tal-port tal-wasla (jekk magħruf)

 

Tagħrif dwar il-port u l-faċilitajiet tal-port

Data u ħin previsti għall-wasla tal-vapur fil-port (ETA)

 

Għan ewlieni tal-waqfa

 

Tagħrif meħtieġ mir-Regolament SOLAS 9.2.1 tal-Kapitolu XI-2

Il-vapur għandu Ċertifikat Internazzjonali ta’ Sigurtà (ISSC) validu?

IVA

ISSC

LE - għaliex le?

Maħruġ minn (isem l-Amministrazzjoni jew RSO)

Data ta’ skadenza (ġġ/xx/ssss)

Hemm SSP (pjan ta’ sigurtà) approvat abbord il-vapur?

IVA

LE

Livell ta’ sigurtà li fih qed jopera attwalment il-vapur?

Sigurtà Livell 1

Sigurtà Livell 2

Sigurtà Livell 3

Pożizzjoni tal-vapur fil-mument li qed isir dan ir-rapport

 

Elenka l-aħħar għaxar waqfiet f’faċilitajiet tal-port f’ordni kronoloġika (l-ewwel l-aktar waqfa reċenti)

Nru

Data minn (ġġ/xx/ssss)

Data sa (ġġ/xx/ssss)

Port

Pajjiż

UN/LOCODE

(jekk disponibbli)

Faċilità tal-port

Livell ta’ Sigurtà

1

 

 

 

 

 

 

SL =

2

 

 

 

 

 

 

SL =

3

 

 

 

 

 

 

SL =

4

 

 

 

 

 

 

SL =

5

 

 

 

 

 

 

SL =

6

 

 

 

 

 

 

SL =

7

 

 

 

 

 

 

SL =

8

 

 

 

 

 

 

SL =

9

 

 

 

 

 

 

SL =

10

 

 

 

 

 

 

SL =

Il-vapur adotta miżuri ta’ sigurtà speċjali jew addizzjonali, apparti dawk fl-SSP approvat?

Jekk it-tweġiba hija IVA, indika hawn taħt il-miżuri ta’ sigurtà speċjali jew addizzjonali adottati mill-vapur.

IVA

LE

Nru

(bħal hawn fuq)

Miżuri ta’ sigurtà speċjali jew addizzjonali adottati mill-vapuri

1

 

2

 

3

 

4

 

5

 

6

 

7

 

8

 

9

 

10

 

Elenka l-attivitajiet minn vapur għal vapur, f’ordni kronoloġika (l-ewwel l-aktar riċenti), li twettqu matul l-aħħar għaxar waqfiet fil-faċilitajiet tal-port elenkati hawn fuq. Kabbar it-tabella t’hawn taħt jew kompli fuq paġna separata jekk meħtieġ – daħħal l-għadd totali tal-attivitajiet minn vapur għal vapur

Il-proċeduri ta’ sigurtà specifikati fl-SSP approvat ġew segwiti matul kull waħda minn dawn l-attivitajiet minn vapur għal vapur?

Jekk LE, minflok, ipprovdi d-dettalji tal-miżuri ta’ sigurtà applikati fl-aħħar kolonna ta’ hawn taħt.

IVA

LE

Nru

Data minn (ġġ/xx/ssss)

Data sa (ġġ/xx/ssss)

Pożizzjoni jew Lonġitudni u Latitudni

Attività minn vapur għal vapur

Miżuri ta’ sigurtà applikati minflok

1

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

6

 

 

 

 

 

7

 

 

 

 

 

8

 

 

 

 

 

9

 

 

 

 

 

10

 

 

 

 

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-merkanzija abbord il-vapur

 

Il-vapur qed iġorr xi sustanzi perikolużi bħala merkanzija koperti mill-Klassijiet 1, 2.1, 2.3, 3, 4.1, 5.1, 6.1, 6.2, 7 jew 8 tal-Kodiċi IMDG?

IVA

LE

Jekk IVA, ikkonferma li l-Manifest tal-Oġġetti Perikolużi (jew estratt rilevanti) huwa mehmuż

Ikkonferma li kopja tal-lista tal-ekwipaġġ tal-vapur hija mehmuża

IVA

Ikkonferma li kopja tal-lista tal-passiġġieri tal-vapur hija mehmuża

IVA

Tagħrif ieħor relatat mas-sigurtà

Hemm xi aspett relatat mas-sigurtà li tixtieq tirrapporta?

IVA

Agħti d-dettalji:

LE

Aġent tal-vapur fil-port tal-wasla

Isem:

Dettalji ta’ kuntatt (numru tat-telefon):

Identifikazzjoni tal-persuna li tagħti t-tagħrif

Titlu jew Pożizzjoni (ħassar kif adatt):

Kmandant/SSO/CSO/Aġent tal-vapur (bħal hawn fuq)

Isem:

Firma:

Data/Ħin/Post fejn tlesta r-rapport

 



( 1 ) ĠU L 23, 26.1.2008, p. 21.

Top