This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 01991L0477-20170613
Council Directive of 18 June 1991 on control of the acquisition and possession of weapons (91/477/EEC)
Consolidated text: Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ armi (91/477/KEE)
Id-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ armi (91/477/KEE)
No longer in force
)
01991L0477 — MT — 13.06.2017 — 002.010
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL tat-18 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ armi (ĠU L 256 13.9.1991, p. 51) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA 2008/51/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-21 ta’ Mejju 2008 |
L 179 |
5 |
8.7.2008 |
|
L 137 |
22 |
24.5.2017 |
Ikkoreġuta bi:
ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Ġunju 1990
dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ armi
(91/477/KEE)
KAPITOLU 1
Il-qasam ta’ applikazzjoni
Artikolu 1
1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“arma tan-nar” tfisser kwalunkwe arma bil-kanna li tista' tinġarr, li tispara, li hija mfassla biex tispara jew li tista' tiġi konvertita biex tispara tir, balla jew projettili permezz tal-azzjoni ta' propellant kombustibbli, sakemm ma tkunx eskluża minn dik id-definizzjoni minħabba waħda mir-raġunijiet elenkati fit-Taqsima III tal-Anness I. L-armi tan-nar huma kklassifikati fit-Taqsima II tal-Anness I.
Oġġett għandu jitqies bħala kapaċi li jiġi konvertit biex jispara tir, balla jew projettili bl-azzjoni ta' propellant kombustibbli jekk:
ikollu l-apparenza ta' arma tan-nar; u
bħala riżultat tal-kostruzzjoni tiegħu jew tal-materjal li jkun magħmul minnu jkun jista' jiġi faċilment konvertit hekk;
“komponent essenzjali” tfisser il-kanna, il-qafas, ir-riċevitur, inklużi r-riċevituri ta' fuq kif ukoll ta' taħt, fejn xieraq, is-slajd, iċ-ċilindru, il-firroll jew il-blokka tal-kulatta, li, billi huma oġġetti separati, huma inklużi fil-kategorija tal-armi tan-nar li jiġu mmuntati fuqhom jew huma maħsuba li jiġu mmuntati fuqhom;
“munizzjon” tfisser ir-round sħiħ jew il-komponenti tiegħu, inklużi l-kaxxi tal-iskrataċ, il-kaps, il-porvli tal-propellant, il-balal jew il-projettili, li jintużaw f'arma tan-nar, sakemm dawk il-komponenti stess ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni fl-Istat Membru kkonċernat;
“armi tal-allarm u tas-sinjal” tfisser apparati b'ħowlder tal-iskrataċ li jkunu ġew imfassla biex jisparaw biss in bjank, sustanzi irritanti, sustanzi attivi oħra jew tiri pirotekniċi li jisparaw tiri, u li ma jkunux kapaċi li jiġu konvertiti biex jisparaw tir, balla jew projettili bl-azzjoni ta' propellant kombustibbli;
“armi akustiċi u tas-salut” tfisser l-armi tan-nar ikkonvertiti speċifikament biex jintużaw biss għall-isparar in bjank, f'attivitajiet bħal spettakli teatrali, sessjonijiet fotografiċi, reġistrazzjonijiet ċinematografiċi u dawk televiżivi, rappreżentazzjonijiet teatrali ta' avvenimenti storiċi, parati, avvenimenti sportivi u taħriġ;
“armi tan-nar diżattivati” tfisser armi tan-nar li jkunu ġew diżattivati b'mod li jkunu saru għal kollox mhux utilizzabbli, u jkun ġie żgurat li l-komponenti essenzjali kollha tal-arma tan-nar inkwistjoni jkunu saru definittivament inoperabbli u impossibbli li jiġu maqlugħa, sostitwiti jew modifikati b'mod li jippermetti li l-arma tan-nar tiġi riattivata bi kwalunkwe mod;
“mużew” tfisser istituzzjoni permanenti fis-servizz tas-soċjetà u tal-iżvilupp tagħha, miftuħa għall-pubbliku, li tikseb, tikkonserva, tirriċerka u teżibixxi armi tan-nar, komponenti essenzjali tagħhom jew munizzjon għal finijiet storiċi, kulturali, xjentifiċi, tekniċi, edukattivi, għal skopijiet ta' wirt kulturali jew ta' rikreazzjoni, u rikonoxxuti bħala tali mill-Istat Membru kkonċernat;
“kollettur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika ddedikata għall-ġbir u l-konservazzjoni ta' armi tan-nar, komponenti essenzjali jew tal-munizzjon għal finijiet storiċi, kulturali, xjentifiċi, tekniċi, edukattivi jew ta' wirt kulturali, u li jkun rikonoxxut bħala tali mill-Istat Membru kkonċernat;
“negozjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li l-kummerċ jew in-negozju tagħha jikkonsisti kollu kemm hu jew parzjalment minn waħda mis-segwenti:
il-manifattura, il-kummerċ, l-iskambju, il-kiri, it-tiswija, il-modifika jew il-konverżjoni ta' armi tan-nar jew ta' komponenti essenzjali;
il-manifattura, il-kummerċ, l-iskambju, il-modifika jew il-konverżjoni ta' munizzjon;
“sensar” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, ħlief negozjant, li l-kummerċ jew in-negozju tagħha jikkonsisti kollu kemm hu jew parzjalment minn waħda mis-segwenti:
in-negozjar jew l-arranġament ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-provvista ta' armi tan-nar, komponenti essenzjali jew munizzjon;
l-arranġament tat-trasferiment ta' armi tan-nar, komponenti essenzjali jew munizzjon fi Stat Membru, minn Stat Membru għal ieħor, minn Stat Membru għal pajjiż terz jew minn pajjiż terz għal Stat Membru;
“manifattura illegali” tfisser il-manifattura jew l-immuntar tal-armi tan-nar, il-komponenti essenzjali tagħhom u l-munizzjon tagħhom:
minn kwalunkwe parti essenzjali ta' tali armi tan-nar li jkunu ġew traffikati illegalment;
mingħajr awtorizzazzjoni, konformement mal-Artikolu 4 minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih iseħħu l-manifattura jew l-immuntar; jew
mingħajr l-immarkar tal-armi tan-nar mmuntati waqt il-manifattura, konformement mal-Artikolu 4;
“traffikar illegali” tfisser l-akkwist, il-bejgħ, il-kunsinna, il-moviment jew it-trasferiment tal-armi tan-nar, il-komponenti essenzjali tagħhom jew il-munizzjon minn jew b'passaġġ mit-territorju ta' Stat Membru wieħed lejn dak ta' Stat Membru ieħor, jekk wieħed miż-żewġ Stati Membri kkonċernati ma jawtorizzax li dan isir f'konformità ma' din id-Direttiva jew jekk l-armi tan-nar, il-komponenti essenzjali jew il-munizzjon ma jkunux immarkati f'konformità mal-Artikolu 4;
“traċċar” tfisser l-ittraċċar sistematiku tal-armi tan-nar u, fejn possibbli, il-komponenti essenzjali u l-munizzjon tagħhom mill-manifattur sax-xerrej bil-għan li tingħata għajnuna lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jiskopru, jinvestigaw u janalizzaw il-manifattura illeċita u t-traffikar illegali.
2. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, persuna għandha tkun ikkunsidrata residenti tal-pajjiż indikat fl-indirizz li jidher fuq dokument uffiċjali li juri l-post tar-residenza tagħha, bħalma hu passaport jew karta tal-identità nazzjonali, li meta jsir kontroll fuq l-akkwist jew il-pussess, jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jew lil negozjant jew sensar. Jekk indirizz ta' persuna ma jidhirx fuq il-passaport jew il-karta tal-identità nazzjonali tagħha, il-pajjiż ta' residenza tagħha għandu jiġi ddeterminat abbażi ta' kwalunkwe prova uffiċjali oħra ta' residenza rikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat.
3. Il-“Pass Ewropew tal-armi tan-nar” għandu jinħareġ fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru lil persuna li b'mod legali tikseb pussess ta' arma tan-nar u tużaha. Għandu jkun validu għal perijodu massimu ta' ħames snin, li jista' jiġi estiż, u li għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness II. M'għandux ikun trasferibbli u għandu jirreġistra l-arma tan-nar jew l-armi tan-nar fil-pussess tad-detentur tal-Pass użati minnu in konnessjoni miegħu. Irid dejjem ikun fil-pussess tal-persuna li tkun qed tuża l-arma tan-nar u kwalunkwe bidla fil-pussess jew fil-karatteristiċi tal-armi tan-nar, kif ukoll is-serq jew it-telf tagħhom, għandhom jiġu indikati fuq il-Pass.
Artikolu 2
1. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-ġarr ta' armi, il-kaċċa jew l-isparar fuq bersall, bl-użu ta' armi akkwistati u fil-pussess b'mod legali f'konformità ma' din id-Direttiva.
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-akkwist jew għall-pussess ta' armi jew ta' munizzjon, f'konformità mal-liġi nazzjonali, mill-forzi armati, mill-pulizija jew mill-awtoritajiet pubbliċi. Lanqas ma għandha tapplika għat-trasferimenti rregolati mid-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
Artikolu 3
Fil-liġi tagħhom l-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet li huma aktar strinġenti minn dawk ipprovduti f’ din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet mogħtija lir-residenti ta’ l-Istati Membri fl-Artikolu 12(2).
KAPITOLU 2
Armonizzazzjoni tal-liġijiet li jikkonċernaw l-armi tan-nar.
Artikolu 4
1. Fir-rigward tal-armi tan-nar manifatturati jew importati fl-Unjoni fi jew wara l-14 ta' Settembru 2018, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe arma tan-nar, jew kwalunkwe komponent essenzjali, li jkun ġie introdott fis-suq ikun ġie:
mogħti marka unika, li tkun ċara u permanenti, mingħajr dewmien wara l-manifattura u l-aktar tard qabel l-introduzzjoni fis-suq tiegħu, jew mingħajr dewmien wara l-importazzjoni fl-Unjoni; u
irreġistrat f'konformità ma' din id-Direttiva mingħajr dewmien wara l-manifattura u l-aktar tard qabel l-introduzzjoni fis-suq tiegħu, jew mingħajr dewmien wara l-importazzjoni fl-Unjoni.
2. Il-marka unika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tinkludi l-isem tal-manifattur jew il-marka kummerċjali, il-pajjiż jew il-post tal-manifattura, in-numru tas-serje u s-sena tal-manifattura, sakemm din ma tkunx diġà parti min-numru tas-serje, u l-mudell fejn fattibbli. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għaż-żieda tal-marka kummerċjali tal-manifattur. Meta komponent essenzjali jkun żgħir wisq biex jiġi mmarkat f'konformità ma' dan l-Artikolu, għandu tal-inqas jiġi mmarkat b'numru tas-serje jew kodiċi alfanumeriku jew diġitali.
Ir-rekwiżiti ta' mmarkar għal arma tan-nar jew komponenti essenzjali li huma ta' importanza storika partikolari għandhom jiġu determinati f'konformità mal-liġi nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull pakkett elementari ta' munizzjon sħiħ ikun immarkat b'tali mod li jindika l-isem tal-manifattur, in-numru ta' identifikazzjoni tal-lott, il-kalibru u t-tip ta' munizzjon.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1 u ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom jagħżlu li japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku tal-Marki tal-Prova fuq l-Armi Żgħar tal-1 ta' Lulju 1969.
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, fil-ħin tat-trasferiment ta' arma tan-nar jew tal-komponenti essenzjali tagħha mill-ħażniet governattivi għall-użu ċivili permanenti, l-immarkar uniku, kif previst fil-paragrafu 1, li jippermetti lill-Istati jidentifikaw faċilment l-entità tat-trasferiment.
2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi għall-immarkar. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13b(2).
3. Kull Stat Membru għandhom jistabbilixxu sistema għar-regolamentazzjoni tal-attivitajiet tan-negozjanti u tas-sensara. Tali sistemi għandhom jinkludu mill-inqas il-miżuri li ġejjin:
ir-reġistrazzjoni tan-negozjanti u tas-sensara li joperaw fit-territorji ta' dak l-Istat Membru;
il-liċenzjar jew l-awtorizzazzjoni tal-attivitajiet tan-negozjanti u tas-sensara fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; u
verifika tal-integrità privata u professjonali u tal-kapaċitajiet rilevanti tan-negozjant jew tas-sensar ikkonċernat. Fil-każ ta' persuna ġuridika, il-verifika għandha ssir kemm fuq il-persuna ġuridika kif ukoll fuq il-persuna/i fiżika/ċili jkunu qegħdin imexxu l-impriża.
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, sal-31 ta’ Diċembru 2014, l-istabbiliment u ż-żamma ta’ sistema kompjuterizzata tal-fajling tad-
data, jew sistema ċentralizzata jew sistema deċentralizzata li tiggarantixxi aċċess lill-awtoritajiet awtorizzati għas-sistemi tal-fajling tad-
datali fihom kull arma tan-nar suġġetta għal din id-Direttiva tkun irreġistrata.
►M2Dik is-sistema ta' arkivjar tar-rekords għandha tirreġistra l-informazzjoni kollha relatata mal-armi tan-nar li tkun meħtieġa għat-traċċar u l-identifikazzjoni ta' dawk l-armi tan-nar, inkluż:
it-tip, l-għamla, il-mudell, il-kalibru u n-numru tas-serje ta' kull arma tan-nar u l-marka applikata mal-qafas jew mar-riċevitur tagħha bħala l-immarkar uniku skont il-paragrafu 1, li għandu jservi bħala l-identifikatur uniku ta' kull arma tan-nar;
in-numru tas-serje jew l-immarkar uniku applikat għall-komponenti essenzjali, meta dak ikun differenti mill-immarkar fuq il-qafas jew ir-riċevitur ta' kull arma tan-nar;
l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornituri u tal-persuni li jakkwistaw jew li jkollhom fil-pussess tagħhom l-arma tan-nar, flimkien mad-data jew dati rilevanti; u
kwalunkwe konverżjoni jew modifika għal arma tan-nar li twassal għal bidla fil-kategorija jew fis-subkategorija tagħha, inklużi ċ-ċertifikati ta' diżattivazzjoni jew ta' qerda tagħha u d-data jew dati rilevanti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekord tal-armi tan-nar u l-komponenti essenzjali, inkluża d-data personali relatata, jinżamm mill-awtoritajiet kompetenti fis-sistemi ta' arkivjar tar-rekords għal perijodu ta' 30 sena wara l-qerda tal-armi tan-nar jew tal-komponenti essenzjali inkwistjoni.
Ir-rekords tal-armi tan-nar u komponenti essenzjali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u d-data personali relatata għandhom ikunu disponibbli għall-aċċess:
mill-awtoritajiet kompetenti għall-għoti jew irtirta' awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 jew 7 jew mill-awtoritajiet kompetenti għal proċedimenti doganali, għal perijodu ta' 10 snin wara l-qerda tal-arma tan-nar jew tal-komponenti essenzjali inkwistjoni; u
mill-awtoritajiet kompetenti għall--prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, għal perijodu ta' 30 sena wara l-qerda tal-arma tan-nar jew tal-komponenti essenzjali inkwistjoni.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data personali titħassar mis-sistemi ta' arkivjar tar-rekords hekk kif jiskadu l-perijodi speċifikati fit-tieni u fit-tielet subparagrafi. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal każijiet fejn data personali speċifika tkun ġiet trasferita lil awtorità kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u jintużaw f'dak il-kuntest speċifiku, jew lil awtoritajiet kompetenti oħra għal skop kompatibbli previst mil-liġi nazzjonali. F'dawk il-każijiet, l-ipproċessar ta' tali data mill-awtoritajiet kompetenti għandha tiġi rregolata mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, f'konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari dwar il-protezzjoni tad-data. ◄
Matul il-perijodu ta' attività tagħhom, in-negozjanti u s-sensara għandhom jintalbu jżommu reġistru li fih għandu jinżamm rekord ta' kull arma tan-nar u kull komponent essenzjali soġġetti għal din id-Direttiva li jaslu għandhom jew li ma jibqgħux għandhom, flimkien ma' partikolaritajiet li permezz tagħhom tkun tista' ssir l-identifikazzjoni tal-arma tan-nar jew tal-komponent essenzjali kkonċernat, b'mod partikolari t-tip, l-għamla, il-mudell, il-kalibru u n-numru tas-serje tagħhom u l-ismijiet u l-indirizzi tal-fornituri u tal-persuni li jakkwistahom.
Meta jieqfu mill-attivitajiet tagħhom, in-negozjanti u s-sensara għandhom jagħtu dak ir-reġistru lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mis-sistemi ta' arkivjar tar-rekords prevista fl-ewwel subparagrafu.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li negozjanti u sensara stabbiliti fit-territorju tagħhom jirrappurtaw tranżazzjonijiet li jinvolvu armi tan-nar jew komponenti essenzjali mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li n-negozjanti u s-sensara jkollhom konnessjoni elettronika ma' dawk l-awtoritajiet għal tali skopijiet ta' rappurtar u li s-sistemi ta' arkivjar tar-rekords huma aġġornati immedjatament malli jirċievu informazzjoni li tikkonċerna tali tranżazzjonijiet.
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-armi tan-nar kollha jkunu jistgħu jiġu assoċjati mas-sidien tagħhom fi kwalunkwe ħin.
Artikolu 4a
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar minn persuni li jkunu ngħataw liċenzja jew, fir-rigward ta' armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija C, li jkunu speċifikament awtorizzati li jakkwistaw u jkollhom pussess ta' tali armi tan-nar f'konformità mal-liġi nazzjonali.
▼M2 —————
Artikolu 5
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar biss minn persuni li għandhom raġuni tajba u li:
ikollhom mill-inqas 18-il sena, ħlief fil-każ tal-akkwist, sakemm mhux permezz ta' xiri, u l-pussess ta' armi tan-nar għall-kaċċa u għall-isparar fuq bersall, bil-kundizzjoni li f'dak il-każ il-persuni li jkunu għadhom m'għalqux it-18-il sena jkunu kisbu l-permess tal-ġenituri, jew ikollhom il-gwida tal-ġenituri jew il-gwida ta' adult li jkollu liċenzja valida tal-armi tan-nar jew tal-kaċċa jew ikunu f'ċentru ta' taħriġ liċenzjat jew approvat xort'oħra, u l-ġenitur, jew adult li jkollu liċenzja valida tal-armi tan-nar jew tal-kaċċa, jassumi r-responsabbiltà għall-ħżin xieraq skont l-Artikolu 5a; u
aktarx ma jkunux ta' periklu għalihom infushom jew għal ħaddieħor, għall-ordni pubbliku jew għas-sikurezza pubblika; il-fatt li persuna tkun instabet ħatja ta' reat vjolenti intenzjonat għandu jitqies bħala indikattiv ta' tali periklu.
2. L-Istati Membri għandu jkollhom sistema ta' monitoraġġ, li jistgħu jkunu qed joperaw fuq bażi kontinwa jew mhux kontinwa, biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni stabbiliti bil-liġi nazzjonali jiġu osservati matul il-perijodu ta' awtorizzazzjoni u, inter alia, informazzjoni medika u psikoloġika rilevanti tiġi vvalutata. L-arranġamenti speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti b'mod konformi mal-liġi nazzjonali.
Meta xi waħda mill-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni ma tibqax tiġi ssodisfata, l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjoni rispettiva.
L-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu lill-persuni residenti fit-territorju tagħhom milli jkollhom pussess ta' arma tan-nar mixtrija fi Stat Membru ieħor sakemm l-akkwist tal-istess tip ta' arma tan-nar ma jkunx ipprojbit fit-territorju tagħhom stess.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjoni ta' akkwist u awtorizzazzjoni ta' pussess ta' arma tan-nar ikklassifikata fil-kategorija B għandha tiġi rtirata jekk il-persuna li tkun ingħatat dik l-awtorizzazzjoni tinstab li tkun fil-pussess ta' apparat għat-tagħbija, adattat biex jitwaħħal fuq armi tan-nar semiawtomatiċi centre-fire jew armi tan-nar b'ripetitur, li:
jistgħu jieħdu aktar minn 20 dawra; jew
f'każ ta' armi tan-nar twal, jistgħu jieħdu aktar minn 10 dawriet,
sakemm dik il-persuna ma tkunx ingħatat awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6 jew awtorizzazzjoni li tkun ġiet ikkonfermata, imġedda jew imtawwla skont l-Artikolu 7(4a).
Artikolu 5a
Sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju li persuni mhux awtorizzati jiksbu aċċess għall-armi tan-nar u għall-munizzjon, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar is-superviżjoni xierqa tal-armi tan-nar u l-munizzjon u regoli dwar il-ħżin xieraq tagħhom b'mod sigur. L-armi tan-nar u l-munizzjon tagħhom ma għandhomx ikunu faċilment aċċessibbli flimkien. Is-superviżjoni xierqa għandha tfisser li l-persuna li jkollha l-pussess legali tal-arma tan-nar jew il-munizzjon ikkonċernati jkollha kontroll fuqhom waqt it-trasport u l-użu tagħhom. Il-livell ta' skrutinju għal tali arranġamenti ta' ħżin xierqa għandu jirrifletti n-numru u l-kategorija tal-armi tan-nar u tal-munizzjon ikkonċernati.
Artikolu 5b
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet li jinvolvu l-akkwist u l-bejgħ tal-armi tan-nar, komponenti essenzjali jew munizzjon ikklassifikati fil-kategorija A, B jew C permezz ta' kuntratti mill-bogħod kif iddefinit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), l-identità, u fejn meħtieġ, l-awtorizzazzjoni tax-xerrej li jkun qed jakkwista l-arma tan-nar, komponenti essenzjali jew munizzjon, jiġu ċċekkjati qabel jew sa mhux aktar tard minn meta jiġu kkonsenjati lil dik il-persuna, permezz ta':
negozjant jew sensar liċenzjati jew awtorizzati; jew
awtorità pubblika jew rappreżentant ta' dik l-awtorità.
Artikolu 6
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(2), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jipprojbixxu l-akkwist u l-pussess tal-armi tan-nar, il-komponenti essenzjali u l-munizzjon ikklassifikati fil-kategorija A. Huma għandhom jiżguraw li dawk l-armi tan-nar, il-komponenti u l-munizzjon essenzjali miżmuma illegalment bi ksur ta' dik il-projbizzjoni jiġu kkonfiskati.
2. Għall-protezzjoni tas-sigurtà tal-infrastruttura kritika, it-trasport marittimu kummerċjali, konvojs ta' valur għoli u postijiet sensittivi, kif ukoll għal finijiet ta' difiża nazzjonali, ta' edukazzjoni, kultura, riċerka u finijiet storiċi u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jistgħu jagħtu f'każijiet individwali, eċċezzjonali u b'mod debitament ġustifikat, awtorizzazzjonijiet għal armi tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon ikklassifikati fil-kategorija A fejn dan ma jmurx kontra s-sigurtà pubblika jew l-ordni pubbliku.
3. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jagħtu lill-kolletturi, f'każijiet speċjali individwali, eċċezzjonalment u b'mod debitament ġustifikat, awtorizzazzjonijiet għall-akkwist u l-pussess ta' armi tan-nar, il-komponenti essenzjali u munizzjon ikklassifikati fil-kategorija A soġġetti għal kundizzjonijiet stretti dwar is-sigurtà, inkluża d-dimostrazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jkun hemm fis-seħħ miżuri sabiex jindirizzaw kwalunkwe riskji għas-sigurtà pubblika jew għall-ordni pubbliku u li armi tan-nar u l-komponenti essenzjali jew il-munizzjon ikkonċernati jiġu maħżuna b'livell ta' sigurtà proporzjonat mar-riskji marbuta ma' aċċess mhux awtorizzat għal tali oġġetti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kolletturi awtorizzati skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jkunu jistgħu jiġu identifikati fis-sistemi ta' arkivjar tar-rekords imsemmija fl-Artikolu 4. Tali kolletturi awtorizzati għandhom ikunu obbligati jżommu reġistru tal-armi tan-nar kollha li jkunu fil-pussess tagħhom ikklassifikati fil-kategorija A, li għandu jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' monitoraġġ xierqa fir-rigward ta' tali kolletturi awtorizzati, filwaqt li jqisu l-fatturi rilevanti kollha.
4. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lin-negozjanti jew lis-sensara, fil-kapaċitajiet professjonali rispettivi tagħhom, biex jakkwistaw, jimmanifatturaw, jiddiżattivaw, isewwu, ifornu, jittrasferixxu u jkollhom fil-pussess tagħhom armi tan-nar, il-komponenti essenzjali u munizzjon ikklassifikati fil-kategorija A, soġġett għal kundizzjonijiet stretti dwar is-sigurtà.
5. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil mużewijiet biex jakkwistaw u jkollhom fil-pussess tagħhom armi tan-nar, komponenti essenzjali u munizzjon ikklassifikati fil-kategorija A, soġġett għal kundizzjonijiet stretti dwar is-sigurtà.
6. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lil tiraturi fuq bersall jakkwistaw u jkollhom fil-pussess tagħhom armi tan-nar semiawtomatiċi kklassifikati fil-punt 6 jew 7 tal-kategorija A, soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
valutazzjoni sodisfaċenti tal-informazzjoni rilevanti li toħroġ mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5(2);
għoti ta' provi li t-tiratur fuq bersall ikkonċernat qiegħed jipprattika jew jieħu sehem b'mod attiv f'kompetizzjonijiet tal-isparar rikonoxxuti minn organizzazzjoni tal-isport tal-isparar rikonoxxuta uffiċjalment tal-Istat Membru kkonċernat jew minn federazzjoni tal-isport tal-isparar stabbilita internazzjonalment u rikonoxxuta uffiċjalment; u
għoti ta' ċertifikat minn organizzazzjoni tal-isport tal-isparar rikonoxxuta uffiċjalment li jikkonferma li:
it-tiratur fuq bersall huwa membru ta' klabb tal-isparar u, li ilu jipprattika l-isparar ta' bersall regolarment miegħu tal-inqas għal 12-il xahar, u
l-arma tan-nar inkwistjoni hija meħtieġa għal dixxiplina tal-isparar rikonoxxuta minn federazzjoni tal-isport tal-isparar stabbilita internazzjonalment u rikonoxxuta uffiċjalment.
Fir-rigward ta' armi tan-nar ikklassifikati fil-punt 6 tal-kategorija A, l-Istati Membri li japplikaw sistema militari msejsa fuq lieva ġenerali u li matul dawn l-aħħar 50 sena kellhom fis-seħħ sistema ta' trasferiment ta' armi tan-nar lil persuni li jitilqu mill-armata wara li jaqdu d-dmirijiet militari tagħhom jistgħu jagħtu lil dawk il-persuni, bħala dilettanti tal-isparar, awtorizzazzjoni biex iżommu arma waħda tan-nar użata waqt il-perijodu militari obbligatorju. L-awtorità pubblika rilevanti għandha tittrasforma dawk l-armi tan-nar f'armi tan-nar semiawtomatiċi u għandha tivverifika perjodikament li l-persuni li jużaw dawn l-armi tan-nar ma jirrappreżentawx riskju lis-sigurtà pubblika. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu.
7. Awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt dan l-Artikolu għandhom jiġu rieżaminati perjodikament f'intervalli li ma jaqbżux il-ħames snin.
Artikolu 7
1. Ħadd ma jista’ jakkwista arma tan-nar li hija kklassifikata fil-kategorija B fit-territorju ta’ Stat Membru sakemm ma jkunx awtorizzat minn dak l-Istat Membru.
L-ebda awtorizzazzjoni ma tista’ tingħata lil resident ta’ Stat Membru ieħor mingħajr ftehim minn qabel ma’ l-Istat Membru ta’ l-aħħar.
2. Ħadd ma jista’ jkollu fil-pussess tiegħu arma tan-nar li hija kklassifikata fil-kategorija B fit-territorju ta’ Stat Membru sakemm ma jkunx awtorizzat minn dak l-Istat Membru. Jekk huwa residenti ta’ Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jiġi infurmat b’dan.
3. L-awtorizzazzjoni sabiex wieħed jixtri jew ikollu fil-pussess tiegħu arma tan-nar ikklassifikata fil-kategorija B, tista’ tingħata permezz ta’ deċiżjoni amministrattiva waħda.
4. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jagħtu lil persuni li jissodisfaw il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni ta’ arma tan-nar, liċenzja pluriennali għall-akkwist u l-pussess ta’ l-armi tan-nar kollha li jkunu suġġetti għal awtorizzazzjoni, bla ħsara għal dawn li ġejjin:
l-obbligu li jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar trasferimenti;
il-verifika perjodika li dawk il-persuni għadhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet; u
il-limiti massimi għall-pussess stipulati fil-liġi nazzjonali.
Awtorizzazzjoni għall-pussess ta' arma tan-nar għandha tiġi rieżaminata perjodikament, f'intervalli li ma jaqbżux il-ħames snin. Awtorizzazzjoni tista' tiġġedded jew tiġi mtawla jekk jibqgħu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li abbażi tagħhom tkun ingħatat l-istess awtorizzazzjoni.
4a. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jikkonfermaw, iġeddu jew itawwlu awtorizzazzjonijiet għal armi tan-nar semiawtomatiċi kklassifikati fil-punt 6, 7 jew 8 tal-kategorija A fir-rigward ta' arma tan-nar li kienet ikklassifikata fil-kategorija B, u akkwistata legalment u rreġistrata, qabel it-13 ta' Ġunju 2017, soġġett għall-kundizzjonijiet l-oħra stabbiliti f'din id-Direttiva. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li tali armi tan-nar jiġu akkwistati minn persuni awtorizzati oħra mill-Istati Membri skont din id-Direttiva kif emendata permezz tad-Direttiva (UE) 2017/853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).
5. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli biex jiżguraw li l-persuni li jkollhom awtorizzazzjonijiet għal armi tan-nar fil-kategorija B fis-seħħ skond il-liġi nazzjonali sa mit-28 ta’ Lulju 2008 ma jkollhomx bżonn japplikaw għal liċenzja jew permess rigward l-armi tan-nar li jkollhom fil-kategoriji C jew D minħabba d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 ( 4 ). Madankollu, kwalunkwe trasferiment sussegwenti ta’ armi tan-nar ta’ kategoriji C jew D għandu jkun fuq kondizzjoni li l-persuna li lilha tiġi ttrasferita l-arma tikseb jew ikollha liċenzja jew tkun permessa speċifikament li jkollha l-pussess ta’ dawk l-armi tan-nar konformement mal-liġi nazzjonali.
Artikolu 8
1. Ħadd ma jista’ jkollu fil-pussess tiegħu arma tan-nar ikklassifikata fil-kategorija Ċ sakemm ma jkunx iddikjaraha lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru fejn dik l-arma tan-nar tinżamm.
►C1 L-Istati Membri għandhom jagħmlu dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni obbligatorja ta’ l-armi tan-nar kollha li huma kklassifikati fil- kateorija Ċ u li bħal issa jinżammu fit-territorji tagħhom matul is-sena qabel ◄ id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva jkunu daħlu fis-seħħ.
2. Kull bejjiegħ, kummerċjant jew persuna privata għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn dan jiġri dwar kull trasferiment jew passaġġ ta’arma tan-nar kklassifikata fil-kategorija Ċ, u tagħti d-dettalji li permezz tagħhom l-arma tan-nar u l-persuna li tixtriha tista’ tiġi identifikata. Kemm-il darba l-persuna li takkwista tali arma tan-nar hija residenti fi Stat Membru ieħor, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jiġi infurmat dwar l-akkwist, mill-Istat Membru fejn dan iseħħ u mill-persuna li takkwista l-arma tan-nar.
3. Kemm-il darba Stat Membru jipprojbixxi jew jagħmel l-akkwist u l-pussess ta' arma tan-nar ikklassifikata fil-kategoriji B jew C fit-territorju tiegħu soġġetta għall-awtorizzazzjoni, huwa għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra, li għandhom espressament jinkludu dikjarazzjoni f'dan is-sens f'kull pass Ewropew għall-armi tan-nar li huma joħorġu għal din l-arma tan-nar, skont l-Artikolu 12(2).
Artikolu 9
1. It-trasfermiment ta’ arma tan-nar ikklassifikata fil-kategoriji A, B jew Ċ lill-persuna li mhijiex residenti fl-Istat Membru in kwistjoni huwa permess sakemm l-obbligi msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8 jiġu rrispettati:
2. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-passaġġ temporanju ta’ l-armi tan-nar skond il-proċeduri li huma jistabbilixxu.
Artikolu 10
1. L-arranġamenti għall-akkwist u l-pussess tal-munizzjon għandhom ikunu l-istess bħal dawk dwar il-pussess tal-armi tan-nar li għalihom ikun maħsub il-munizzjon.
L-akkwist ta' apparati għal armi tan-nar semiawtomatiċi centre-fire li jista' jkollhom aktar minn 20 dawra jew aktar minn 10 dawriet f'każ ta' armi tan-nar twal għandhom ikunu permessi biss għal l-persuni li jingħataw awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 6 jew awtorizzazzjoni li tkun ġiet ikkonfermata, imġedda jew imtawwla skont l-Artikolu 7(4a).
2. Negozjanti u sensara jistgħu jirrifjutaw li jikkonkludu kwalunkwe tranżazzjoni għall-akkwist ta' dawriet sħaħ ta' munizzjon, jew komponenti ta' munizzjon, li huma raġonevolment iqisu li hija suspettuża minħabba n-natura jew il-kobor tagħha, u għandhom jirrappurtaw kwalunkwe tentattiv ta' tranżazzjoni ta' din ix-xorta, lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 10a
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li apparati b'ħowlder tal-iskrataċ li jkunu ġew imfassla biex jisparaw biss in bjank, sustanzi irritanti, sustanzi attivi oħra jew tiri pirotekniċi tas-sinjali, ma jkunux kapaċi li jiġu konvertiti biex jisparaw tir, balla jew projettili bl-azzjoni ta' propellant kombustibbli.
2. L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw bħala armi tan-nar apparati b'ħowlder tal-iskrataċ li jkunu ġew imfassla biex jisparaw biss in bjank, sustanzi irritanti, sustanzi attivi oħra jew tiri pirotekniċi tas-sinjali u li jkunu kapaċi li jiġi konvertiti biex jisparaw tir, balla jew projettili bl-azzjoni ta' propellant kombustibbli.
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi għall-armi tal-allarm u tas-sinjal manifatturati jew importati fl-Unjoni fi jew wara l-14 ta' Settembru 2018 sabiex jiġi żgurat li huma ma jkunux jistgħu jiġu konvertiti biex jisparaw tir, balla jew projettili permezz tal-azzjoni ta' propellant kombustibbli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13b(2). Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel att ta' implimentazzjoni bħal dan sal-14 ta' Settembru 2018.
Artikolu 10b
1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti biex awtorità kompetenti tivverifika d-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar sabiex jiġi żgurat li l-modifiki li jkunu saru fuq l-arma tan-nar ikunu għamlu l-komponenti essenzjali kollha tagħha inoperabbli b'mod permanenti u li ma jkunux jistgħu jinqalgħu, jinbidlu jew jiġu modifikati b'mod li jippermetti li l-arma tan-nar b'xi mod tiġi attivata mill-ġdid. L-Istati Membri għandhom jipprevedu, fil-kuntest ta' dik il-verifika, il-ħruġ ta' ċertifikat u ta' rekord li jixhed li l-arma tan-nar tkun ġiet diżattivata u li tkun saret marka viżibbli b'mod ċar fuq l-arma tan-nar li tixhed dan.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu standards u tekniki tad-diżattivazzjoni biex tiżgura li l-komponenti kollha essenzjali ta' arma tan-nar ikunu inoperabbli b'mod permanenti u li ma jkunux jistgħu jinqalgħu, jinbidlu jew jiġu modifikati b'mod li jippermetti li l-arma tan-nar tiġi attivata mill-ġdid bi kwalunkwe mod. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13b(2).
3. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 m'għandhomx japplikaw għal armi tan-nar diżattivati qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni sakemm dawk l-armi tan-nar ma jkunux ġew trasferiti lejn Stat Membru ieħor jew introdotta fis-suq wara dik id-data.
4. L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn wara t-13 ta' Ġunju 2017 l-istandards u t-tekniki nazzjonali tad-diżattivazzjoni tagħhom applikati qabel it-8 ta' April 2016, u jiġġustifikaw ir-raġunijiet li minħabba fihom il-livell ta' sigurtà żgurata minn dawk l-istandards u t-tekniki nazzjonali tad-diżattivazzjoni huwa ekwivalenti għal dak żgurat mit-tekniki speċifiċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 ( 5 ) kif applikabbli fit-8 ta' April 2016.
5. Meta l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara n-notifika, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeċiedu jekk l-istandards u t-tekniki nazzjonali tad-diżattivazzjoni hekk notifikati żgurawx li l-armi tan-nar ġew diżattivati b'livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak żgurat mill-ispeċifikazzjonijiet tekniki tad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 kif applikabbli fit-8 ta' April 2016. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13b(2).
6. Sad-data tal-applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, kwalunkwe arma tan-nar diżattivata skont l-istandards u t-tekniki nazzjonali tad-diżattivazzjoni applikati qabel it-8 ta' April 2016 għandha, meta tiġi trasferita lejn Stat Membru ieħor jew titqiegħed fis-suq tosserva l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403.
7. Armi tan-nar diżattivati qabel it-8 ta' April 2016 f'konformità mal-istandards u tekniki nazzjonali ta' diżattivazzjoni li nstabu li jiżguraw livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak żgurat mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għad-diżattivazzjoni tal-armi tan-nar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2403 kif applikabbli fit-8 ta' April 2016, għandhom jitqiesu bħala armi tan-nar diżattivati, inkluż meta jiġu trasferiti lejn Stat Membru ieħor jew introdotti fis-suq wara d-data ta' applikazzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5.
KAPITOLU 3
Formalitajiet dwar il-moviment ta’ armi ►M2 fl-Unjoni ◄
Artikolu 11
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, l-armi tan-nar jistgħu jiġu biss ittrasferiti minn Stat Membru għall-ieħor skont il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu. Dik il-proċedura għandha tapplika wkoll fir-rigward tat-trasferimenti ta' armi tan-nar wara li dawn ikunu nbiegħu permezz ta' kuntratt mill-bogħod kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/83/UE.
2. Meta arma tan-nar għandha tiġi ttrasferita lejn Stat Membru ieħor, il-persuna interessata għandha qabel din tittieħed hemm, tagħti lill-Istat Membru fejn tkun tinstab l-arma d-dettalji li ġejjin:
M’hemmx bżonn li tingħata l-informazzjoni msemmija fl-aħħar żewġ inċiżi meta t-trasferiment isir bejn żewġ kummerċjanti.
L-Istat Membru għandu jeżamina l-kondizzjonijiet li taħthom għandu jsir it-trasferiment, l-aktar fejn tidħol is-sigurtà.
Meta l-Istat Membru jawtorizza dan it-trasferiment, huwa għandu joħroġ liċenzja li tinkludi d-dettalji kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu. Din il-liċenzja għandha tinżamm ma’ l-arma tan-nar sakemm din tilħaq id-destinazzjoni tagħha; hija għandha tiġi ppreżentata kull meta hekk meħtieġ mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri.
3. Fil-każ ta’ trasferiment ta’ l-armi tan-nar, barra mill-armi tal-gwerra, li huma esklużi mill-qasam ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva skond l-Artikolu 2(2), kull Stat Membru jista’ jagħti lill-kummerċjanti d-dritt li jagħmlu trasferimenti ta’ l-armi tan-nar mit-territorju tagħhom lill-kummerċjant stabbilit fi Stat Membru ieħor mingħajr il-bżonn ta’ l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Għal dan l-għan kull Stat Membru għandu joħroġ awtorizzazzjoni li tkun valida għal mhux aktar minn tliet snin, u li tista’ tiġi sospiża jew ikkanċellata f’ kull ħin permezz ta’ deċiżjoni li tagħti r-raġunijiet għal dan. Dokument li jirreferi għal din l-awtorizzazzjoni għandu jinżamm ma’ l-arma tan-nar sakemm din tilħaq id-destinazzjoni tagħha; huwa għandu jiġi ppreżentat kull meta hekk meħtieġ mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri.
Qabel id-data ta’ trasferiment, f’perjodu li jagħti biżżejjed żmien lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru li minnu jkun se jsir it-trasferiment, in-negozjant għandu jikkomunika lil dawk l-awtoritajiet il-partikularitajiet kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu spezzjonijiet, fejn xieraq fuq il-post, biex jivverifikaw il-korrispondenza bejn l-informazzjoni kkomunikata min-negozjant u l-karatteristiċi attwali tat-trasferiment. L-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata min-negozjant fi żmien suffiċjenti.
4. Kull Stat Membru għandu jagħti lill-Istati Membri l-oħra lista ta’ l-armi tan-nar li t-trasferiment tagħhom fit-territorju tiegħu ma tistax tiġi awtorizzata mingħajr il-kunsens tiegħu minn qabel.
Din il-lista ta’ armi tan-nar għandha tiġi kkomunikata lill-kummerċjanti li jkunu ġabu l-approvazzjoni għat-trasferiment tal-armi tan-nar mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel taħt il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3.
Artikolu 12
1. Kemm-il darba l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11 ma tiġix segwita, il-pussess ta’ l-arma tan-nar matul il-vjaġġ bejn żewġ Stati Membri jew aktar, m’ għandux jitħalla sakemm il-persuna interessata ma tkunx ġabet l-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-Istati Membri kollha.
L-Istati Membri jistgħu jagħtu din l-awtorizzazzjoni għal vjaġġ wieħed jew aktar għal żmien massimu ta’ sena, bil-possibilità ta’ tiġdid. Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fil-pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar, li l-vjaġġatur għandu jippreżenta kull meta hekk rikjest mill-awtoritatjiet ta’ l-Istati Membri.
2.
►M1►M2
Minkejja l-paragrafu 1, kaċċaturi u rappreżentaturi teatrali ta' avvenimenti storiċi fir-rigward tal-armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija C u tiraturi sportivi, fir-rigward tal-armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija B jew C u armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija A li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni taħt l-Artikolu 6(6) jew li għalihom l-awtorizzazzjoni tkun ġiet ikkonfermata, imġedda jew imtawwla skont l-Artikolu 7(4a), jistgħu, mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fl-Artikolu 11(2), ikunu fil-pussess ta' arma tan-nar waħda jew aktar waqt vjaġġ ġo żewġ Stati Membri jew aktar, bl-għan li jwettqu l-attivitajiet tagħhom, sakemm:
ikunu fil-pussess ta' pass Ewropew tal-armi tan-nar li jelenka tali arma tan-nar jew armi tan-nar; u
ikunu jistgħu jissostanzjaw ir-raġunijiet għall-vjaġġ tagħhom, b'mod partikolari billi jipproduċu stedina jew prova oħra tal-kaċċa jew tal-isparar fuq bersall jew tal-attivitajiet ta'rappreżentazzjoni teatrali ta' avvenimenti storiċi tagħhom fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.
L-Istati Membri ma jistgħux jagħmlu l-aċċettazzjoni ta’ pass Ewropew ta’ l-armi tan-nar fuq kondizzjoni ta’ pagament ta’ kwalunkwe miżata jew ħlas. ◄
Madankollu din id-deroga ma għandhiex tapplika għal vjaġġi lejn Stat Membru li, skont l-Artikolu 8(3), jew jipprojbixxi l-akkwist u l-pussess tal-arma tan-nar in kwistjoni jew li jagħmilha soġġetta għal awtorizzazzjoni. F'dak il-każ għandha ssir dikjarazzjoni apposta fuq il-pass Ewropew tal-armi tan-nar. L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrifjutaw l-applikazzjoni ta' din id-deroga fil-każ ta' armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija A li għalihom tkun ingħatat awtorizzazzjoni taħt l-Artikolu 6(6) jew li għalihom l-awtorizzazzjoni tkun ġiet ikkonfermata, imġedda jew imtawwla skont l-Artikolu 7(4a).
Fil-kuntest tar-rapport msemmi fl-Artikolu 17, il-Kummissjoni b’ konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, għandha wkoll tikkonsidra l-effetti ta’ l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu, l-aktar dwar l-impatt tagħha fuq l-ordni u s-sigurtà pubblika.
3. Żewġ Stati Membri jew aktar, jistgħu taħt il-ftehim dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-dokumenti nazzjonali, jipprovdu għal arranġamenti aktar flessibli minn dawk meħtieġa minn dan l-Artikolu għall-moviment ta’ l-armi tan-nar fit-territorji tagħhom.
Artikolu 13
1. Kull Stat Membru għandu jikkomunika l-informazzjoni utili kollha li jkollu disponibbli dwar it-trasferiment definittiv ta’ l-armi tan-nar lill-Istat Membru li t-trasferiment isir fit-territorju tiegħu.
2. L-informazzjoni kollha li Stat Membru jirċievi permezz tal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 11 dwar it-trasferimenti ta’ l-armi tan-nar u fl-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(2) dwar l-akkwist u l-pussess ta’ l-armi tan-nar minn persuni mhux residenti għandu jiġi kkomunikat, mhux aktar tard miż-żmien tat-trasferiment relevanti, lill-Istat Membru tad-destinazzjoni u fejn xieraq, mhux aktar tard miż-żmien tat-trasferiment lejn l-Istati Membri matul il-vjaġġ.
3. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni effiċjenti ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jaqsmu ma’ xulxin informazzjoni fuq bażi regolari. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, sat-28 ta’ Lulju 2009, grupp ta’ kuntatt għall-iskambju ta’ informazzjoni sabiex ikun applikat dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet li jkollhom ir-responsabilità li jittrażmettu u jirċievu informazzjoni u li jkunu konformi ma’ l-obbligi stipulati fl-Artikolu 11(4).
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiskambjaw permezz ta' mezzi elettroniċi informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għat-trasferimenti tal-armi tan-nar fi Stat Membru ieħor, u informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet irrifjutati kif ipprovdut fl-Artikoli 6 u 7 għal raġunijiet ta' sigurtà jew b'rabta mal-affidabbiltà tal-persuna kkonċernata.
5. Il-Kummissjoni għandha tipprevedi sistema għall-iskambju ta' informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għall-iskambju sistematiku ta' informazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-ewwel minn dawn l-atti delegati sal-14 ta' Settembru 2018.
Artikolu 13a
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 13(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat mit-13 ta' Ġunju 2017.
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13(5) tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.
4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 13(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.
Artikolu 13b
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 14
L-Istati Membri għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet kollha relevanti li jipprojbixxu d-dħul fit-territorju tagħhom:
KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 15
1. L-Istati Membri għandhom jintensifikaw il-kontrolli fuq il-pussess ta’ armi fil-fruntieri esterni ►M2 Unjoni ◄ . B’ mod partikolari huma għandhom jaraw li l-vjaġġaturi minn terzi pajjiżi li għandhom intenzjoni jmorru lejn Stat Membru ieħor jaderixxu ma’ l-Artikolu 12.
2. Din id-Direttiva ma tipprekludix li jsiru kontroll mill-Istati Membri jew mit-trasportatur fil-mument li wieħed jitla’ fuq il-mezz tat-trasport.
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-mod li bih isiru l-kontrolli msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha tiġbor din l-informazzjoni u tagħmilha disponibbli lill-Istati Membri kollha.
4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom, inklużi l-bidliet dwar l-akkwist u l-pussess ta’ l-armi, fejn il-liġi nazzjonali hija aktar iebsa mill-istandards minimi li huma għandhom jadottaw. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 16
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 17
Sal-14 ta' Settembru 2020, u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż kontroll tal-idoneità tad-dispożizzjonijiet tagħha, li, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti leġislattivi li jikkonċernaw b'mod partikolari l-kategoriji tal-armi tan-nar fl-Anness I u l-kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tas-sistema għall-pass Ewropew tal-armi tan-nar, mal-immarkar u mal-impatti tat-teknoloġiji l-ġodda bħall-istampar 3D, l-użu tal-kodiċi QR u l-użu ta' identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju (RFID).
Artikolu 18
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, r-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex iħarsu din id-Direttiva fi żmien xieraq sabiex il-miżuri pprovduti minn din id-Direttiva jistgħu jidħlu fis-seħħ mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar il-miżuri li jkunu ħadu.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom tali referenza meta jiġu uffiċjalment ippubblikati. Il-metodi kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
Artikolu 19
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
I. |
Għall-fini ta’ din id-Direttiva:
—
kwalunkwe arma tan-nar kif definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva,
—
armi barra minn armi tan-nar kif definiti fil-liġi nazzjonali.
|
II. |
►M2 Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-armi tan-nar huma kklasifikati fil-kategoriji li ġejjin: ◄
|
III. |
Għall-finijiet ta' dan l-Anness, oġġetti li jikkorrispondu għad-definizzjoni ta' “arma tan-nar” m'għandhomx jiġu inklużi f'dik id-definizzjoni jekk:
(a)
huma ddisinjati għall-allarm, biex jagħtu sinjali, għas-salvataġġ, għall-qtil tal-annimali jew is-sajd bil-ħarpun jew għal finijiet industrijali jew tekniċi sakemm jistgħu jintużaw biss għall-fini ddikjarata;
(b)
huma meqjusa bħala armi antiki meta dawn ma jaqgħux taħt il-kategoriji stabbiliti fil-Parti II u huma soġġetti għal-liġijiet nazzjonali. Sakemm issir il-koordinazzjoni tul l-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu japplikaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom għall-armi tan-nar mniżżla f'din il-Parti; |
IV. |
Għall-fini ta’ dan l-Anness:
(a)
‘arma tan-nar qasira’ tfisser arma tan-nar b’kanna li ma taqbiżx it-30 cm jew li t-tul kollu tagħha ma jaqbiżx is-60cm;
(b)
‘arma tan-nar twila’ tfisser kull arma tan-nar barra minn arma tan-nar qasira;
(ċ)
‘arma tan-nar awtomatika’ tfisser arma tan-nar li terġa’ tikkarga b’mod awtomatiku kull darba li jiġi sparat tir u li tista’ tispara aktar minn tir wieħed b’għafsa waħda tal-grillu;
(d)
‘arma tan-nar semi-awtomatika’ tfisser arma tan-nar li terġa’ tikkarga b’mod awtomatiku kull darba li jiġi sparat tir u li tista’ tispara tir wieħed biss b’għafsa waħda tal-grillu;
(e)
‘arma tan-nar li tirrepeti’ tfisser arma tan-nar li wara li jiġi sparat tir hija ddisinjata sabiex terġa’ tiġi kkargata minn magazin jew ċilindru permezz ta’ azzjoni li ssir manwalment;
(f)
‘arma tan-nar b’tir wieħed’ tfisser arma tan-nar mingħajr magazin li tikkarga qabel kull tir billi wieħed bl-id idaħħal tir fic-chamber jew rokna għall-ikkargar fil-breech tal-kanna;
(g)
‘munizzjon bi projettili li jippenetraw’ tfisser munizzjon għall-użu militari meta l-projettili għandu qoxra u għandu ċentru iebes li jippenetra;
(h)
‘munizzjon bi projettili splussivi’ tfisser munizzjon għall-użu militari meta l-projettili fih kariga li tisplodi mal-kuntatt;
(i)
‘munizzjon bi projettili li jieħdu n-nar’ tfisser munizzjon għall-użu militari meta l-projettili jkun fih taħlita kimika li tisplodi fi fjamma mal-kuntatt ma’ l-arja jew ma’ l-impatt. |
ANNESS II
PASS EWROPEW TA’ L-ARMI TAN-NAR
Il-pass għandu jkun fih is-sezzjonijiet li ġejjin:
l-identità tad-detentur;
l-identifikazzjoni ta’ l-arma jew l-arma tan-nar, inkluża referenza għall-kategorija skond it-tifsira tad-Direttiva;
il-perjodu ta’ validità tal-pass;
is-sezzjoni għall-użu mill-Istat Membru li joħroġ il-pass (tip u referenzi għall-awtorizzazzjonijiet, eċċ.);
is-sezzjoni għal daħliet minn Stati Membri oħra (awtorizzazzjonijiet sabiex tidħol fit-territorju tagħhom, eċċ.);
id-dikjarazzjonijiet:
“Id-dritt li wieħed jivvjaġġa lejn Stat Membru ieħor b'arma tan-nar waħda jew aktar ikklassifikati fil-kategorija A, B jew C msemmija f'dan il-pass għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni/jiet korrispondenti minn qabel mill-Istat Membru taż-żjara. Tali awtorizzazzjonijiet jistgħu jitniżżlu fuq il-pass.
Fil-prinċipju m'hemmx bżonn tal-awtorizzazzjoni minn qabel fuq imsemmija sabiex wieħed jivvjaġġa b'arma tan-nar ikklassifikata fil-kategorija C bi ħsieb ta' parteċipazzjoni f'kaċċa jew attivitajiet ta' rappreżentazzjoni teatrali ta' avvenimenti storiċi jew b'arma tan-nar ikklassifikata fil-kategorija A, B jew C sabiex wieħed jieħu sehem fi sparar fuq bersalji, sakemm il-vjaġġatur ikollu fil-pussess tiegħu pass għall-arma tan-nar u jkun jista' jagħti r-raġuni għall-vjaġġ.”
Fejn Stat Membru jkun informa lill-Istati Membri l-oħra skont l-Artikolu 8(3), li l-pussess ta' ċerti armi tan-nar ikklassifikati fil-kategorija B jew C huwa pprojbit jew soġġett għall-awtorizzazzjoni, għandu jagħmel ukoll waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:
“Vjaġġ lejn … (Stat(i) ikkonċernat(i)) bl-arma tan-nar … (l-identifikazzjoni) għandu jkun ipprojbit.”
“Vjaġġ lejn … (Stat(i) interessat/i) bl-arma tan-nar … (l-identifikazzjoni) għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni.”
( 1 ) Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1).
( 2 ) Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).
( 3 ) Id-Direttiva (UE) 2017/853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta' armi (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 22).
( 4 ) ĠU L 179, 8.7.2008, p. 5.
( 5 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2403 tal-15 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi linji gwida komuni dwar l-istandards u t-tekniki tad-diżattivazzjoni sabiex ikun żgurat li l-armi tan-nar diżattivati jiġu inoperabbli irreversibilment (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 62).
( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).