This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0008(01)
2014/303/EU: Decision of the European Central Bank of 20 February 2014 on the prohibition of monetary financing and the remuneration of government deposits by national central banks (ECB/2014/8)
2014/303/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 20 ta' Frar 2014 dwar il-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju u r-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern minn banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2014/8)
2014/303/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 20 ta' Frar 2014 dwar il-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju u r-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern minn banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2014/8)
ĠU L 159, 28.5.2014, p. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/10/2019
28.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 159/54 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-20 ta' Frar 2014
dwar il-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju u r-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern minn banek ċentrali nazzjonali
(BĊE/2014/8)
(2014/303/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 132(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b'mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artiklu 34.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 271(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 35.6 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew, flimkien mad-disa' Premessa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 (1), il-Kunsill Governattiv għandu l-mandat biex jevalwa l-konformità mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) mal-obbligi tagħhom taħt it-Trattati. Għal dak il-għan il-Kunsill Governativ jimmonitorja l-konformità tal-BĊNi mal-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju kif stipulat fl-Artikolu 123 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Din id-Deċiżjoni hija mmirata biex tiċċara l-kriterji li l-Bank Centrali Ewropew (BĊE) ser japplika fir-rigward tar-remunerazzjoni ta' depożiti miżmuma mill-gvernijiet u l-awtoritajiet pubbliċi mal-bank ċentrali tagħhom b'rabta mal-projbizzjoni fit-Trattat tal-finanzjament monetarju, għall-finijiet tal-irwol ta' monitoraġġ tal-Kunsill Governattiv kif imsemmi hawn fuq. |
(2) |
Sabiex jimmonitorja l-konformità mal-projbizzjoni ta' finanzjament monetarju stipulata fl-Artikolu 123 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-BĊE għandu jqis ir-remunerazzjoni tad-depożiti tal-gvern, li ma għandhiex tkun ogħla minn remunerazzjoni bbażata fuq ir-rati tas-suq tal-flus relevanti. Din id-Deċiżjoni tispeċifika r-rati tas-suq li ser joperaw bħala limiti massimi għar-remunerazzjoni tad-depożiti tal-gvern u li ser jitqiesu għall-monitoraġġ tal-konformità mat-Trattat mill-1 ta' Diċembru 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:
(a) |
“gvern” tfisser l-entitajiet pubbliċi kollha msemmija fl-Artikolu 123 tat-Trattat, kif interpretat fid-dawl tar-Regolament (KE) Nru 3603/93, ħlief għal istituzzjonijiet ta' kreditu li huma proprjetà pubblika li, fil-kuntest tal-forniment ta' riżervi mill-BĊNi, jingħataw l-istess trattament mill-BĊNi u l-BĊE bħala istituzzjonijiet ta' kreditu privati; |
(b) |
“depożiti tal-gvern” tfisser depożiti ta' matul il-lejl u għal terminu fiss aċċettati mill-BĊNi minn kull gvern; |
(c) |
“rata tas-suq ta' matul il-lejl mingħajr garanzija” tfisser: (i) fir-rigward ta' depożiti ta' matul il-lejl f'euro, ir-rata medja tal-indiċi ta' matul il-lejl tal-euro (EONIA); u (ii) fir-rigward ta' depożiti ta' matul il-lejl f'munita differenti, rata kumparabbli; |
(d) |
“rata tas-suq b'garanzija” tfisser: (i) fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'euro, ir-rata offruta fis-suq tar-riakkwisti f'euro (EUREPO) b'maturità kumparabbli jekk disponibbli; u (ii) fir-rigward ta' depożiti għal terminu fiss f'munita differenti, rata kumparabbli. |
Artikolu 2
Remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern u konformità mal-projbizzjoni ta' finanzjament monetarju
1. Għall-finijiet ta' monitoraġġ tal-konformità mal-projbizzjoni tal-finanzjament monetarju, għandhom japplikaw il-limiti massimi li ġejjin fuq ir-remunerazzjoni ta' depożiti tal-gvern mal-BĊNi:
(a) |
għal depożiti ta' matul il-lejl, ir-rata tas-suq ta' matul il-lejl mingħajr garanzija; |
(b) |
għal depożiti għal żmien fiss, ir-rata tas-suq b'garanzija jew, jekk mhux disponibbli, ir-rata tas-suq ta' matul il-lejl mingħajr garanzija. |
2. Il-konformità mal-limiti massimi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-fatti relevanti kollha li jkunu speċifiċi għal kull każ individwali.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
1. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu applikati mill-BĊE mill-1 ta' Diċembru 2014.
2. Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta' Frar 2014.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta' Frar 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 Diċembru 1993 li jistabbilixxi d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet previsti fl-Artikoli 104 u 104b(1) tat-Trattat (ĠU L 332, 31.12.1993, p. 1).