EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CJ0619

Sommarju tas-sentenza

Kawża C-619/10

Trade Agency Ltd

vs

Seramico Investments Ltd

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts)

“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Eżekuzzjoni — Motivi ta’ kontestazzjoni — Assenza ta’ notifika tal-att promotur — Stħarriġ mill-qorti mitluba — Portata — Valur tal-informazzjoni li tidher fiċ-ċertifikat — Ksur tal-ordni pubbliku — Deċiżjoni ġudizzjarja mingħajr motivazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi – Motivi tar-rifjut – Nuqqas ta’ notifika jew nuqqas ta’ notifika fi żmien xieraq tal-att promotur lill-konvenut li qiegħed fin-nuqqas – Stħarriġ mill-qorti li ġiet mitluba – Portata – Verifika tal-eżattezza tal-informazzjoni li tinsab fuq iċ-ċertifikat mogħti skont l-Artikolu 54 tar-Regolament – Inklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, il-premessa 16 u 17, Artikolu 34(2), 36, 45 u 54)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi – Motivi tar-rifjut – Ksur tal-ordni pubbliku tal-Istat mitlub – Evalwazzjoni mill-qorti mitluba – Limiti – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 34(1), 36 u 45(2))

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi – Motivi tar-rifjut – Ksur tal-ordni pubbliku tal-Istat mitlub – Evalwazzjoni mill-qorti mitluba – Deċiżjoni mogħtija f’kontumaċja u mingħajr motivazzjoni fl-Istati ta’ oriġini – Eżami tal-eżistenza eventwali ta’ ksur manifest u żmiżurat tad-dritt tal-konvenut għal proċess xieraq – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 34(1), u 45(1)); (Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47(2))

  1.  L-Artikolu 34(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, li għalih jirreferi l-Artikolu 45(1) ta’ dan ir-regolament, moqri flimkien mal-premessi 16 u 17 tal-imsemmi regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-konvenut jippreżenta appell mid-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva ta’ deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja fl-Istat Membru ta’ oriġini u akkumpanjata miċ-ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 54 tal-istess regolament, billi jikkontesta li huwa ma ġiex innotifikat bl-att promotur, il-qorti tal-Istat Membru mitlub, li quddiemha ġie ppreżentat l-imsemmi appell, hija kompetenti li tivverifika jekk l-informazzjoni li tinsab fl-imsemmi ċertifikat hijiex konformi mal-provi.

    Fil-fatt, ir-Regolament Nru 44/2001 stabbilixxa mekkaniżmu ta’ stħarriġ doppju, intiż sabiex jiġi żgurat, b’mod partikolari, ir-rispett tad-drittijiet tal-konvenut fin-nuqqas mhux biss matul il-proċedura inizjali fl-Istat Membru ta’ oriġini, iżda wkoll fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni fl-Istat Membru mitlub, mekkaniżmu li permezz tiegħu l-qorti tal-Istat Membru mitlub għandha l-obbligu li tirrifjuta jew li tirrevoka, fil-każ ta’ kontestazzjoni, l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni barranija mogħtija fil-kontumaċja, jekk l-att promotur jew att ekwivalenti ma jkunx ġie nnotifikat lill-konvenut fil-ħin u b’mod li dan ikun jista’ jiddefendi ruħu. F’dan il-kuntest, il-kwistjoni dwar jekk l-imsemmi konvenut ġiex innotifikat bl-att promotur tikkostitwixxi element rilevanti għall-evalwazzjoni globali, ta’ natura fattwali, li għandha ssir mill-qorti tal-Istat Membru mitlub sabiex jiġi vverifikat jekk dan il-konvenut ingħatax iż-żmien neċessarju sabiex jipprepara d-difiża tiegħu jew sabiex jieħu l-miżuri neċessarji kollha biex jevita deċiżjoni mogħtija fil-kontumaċja.

    F’dan ir-rigward, il-fatt li d-deċiżjoni barranija hija akkumpanjata miċ-ċertifikat, ifformulat skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 44/2001, ma jistax jillimita l-portata tal-evalwazzjoni li għandha ssir, bis-saħħa tal-istħarriġ doppju, mill-qorti tal-Istat Membru mitlub. Fil-fatt, qabelxejn, l-ebda dispożizzjoni tar-Regolament Nru 44/2001 ma tipprojbixxi espressament lill-qorti tal-Istat Membru mitlub milli tivverifika l-eżattezza tal-informazzjoni fattwali li tinsab fiċ-ċertifikat, peress li l-Artikoli 36 u 45(2) ta’ dan ir-regolament jillimitaw il-projbizzjoni ta’ reviżjoni fuq il-mertu biss għad-deċiżjoni ġudizzjarja tal-Istat Membru ta’ oriġini. Sussegwentement, sa fejn il-qorti jew l-awtorità kompetenti għall-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat ma tikkorrispondix neċessarjament għal dik li tkun tat id-deċiżjoni li l-eżekuzzjoni tagħha hija mitluba, din l-istess informazzjoni jista’ biss ikollha natura purament indikattiva, b’valur ta’ sempliċi tagħrif. Fl-aħħar nett, l-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikat hija limitata għall-indikazzjoni tad-data tan-notifika tal-att promotur, fejn is-sentenza tkun ingħatat fil-kontumaċja, mingħajr madankollu ma tirreferi għal indikazzjonijiet utli oħra sabiex jiġi vverifikat jekk il-konvenut ingħatax il-possibbiltà li jiddefendi ruħu, bħal b’mod partikolari l-metodi ta’ notifika jew l-indirizz ta’ dan tal-aħħar.

    F’dan il-kuntest, għalkemm il-funzjoni mogħtija liċ-ċertifikat tikkonsisti preċiżament f’li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni, fl-ewwel stadju tal-proċedura, tad-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva tad-deċiżjoni adottata fl-Istat Membru ta’ oriġini, l-għan intiż ma jistax jintlaħaq billi jiddgħajfu, bi kwalunkwe mod, id-drittijiet tad-difiża.

    (ara l-punti 32 sa 38, 41, 42, 44, 46 u d-dispożittiv 1)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 49, 50)

  3.  L-Artikolu 34(1) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali li għalih jirreferi l-Artikolu 45(1) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti tal-Istat Membru mitlub ma tistax tirrifjuta, fid-dawl tal-klawżola dwar l-ordni pubbliku, l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija fil-kontumaċja u li tiddeċiedi l-kawża fuq il-mertu, li ma jkun fiha evalwazzjoni la tas-suġġett u lanqas tal-bażi tar-rikors u li hija nieqsa minn kull argument dwar il-fondatezza tiegħu, ħlief meta jidhrilha, wara evalwazzjoni globali tal-proċedura u fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, li din id-deċiżjoni tikser manifestament u b’mod sproporzjonat id-dritt tal-konvenut għal smigħ xieraq, imsemmi fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba l-impossibbiltà li jappella b’mod utli u effettiv mill-imsemmija deċiżjoni.

    Fil-fatt, il-portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni tista’ tvarja skont in-natura tad-deċiżjoni ġudizzjarja inkwistjoni u għandha tiġi analizzata, fir-rigward tal-proċedura kkunsidrata fit-totalità tagħha u fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-garanziji proċedurali involuti f’din id-deċiżjoni.

    (ara l-punti 60, 62 u d-dispożittiv 2)

Top

Kawża C-619/10

Trade Agency Ltd

vs

Seramico Investments Ltd

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts)

“Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Eżekuzzjoni — Motivi ta’ kontestazzjoni — Assenza ta’ notifika tal-att promotur — Stħarriġ mill-qorti mitluba — Portata — Valur tal-informazzjoni li tidher fiċ-ċertifikat — Ksur tal-ordni pubbliku — Deċiżjoni ġudizzjarja mingħajr motivazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012

  1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi — Motivi tar-rifjut — Nuqqas ta’ notifika jew nuqqas ta’ notifika fi żmien xieraq tal-att promotur lill-konvenut li qiegħed fin-nuqqas — Stħarriġ mill-qorti li ġiet mitluba — Portata — Verifika tal-eżattezza tal-informazzjoni li tinsab fuq iċ-ċertifikat mogħti skont l-Artikolu 54 tar-Regolament — Inklużjoni

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, il-premessa 16 u 17, Artikolu 34(2), 36, 45 u 54)

  2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi — Motivi tar-rifjut — Ksur tal-ordni pubbliku tal-Istat mitlub — Evalwazzjoni mill-qorti mitluba — Limiti — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja

    (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 34(1), 36 u 45(2))

  3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi — Motivi tar-rifjut — Ksur tal-ordni pubbliku tal-Istat mitlub — Evalwazzjoni mill-qorti mitluba — Deċiżjoni mogħtija f’kontumaċja u mingħajr motivazzjoni fl-Istati ta’ oriġini — Eżami tal-eżistenza eventwali ta’ ksur manifest u żmiżurat tad-dritt tal-konvenut għal proċess xieraq — Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni