Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0120

    Kawża C-120/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Satversmes tiesa – il-Latvja) – Administratīvā rajona tiesa vs Ministru kabinets (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Appoġġ għall-iżvilupp rurali — Regolament (KE) Nru 1257/1999 — Artikoli 10 sa 12 — Għajnuna għall-irtirar kmieni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-trasferiment causa mortis tal-għajnuna għall-irtirar kmieni — Leġiżlazzjoni approvata mill-Kummissjoni Ewropea — Bidla sussegwenti fil-pożizzjoni — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)

    ĠU C 352, 1.10.2018, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 352/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Satversmes tiesa – il-Latvja) – Administratīvā rajona tiesa vs Ministru kabinets

    (Kawża C-120/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Appoġġ għall-iżvilupp rurali - Regolament (KE) Nru 1257/1999 - Artikoli 10 sa 12 - Għajnuna għall-irtirar kmieni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-trasferiment causa mortis tal-għajnuna għall-irtirar kmieni - Leġiżlazzjoni approvata mill-Kummissjoni Ewropea - Bidla sussegwenti fil-pożizzjoni - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi))

    (2018/C 352/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Satversmes tiesa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Administratīvā rajona tiesa

    Konvenut: Ministru kabinets

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikoli 10 sa 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu li, fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ dawn l-artikoli, l-Istati Membri jadottaw miżuri li jippermettu t-trasferiment causa mortis ta’ għajnuna għall-irtirar kmieni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.

    2)

    Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi għandu jiġi interpretat fis-sens li regola nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi t-trasferiment causa mortis ta’ għajnuna għall-irtirar kmieni u li kienet ġiet approvata mill-Kummissjoni bħala konformi mar-Regolament Nru 1257/1999, ħolqot aspettattivi leġittimi fir-rigward tal-werrieta tal-bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna, u li konklużjoni bħal dik imsemmija fil-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2011, li tgħid li l-imsemmija għajnuna ma hijiex trasferibbli causa mortis, ma temmitx dawn l-aspettattivi leġittimi.


    (1)  ĠU C 168, 29.5.2017.


    Top