Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0858

Approvazzjoni u miżuri ta’ sorveljanza mill-UE għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom

Approvazzjoni u miżuri ta’ sorveljanza mill-UE għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2018/858 — l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Ir-regolament jistabbilixxi regoli mifruxin mal-UE kollha dwar rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri li jiżguraw li tipi ġodda ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti approvati mill-UE dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tal-ambjent.
  • Għandu l-għan li:
    • li jgħolli l-kwalità tal-livell u l-indipendenza tal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura1 u tal-ittestjar;
    • li jżid il-kontrolli ta’ karozzi li diġà jinsabu fis-suq tal-UE;
    • li jsaħħaħ is-sistema globali bis-sorveljanza tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-regolament japplika għal:

  • vetturi bil-mutur b’mill-inqas erba’ roti, li jintużaw għat-trasport tal-passiġġieri (il-kategorija M);
  • vetturi bil-mutur b’mill-inqas erba’ roti, intiżi għat-trasport tal-merkanzija (il-kategorija N);
  • trejlers (il-kategorija O).

Approvazzjoni tat-tip u ttestjar qabel ma’ karozza titpoġġa fuq is-suq

  • Is-servizzi tekniċi se jiġu awditjati regolarment u indipendentement skont kriterji stretti ta’ prestazzjoni biex tinkiseb u tinżamm l-awtorità mogħtija mill-Istati Membri tal-UE biex jittestjaw u jispezzjonaw mudelli ta’ karozzi ġodda. Il-Kummissjoni Ewropea u Stati Membri oħra se jkunu jistgħu jikkontestaw din l-awtorizzazzjoni meta jkun hemm xi ħaġa ħażina.
  • L-awtoritajiet nazzjonali għall-approvazzjoni tat-tip se jkunu soġġetti għal awditjar mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li r-regoli rilevanti jiġu implimentati u infurzati b’mod rigoruż mal-UE kollha.
  • Il-proposta tal-Kummissjoni li timmodifika s-sistema ta’ rimunerazzjoni biex jiġi evitat li s-servizzi tekniċi jiġu mħallsa direttament mill-manifattur ma ntlaqgħetx.

Kontrolli ta’ karozzi fuq is-suq

  • Regoli pre-eżistenti tal-approvazzjoni tat-tip jitrattaw l-aktar ma’ kontrolli fuq prototipi meħudin mil-linja tal-produzzjoni; dan ir-regolament jintroduċi s-sorveljanza tas-suq u barra minn hekk jitlob lill-Istati Membri jagħmlu verifiki għall-għarrieda fuq vetturi li diġà jinsabu fis-suq tagħhom u jagħmlu tali riżultati disponibbli pubblikament.
  • L-Istati Membri kollha issa jistgħu jieħdu miżuri ta’ salvagwardja immedjatament kontra vetturi li mhumiex konformi fuq it-territorju tagħhom mingħajr ma jkollhom joqogħdu jistennew lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tieħu azzjoni.

Sorveljanza

  • Il-Kummissjoni tista’ tagħmel kontrolli tas-suq indipendentement mill-Istati Membri u tista’ tibda l-ġbir lura mal-UE kollha.
  • Hija tista’ tikkontesta d-deżinjazzjoni ta’ servizzi tekniċi u timponi penali amministrattivi fuq il-manifatturi jew fuq servizzi tekniċi sa massimu ta’ EUR 30 000 għal kull karozza mhux konformi.
  • Il-Kummissjoni se tippresjedi forum dwar l-infurzar ġdid biex tiżgura interpretazzjoni aktar uniformi tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, trasparenza totali fuq każijiet ta’ nonkonformità u attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq aktar koordinati mill-Istati Membri.

Manifatturi

  • Barra l-projbizzjoni eżistenti fuq tagħmir ta’ manipulazzjoni li jibdel il-prestazzjoni esebita waqt il-proċeduri ta’ ttestjar, il-manifatturi jridu jipprovdu aċċess għall-protokolli ta’ softwer biex jippermettu kontrolli esterni.

Rekwiżiti tas-sigurtà u l-protezzjoni ta’ utenti vulnerabbli tat-triq

  • Ir-Regolament (UE) 2019/2144 jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 u jaġġorna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip biex jiżgura s-sikurezza ġenerali tal-vetturi u l-protezzjoni tal-utenti vulnerabbli tat-triq bħal persuni mexjin u ċ-ċiklisti (ara s-sommarju). Huwa jemenda l-Anness II għar-Regolament (UE) 2018/858 li fih ir-rekwiżiti għall-għan tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE ta’ vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati.

Skambju tad-data online u n-notifika tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE

  • Il-Kummissjoni adottat att ta’ implimentazzjoni, ir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2020/1812 li jistabbilixxi r-regoli dwar l-iskambju tad-data online u n-notifika tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE skont ir-Regolament (UE) 2018/858.

Skambju tad-data taċ-ċertifikat ta’ konformità f’format elettroniku

  • Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2021/133 jistabbilixxi: l-ispeċifikazzjonijiet għall-format bażiku, l-istruttura u l-meżżi tal-iskambju tad-data taċ-ċertifikat ta’ konformità f’format elettroniku. Dan huwa biex jiżgura li ċ-ċertifikati ta’ konformità jiġu skambjati bejn il-manifatturi u awtoritajiet ta’ approvazzjoni b’mod uniformi u li l-elementi tad-data u l-messaġġi li fihom huma armonizzati.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

  • Ir-Regolament (UE) 2018/858 ilu japplika mill-.
  • Ir-Regolament (UE) 2019/2144 japplika mis-.
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1812 ilu japplika mit-.
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/133 japplika mill-.

SFOND

  • Id-direttiva tal-UE dwar l-approvazzjoni tat-tip ġiet trasformata f’regolament applikabbli direttament u ġiet rinforzata wara l-iskoperta li ċerti manifatturi kienu inkorporaw sistemi li jalteraw il-prestazzjoni tal-vetturi tagħhom waqt l-ittestjar (tagħmir ta’ manipulazzjoni).
  • Din ir-riforma hi parti mix-xogħol usa’ tal-Kummissjoni fuq is-settur tal-karozzi stabbilit fil-komunikazzjoni “Europe on the move”.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Approvazzjoni tat-tip: proċedura li biha awtorità għall-approvazzjoni tiċċertifika li tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tissodisfa r-regolamenti amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2018/858tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, , pp. 1-218)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 536/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Fuq