Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONIJIET U TAR-REGOLAMENTI?
Id-Deċiżjonijiet u r-Regolamenti kollettivament jistabbilixxu l-miżuri restrittivi tal-Unjoni Ewropea (UE) bħal projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar, iffriżar tal-assi u restrizzjonijiet kummerċjali b’reazzjoni għall-gwerra Russa ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.
Mill-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna ta’ Frar 2022, l-UE adottat sensiela mingħajr preċedent u wiesgħa ta’ miżuri restrittivi mmirati lejn setturi ewlenin tal-ekonomija Russa, individwi u entitajiet li jappoġġaw il-gwerra ta’ aggressjoni.
Is-16-il pakkett ta’ miżuri, adottat fi Frar 2025, introduċa miżuri ulterjuri mfassla biex:
jimmiraw lejn l-armata Russa billi jkollu fil-mira tiegħu kumpaniji Russi li jipproduċu armi, munizzjon u tagħmir u teknoloġiji relatati oħra (bħal vetturi, missili u armamenti);
ikun aktar diffiċli li jiġu evitati l-miżuri restrittivi tal-UE, inkluż permezz ta’ atturi f’pajjiżi mhux tal-UE.
iwessgħu l-ambitu tal-elenkar ta’ persuni, entitajiet u bastimenti soġġetti għal miżuri restrittivi;
iwessgħu l-kontrolli fuq oġġetti u teknoloġiji li jistgħu jintużaw għal skopijiet militari;
iżidu restrizzjonijiet ulterjuri fuq l-attivitajiet tat-trasport marittimu.
It-18-il pakkett, adottat f’Lulju 2025, daħħal aktar miżuri mfassla biex:
iwessgħu r-restrizzjonijiet settorjali u finanzjarji, inklużi dawk fuq attivitajiet relatati mal-enerġija;
jestendu l-kontrolli fuq il-merkanzija u t-teknoloġiji b’potenzjal għal użu militari;
isaħħu l-miżuri maħsuba biex jipprevjenu u jindirizzaw iċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE.
Id-19-il pakkett, adottat f’Ottubru 2025, introduċa aktar miżuri mfassla biex:
isaħħu r-restrizzjonijiet tal-enerġija u dawk finanzjarji, inklużi projbizzjonijiet fuq il-gass naturali likwifikat u fuq idrokarburi oħra, limitazzjonijiet ġodda fuq il-messaġġi finanzjarji, fuq is-servizzi ta’ pagament u dawk tal-kriptoassi, kif ukoll projbizzjonijiet estiżi fuq ċerti servizzi;
iwessgħu l-kontrolli tal-esportazzjoni u l-elenkar ta’ persuni, entitajiet u bastimenti li jappoġġaw l-isforz tal-gwerra tar-Russja; u
jallinjaw u jsaħħu l-miżuri restrittivi korrispondenti li jikkonċernaw il-Belarussja fid-dawl tal-appoġġ kontinwu tagħha għall-azzjonijiet tar-Russja.
PUNTI EWLENIN
Is-sanzjonijiet oriġinali fuq ir-Russja, li bdew mill-2014, kienu emendati bosta drabi, pereżempju biex jaġġornaw il-listi ta’ individwi jew biex jtawlu s-sanzjonijiet eżistenti.
Mid-deċiżjoni tar-Russja fi Frar 2022 li tirrikonoxxi żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts ta’ Donetsk u Luhansk tal-Ukrajna bħala entitajiet indipendenti u l-invażjoni sussegwenti tagħha fl-Ukrajna, l-UE adottat l-akbar sett ta’ miżuri restrittivi, f’serje ta’ deċiżjonijiet li jinkludu 19-il pakkett u li jimmiraw lejn diversi setturi tal-ekonomija tar-Russja u individwi li jappoġġaw il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja.
Sanzjonijiet immirati
L-UE stabbiliet diversi tipi ta’ sanzjonijiet b’miri u objettivi differenti.
Sanzjonijiet individwali
Dawn is-sanzjonijiet huma mmirati lejn individwi, entitajiet u korpi li, fost affarijiet oħra, wettqu atti li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Dawn is-sanzjonijiet jinkludu:
l-iffriżar tal-assi miżmuma fl-UE;
il-projbizzjoni taċ-ċittadini u l-kumpaniji tal-UE milli jagħmlu l-fondi disponibbli;
il-projbizzjoni tal-ivvjaġġar ta’ individwi, il-prevenzjoni tagħhom milli jidħlu jew jgħaddu minn territorji tal-UE;
kriterji tal-elenkar li jimmiraw:
individwi jew entitajiet mhux tal-UE li jiffaċilitaw il-ksur tal-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni ta’ sanzjonijiet tal-UE minn individwi jew entitajiet;
persuni li huma responsabbli għad-deportazzjoni, għat-trasferiment furzat jew għall-assimilazzjoni (inkluża l-indottrinazzjoni) jew għall-edukazzjoni militarizzata ta’ minorenni Ukreni, jew li jappoġġawhom jew jimplimentawhom; u
individwi jew entitajiet li joperaw, jikkontrollaw jew jappoġġaw bastimenti li jiffurmaw parti mill-“flotta mistura” tar-Russja, użata biex jiġu evitati l-miżuri restrittivi relatati maż-żejt.
Il-listi ta’ individwi, korpi u entitajiet jiġu aġġornati regolarment. Dawn ġew estiżi wkoll biex jinkludu xi entitajiet ikkontrollati mir-Russja bbażati fil-Krimea u f’Sevastopol annessi illegalment, u atturi f’pajjiżi mhux tal-UE li jappoġġaw direttament l-isforz tal-gwerra tar-Russja.
Il-pakkett ta’ sanzjonijiet ta’ Frar 2025 jelenka:
48 individwu addizzjonali, inklużi membri tal-eżekuttiv ta’ kumpaniji involuti fis-setturi tal-minjieri u tal-enerġija, politiċi u proxies miż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-Ukrajna, individwi involuti fil-ħtif tal-massa, ir-riedukazzjoni illegali, id-deportazzjoni u t-trasferiment furzat ta’ tfal Ukreni lejn ir-Russja, u żewġ uffiċjali għolja fl-Armata tal-Poplu Korean;
35 entità li joperaw fil-kumpless militari industrijali jew huma konnessi miegħu, inklużi entitajiet li jimmanifatturaw tagħmir u teknoloġija militari (jiġifieri vetturi, missili u armamenti) u jittrasportaw tagħmir militari, entitajiet li jittrasportaw żejt mhux maħdum u prodotti taż-żejt Russi, media propagandistika (NewsFront u SouthFront, li jippreżentaw interpretazzjonijiet distorti tal-istorja u informazzjoni manipulata), Garantex (pjattaforma tal-iskambju tal-kriptovaluti bbażata fir-Russja) u operaturi f’pajjiżi mhux tal-UE li jappoġġaw direttament l-isforz tal-gwerra tar-Russja, bħal kumpanija Ċiniża li tipproduċi immaġnijiet bis-satellita.
Il-pakkett ta’ sanzjonijiet ta’ Mejju 2025 jelenka:
17-il individwu addizzjonali, inklużi maniġers superjuri u membri tal-eżekuttiv ta’ manifatturi tad-difiża, finanzjaturi ta’ attivitajiet militari, u persuni li jiffaċilitaw l-evażjoni tas-sanzjonijiet tal-UE;
58 entità addizzjonali, inklużi kumpaniji fis-settur tad-difiża Russu li jipproduċu jew ifornu armi, munizzjon, drones u oġġetti u teknoloġija oħra relatati mal-qasam militari, u entitajiet f’pajjiżi mhux tal-UE involuti f’ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet jew il-forniment ta’ oġġetti ristretti lir-Russja.
Il-pakkett ta’ sanzjonijiet ta’ Ġunju 2025 jelenka:
14-il individwu addizzjonali, inklużi membri tal-eżekuttiv ta’ kumpaniji tal-manifattura tal-armi u tad-drones, operaturi fis-settur tat-trasport taż-żejt u persuni involuti fiċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet;
41 entità addizzjonali, inklużi produtturi tal-industrija tad-difiża, kumpaniji tat-trasport taż-żejt u tal-prodotti tal-petroleum, fornituri barranin ta’ oġġetti u teknoloġiji ristretti, u atturi oħra li jappoġġaw l-isforz tal-gwerra tar-Russja jew involuti fiċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE.
Il-pakkett ta’ sanzjonijiet ta’ Ottubru 2025 jelenka:
69 individwu addizzjonali, inklużi negozjanti, finanzjaturi u membri tal-eżekuttiv marbuta mas-setturi militari industrijali u tal-enerġija tar-Russja, personalitajiet f’kariga għolja responsabbli għad-deportazzjoni u għall-assimilazzjoni furzata tat-tfal Ukreni, kif ukoll persuni involuti fil-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE jew fl-appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja;
45 entità addizzjonali, inklużi kumpaniji tas-settur tad-difiża u tal-enerġija, operaturi marittimi u loġistiċi, u entitajiet f’pajjiżi mhux tal-UE li jiffaċilitaw il-forniment ta’ oġġetti b’użu doppju u teknoloġiji mill-aktar avvanzati lir-Russja jew inkella jappoġġaw l-isforz tal-gwerra tagħha.
Dawn l-aħħar pakketti jfissru li l-miżuri restrittivi tal-UE fir-rigward ta’ miżuri li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna issa jimmiraw total ta’ aktar minn 2 700 individwu u entità.
Sanzjonijiet ekonomiċi
Is-sanzjonijiet fuq is-settur finanzjarju, jinkludu:
restrizzjonijiet sinifikanti fuq l-aċċess tar-Russja għas-swieq kapitali u servizzi tal-UE;
l-iskonnettjar ta’ banek ewlenin Russi mis-sistema SWIFT (Soċjetà għat-Telekomunikazzjoni Finanzjarja MondjaliI Interbankarja;
projbizzjoni fuq l-għoti ta’ servizzi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, kriptoassi, pariri dwar fiduċjarji u assistenza finanzjarja għall-kummerċ jew l-investiment, u projbizzjoni sħiħa ta’ tranżazzjonijiet fuq banek Russi ewlenin;
projbizzjoni fuq ċittadini tal-UE li jkollhom pożizzjonijiet f’korpi governattivi ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi posseduti jew ikkontrollati mill-istat Russu;
projbizzjoni fuq ċittadini Russi jew persuni fiżiċi li jirrisjedu fir-Russja li jkollhom kwalunkwe kariga fil-korpi governattivi tas-sidien/tal-operaturi ta’ infrastruttura kritika1, infrastruttura kritika Ewropea 2 jew entitajiet kritiċi;
sanzjonijiet fuq istituzzjonijiet finanzjarji li jużaw l-SPFS Russa (sistema għat-trasferiment ta’ messaġġi finanzjarji) biex jevitaw miżuri restrittivi, inklużi:
projbizzjoni fuq il-banek tal-UE li jużaw l-SPFS,
minn Frar 2025, projbizzjoni fuq tranżazzjonijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji barra mir-Russja li jużaw l-SPFS,
minn Lulju 2025, estensjoni ta’ din il-projbizzjoni fuq tranżazzjonijiet għal 22 bank u istituzzjoni finanzjarja Russi addizzjonali, kif ukoll għal ċerti istituzzjonijiet finanzjarji barranin u fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jfixklu l-miżuri restrittivi tal-UE, u
eżenzjonijiet limitati, pereżempju għal funzjonijiet diplomatiċi jew konsulari u ċerti kuntratti preeżistenti, b’perjodu ta’ stralċ qasir, u
projbizzjoni fuq l-għoti ta’ ċerti servizzi ta’ kriptoassi, ħlas u flus elettroniċi lil persuni u entitajiet Russi, inklużi tranżazzjonijiet li jinvolvu kriptoassi użati biex jiġu evitati miżuri restrittivi tal-UE;
sanzjonijiet fuq Garantex, pjattaforma ta’ skambju tal-kriptovaluti bbażata fir-Russja;
projbizzjoni fuq il-forniment ta’ software speċjalizzat għall-użu fis-settur bankarju u dak finanzjarju tar-Russja;
dispożizzjonijiet li jiċċaraw li l-Istati Membri ma għandhomx jirrikonoxxu jew jinfurzaw deċiżjonijiet arbitrali jew sentenzi barranin relatati ma’ miżuri ta’ sanzjonijiet tal-UE, u jippermettulhom jirkupraw l-ispejjeż u d-danni mingħand persuni jew entitajiet Russi jew Belarussi sanzjonati involuti f’tali proċedimenti.
Is-sanzjonijiet fuq is-settur tal-enerġija, jinkludu:
faħam mir-Russja u fjuwils fossili solidi oħrajn;
l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment mir-Russja ta’ żejt mhux maħdum u prodotti tal-petroleum raffinati ’l fuq minn prezz fiss magħruf bħala l-limitu massimu tal-prezz taż-żejt (b’eċċezzjonijiet limitati temporanji għal ċerti Stati Membri dipendenti ħafna tal-UE);
mekkaniżmu dinamiku li jistabbilixxi l-limitu massimu tal-prezz taż-żejt mhux maħdum għal 15 % taħt il-prezz medju tal-Urals matul is-6 xhur preċedenti, aġġornat regolarment biex jirrifletti l-iżviluppi tas-suq;
l-esportazzjoni tal-fjuwil tal-ġettijiet lejn ir-Russja;
investimenti ġodda fis-settur tal-minjieri tar-Russja;
li jipprovdu l-kapaċità ta’ ħżin tal-gass lil ċittadini Russi, persuni fiżiċi li jirresjedu fir-Russja jew persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja;
li jinvestu fi proġetti Russi ta’ gass naturali likwifikat;
ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasferiment ta’ gass naturali likwifikat (LNG) Russu, ipprojbiti mill- (u mill- għal kuntratti fit-tul konklużi qabel is-), abbażi ta’ restrizzjonijiet preċedenti introdotti f’Lulju 2025 fuq ir-riesportazzjoni tal-LNG permezz ta’ terminals tal-UE li mhumiex konnessi mal-grilja tal-gass tal-UE;
l-importazzjoni tal-idrokarburi aċikliċi kollha (li qabel kienet limitata għall-propan likwifikat mill-), b’perjodu ta’ stralċ sal- u eżenzjoni temporanja, li tapplika biss għall-Ungerija, għal ċerti importazzjonijiet ta’ propan sal-;
projbizzjoni fuq tranżazzjonijiet relatati mal-pipelines Nord Stream u Nord Stream 2;
projbizzjoni, mill-, fuq l-importazzjoni ta’ prodotti tal-petroleum derivati minn żejt mhux maħdum Russu pproċessat f’pajjiżi li mhumiex fl-UE, irrispettivament minn fejn ikun ġie pproċessat, b’eżenzjonijiet biss għall-pajjiżi sħab (l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, New Zealand, in-Norveġja, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti) li japplikaw miżuri ekwivalenti.
Sanzjonijiet fuq l-ispazju tal-ajru, it-trasport marittimu u bit-triq, inkluż:
projbizzjoni fuq l-esportazzjoni, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment lejn ir-Russja tal-inġenji tal-ajru, tal-parts u tat-tagħmir kollha tal-inġenji tal-ajru, flimkien mal-oġġetti użati fis-settur tal-avjazzjoni;
l-għeluq tal-ispazju tal-ajru tal-UE għal ajruplani posseduti minn, irreġistrati jew ikkontrollati mir-Russja, inklużi ġetts ta’ oligarki;
projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti tan-navigazzjoni marittima u teknoloġija tal-komunikazzjoni tar-radju lejn ir-Russja;
projbizzjoni fuq il-bastimenti Russi li jaċċessaw portijiet jew imgħalaq tal-UE, li ġiet estiża f’Ottubru 2025 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2032 għal ċerti portijiet u imgħalaq f’pajjiżi mhux tal-UE użati biex jiffaċilitaw it-trasferimenti ta’ oġġetti li jikkontribwixxu għall-vettura tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV) jew għall-produzzjoni tal-missili tar-Russja jew biex jiġi evitat il-prezz massimu taż-żejt jew sanzjonijiet oħra tal-UE;
l-elenkar ta’ 557 bastiment sa Ottubru 2025, li kienu pprojbiti milli jaċċessaw portijiet u imgħalaq tal-UE (inklużi servizzi relatati) biex jindirizzaw l-hekk imsejħa “flotta mistura”, b’41 bastiment ieħor miżjuda bl-aħħar elenkar f’Diċembru 2025;
projbizzjoni fuq l-operaturi tat-trasport bit-triq Russi jew Belarussi milli jidħlu fl-UE;
projbizzjoni tat-trasport stradali fuq operaturi tal-UE posseduti minn individwi Russi;
projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet mar-Reġistru Marittimu Russu tat-Tbaħħir;
projbizzjoni fuq l-inżul fit-territorju tal-UE, it-tlugħ minnu jew it-titjir fuqu, kemm għall-inġenji tal-ajru Russi b’ekwipaġġ kif ukoll dawk mingħajr ekwipaġġ;
projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet diretti ta’ magni ta’ drones lejn ir-Russja;
obbligu għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru ta’ titjiriet mhux skedati bejn ir-Russja u l-UE jew fl-ispazju tal-ajru tal-UE, operati direttament minn pajjiż mhux tal-UE, jew permezz tiegħu, li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha dwar it-titjira lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq talba mill-Istat Membru kompetenti;
projbizzjoni fuq tankers mhux tal-UE li huma parti mill-flotta mistura tar-Russja li jevitaw il-mekkaniżmu tal-limitu massimu tal-prezz taż-żejt, li jappoġġaw is-settur tal-enerġija tar-Russja jew li jittrasportaw tagħmir militari għar-Russja jew qamħ misruq mill-Ukrajna.
Sanzjonijiet fuq id-djamanti, inklużi:
il-pakkett ta’ miżuri tal-UE ta’ Diċembru 2023 li jipprojbixxu l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment dirett jew indirett mir-Russja ta’ djamanti naturali u sintetiċi, flimkien ma’ ġojjellerija tad-djamanti, mill-;
il-pakkett ta’ Ġunju 2024 li jipprevedi projbizzjoni indiretta fuq l-importazzjoni tad-djamanti Russi, li d-dħul fis-seħħ għalih għandu jiġi kkoordinat mal-Grupp tas-Sebgħa.
Sanzjonijiet fuq il-kontroll tal-esportazzjoni u l-finanzjament tal-esportazzjoni, inklużi:
restrizzjoni komprensiva fuq l-esportazzjoni fuq it-tagħmir, it-teknoloġija u s-servizzi għall-industrija tal-enerġija fir-Russja (b’xi eċċezzjonijiet);
restrizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ karti tal-flus denominati fl-euro u l-bejgħ ta’ titoli trasferibbli denominati fl-euro;
restrizzjoni fuq oġġetti li jistgħu jikkontribwixxu għad-difiża u setturi tas-sigurtà militari u teknoloġiċi Russi;
obbligu għall-kumpaniji omm tal-UE li jagħmlu l-aħjar sforzi tagħhom biex jiżguraw li s-sussidjarji tagħhom f’pajjiżi mhux tal-UE jikkonformaw mas-sanzjonijiet tal-UE; il-lista ta’ utenti finali militari ġiet estiża biex tinkludi 31 entità f’Mejju 2025 u 26 entità f’Lulju 2025, li minnha wħud huma bbażati f’pajjiżi mhux tal-UE u jfornu oġġetti u teknoloġiji relatati mal-qasam militari lir-Russja;
minn Ottubru 2025, restrizzjonijiet aktar stretti fuq l-esportazzjoni għal 45 entità oħra, inklużi 17 f’pajjiżi mhux tal-UE, u l-espansjoni tal-lista ta’ oġġetti kkontrollati biex tinkludi elettronika addizzjonali, telemetri, sustanzi kimiċi relatati mal-propellant u metalli u ligi speċifiċi;
restrizzjonijiet ulterjuri fuq oġġetti speċifiċi bħalma huma prekursuri kimiċi għal materjali enerġetiċi, spare parts għall-makkinarji għodda, metalli u plastiks użati fil-produzzjoni militari.
Embargo fuq l-armi, inklużi:
projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat tat-tipi kollha lejn ir-Russja;
projbizzjonijiet ta’ esportazzjoni fuq armi tan-nar ċivili;
projbizzjoni fuq it-tranżitu mit-territorju Russu tal-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti essenzjali tagħhom u fuq il-munizzjon esportat mill-UE.
Sanzjonijiet fuq oġġetti b’użu doppju u oġġetti ta’ teknoloġija mill-aktar avvanzata, inklużi dawn li ġejjin.
Il-projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju u oġġetti u teknoloġiji oħra mill-aktar avvanzati li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib teknoloġiku tar-Russja tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha.
Lista ta’ oġġetti ristretti, inklużi magni bid-drones, tagħmir kimiku u bijoloġiku ieħor, aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet u komponenti elettroniċi, ġeneraturi, drones tal-logħob, laptops, hard drives, komponenti tal-IT, tagħmir tal-viżjoni fid-dlam u tar-radjunavigazzjoni, kameras, lentijiet, metalli tal-materjali tal-art rari u komposti tagħhom, ċirkwiti elettroniċi integrati, kameras termografiċi, komponenti elettroniċi, materjali semikondutturi, tagħmir tal-manifattura u l-ittestjar għal ċirkwiti elettroniċi integrati u bordijiet ta’ ċirkwiti stampati, prekursuri għal materjali enerġetiċi, prekursuri għal armi kimiċi, komponenti ottiċi, strumenti tan-navigazzjoni, metalli użati fis-settur tad-difiża u tagħmir tal-baħar.
Is-sustanzi kimiċi, inklużi l-minerali tal-manganiż u l-komposti ta’ metalli tal-materjali tal-art rari, il-plastik, il-makkinarju tal-iskavar, il-monitors u t-tagħmir elettriku, ġew ristretti wkoll bl-14-il pakkett.
L-introduzzjoni ta’ klawżola ta’ esklużjoni tar-Russja għall-esportaturi tal-UE li permezz tagħha jipprojbixxu kuntrattwalment r-riesportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija sensittivi (inklużi oġġetti komuni ta’ prijorità għolja) lejn ir-Russja.
Projbizzjoni fuq it-tranżitu mit-territorju tar-Russja ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju esportati mill-UE biex jiġi mminimizzat ir-riskju li jiġu evitati sanzjonijiet tal-UE, flimkien ma’ oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tar-Russja jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża jew tas-sigurtà, oġġetti u teknoloġija adatti għall-użu fl-industriji tal-avjazzjoni jew tal-ispazju, u fjuwil tal-ġettijiet u addittivi tal-fjuwil esportati mill-UE lejn pajjiżi mhux tal-UE. Il-pakkett ta’ Diċembru 2023 estenda l-projbizzjoni fuq it-tranżitu għall-oġġetti kollha tal-kamp tal-battalja.
Il-pakkett ta’ Ġunju 2023 żied 87 entità mal-lista ta’ dawk li jappoġġaw direttament il-kumpless militari industrijali tar-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Il-lista tinkludi entitajiet f’pajjiżi mhux tal-UE li jipproduċu u jesportaw drones lejn ir-Russja, flimkien ma’ oħrajn involuti fiċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet u l-provvista ta’ komponenti elettroniċi lejn ir-Russja.
Il-pakkett ta’ Diċembru 2023 kien jirrikjedi li l-esportaturi tal-UE jipprojbixxu kuntrattwalment ir-riesportazzjoni lejn ir-Russja u r-riesportazzjoni għall-użu fir-Russja ta’ oġġetti u teknoloġija partikolarment sensittivi meta jbigħu, ifornu, jittrasferixxu jew jesportawhom lejn pajjiż mhux tal-UE, bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi sħab. Dan ir-rekwiżit huwa relatat ma’ oġġetti pprojbiti użati f’sistemi militari Russi misjuba fil-kamp tal-battalja fl-Ukrajna jew kritiċi għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ dawk is-sistemi militari Russi, flimkien ma’ oġġetti u armi tal-avjazzjoni.
Il-pakkett ta’ Diċembru 2023 estenda wkoll il-lista ta’ oġġetti ristretti li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tar-Russja biex tinkludi s-s-sustanzi kimiċi, il-batteriji tal-litju, it-termostati, il-muturi DC u s-servomoturi għall-UAVs, il-makkinarji għodda u l-partijiet tal-makkinarju.
F’Mejju 2025, il-lista tal-utenti finali militari ġiet estiża ulterjorment biex tinkludi 31 entità, inklużi wħud f’pajjiżi mhux tal-UE, li jipprovdu drones, makkinarji għodda, elettronika u oġġetti u teknoloġiji militari oħra lir-Russja; f’Lulju 2025, ġew miżjuda 26 entità oħra, flimkien ma’ restrizzjonijiet ġodda fuq oġġetti speċifiċi bħall-prekursuri kimiċi għal materjali enerġetiċi, spare parts għal makkinarji għodda ta’ preċiżjoni, u metalli u plastik użati fil-produzzjoni tad-difiża fir-Russja.
Restrizzjonijiet kummerċjali u projbizzjonijiet fuq prodotti, inklużi ħadid, azzar, faħam, siment, bitum u asfalt, karbonju, lastiku sintetiku, frott tal-baħar, elju, deheb u oġġetti oħra ta’ lussu ta’ oriġini Russa.
Projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti f’żoni fejn ir-Russja għandha dipendenza għolja mill-UE (inklużi semikondutturi, makkinarju sensittiv, trasport u sustanzi kimiċi).
Projbizzjoni fuq l-għoti ta’ servizzi ta’ kontabbiltà, awditjar, awditu statutorju, żamma tal-kotba u konsulenza tat-taxxa, konsulenza dwar in-negozju u l-ġestjoni, servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi, servizzi arkitettoniċi u ta’ inġinerija, servizzi ta’ konsulenza tal-IT u servizzi ta’ konsulenza legali lill-Gvern Russu u lil persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi stabbiliti fir-Russja. Il-pakkett ta’ Diċembru 2023 estenda din il-lista biex tinkludi software għall-ġestjoni tal-kumpaniji u għad-disinn u l-manifattura industrijali.
Projbizzjoni fuq il-provvista ta’ reklamar, riċerka dwar is-suq u servizzi ta’ opinjoni pubblika dwar votazzjoni, flimkien ma’ ttestjar tal-prodott u servizzi ta’ spezzjoni teknika.
Projbizzjoni fuq l-għoti ta’ servizzi addizzjonali introdotta f’Ottubru 2025, inklużi:
servizzi kummerċjali bbażati fl-ispazju;
ċerti servizzi relatati mal-IA (bħall-aċċess għall-mudell, it-taħriġ, l-irfinar u l-inferenza);
servizzi kwantistiċi u ta’ computing ta’ prestazzjoni għolja; u
servizzi ta’ konsulenza aktar wiesgħa relatati mal-inġinerija, kif ukoll servizzi ta’ konsulenza xjentifiċi u tekniċi.
Projbizzjoni fuq servizzi relatati direttament ma’ attivitajiet turistiċi fir-Russja.
L-għoti ta’ servizzi oħra lill-Gvern tar-Russja jirrikjedi awtorizzazzjoni minn qabel, b’eżenzjonijiet limitati għal skopijiet umanitarji, diplomatiċi, ta’ enerġija, nukleari ċivili u ta’ telekomunikazzjoni, kif ukoll għal ċerti attivitajiet ta’ sors miftuħ jew fiduċjarji.
Projbizzjoni fuq it-trasport ta’ merkanzija fl-UE bit-triq permezz ta’ trejlers u semitrejlers irreġistrati fir-Russja, inkluż meta jkunu trasportati minn trakkijiet reġistrati barra mir-Russja.
Projbizzjoni fuq l-aċċess għal portijiet u imgħalaq tal-UE minn kwalunkwe bastiment li jieħu sehem fi trasferimenti minn vapur għal vapur, jekk l-awtoritajiet kompetenti jkollhom raġuni kredibbli biex jissuspettaw li l-bastiment ikun qed jikser il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ żejt mhux maħdum Russu ttrasportat bil-baħar jew prodotti tal-petroleum fl-UE jew li jittrasporta żejt mhux maħdum Russu jew prodotti tal-petroleum mixtrija ogħla mill-prezz massimu maqbul mill-Koalizzjoni għal-Limitu Massimu tal-Prezzijiet.
Projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti minn żoni tal-Ukrajna mhux taħt il-kontroll tal-gvern, inkluż l-oblasts ta’ Donetsk, Luhansk, Zaporizhia u Kherson, u mill-Krimea u minn Sevastopol annessi illegalment.
Projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti li jiġġeneraw dħul sinifikanti għar-Russja (u b’hekk jippermettu li titkompla l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna), bħall-ħadid fondut grezz u l-ispiegeleisen (liga tal-ħadid u tal-manganiż użata fil-produzzjoni tal-azzar), il-wajers tar-ram, il-wajers tal-aluminju, il-fojl, it-tubi u l-pajpijiet.
Projbizzjoni fuq ix-xiri, importazzjoni, trasferiment jew esportazzjoni ta’ oġġetti ta’ propjetà u oġġetti oħra ta’ importanza arkeoloġika, storika, kulturali, xjentifika jew reliġjuża rari, li għalihom hemm raġunijiet kredibbli li tissuspetta li l-oġġetti jkunu tneħħew illegalment mill-Ukrajna.
Għodda kontra ċ-ċirkomvenzjoni
L-għodda ġiet introdotta bħala parti mill-pakkett ta’ sanzjonijiet ta’ Ġunju 2023 biex tindirizza ċ-ċirkomvenzjoni dejjem tikber tas-sanzjonijiet tal-UE. Biex ma tħallix lir-Russja tuża r-riżorsi li jippermettulha li ssegwi l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukraina, l-għodda tieħu l-forma ta’ miżuri xierqa individwali biex tindirizza l-involviment ta’ operaturi f’pajjiż mhux tal-UE fil-faċilitatar taċ-ċirkomvenzjoni. Minn hemm ’il quddiem, fejn tippersisti ċ-ċirkomvenzjoni sostanzjali u sistematika, l-UE għandha l-possibbiltà li tieħu miżuri eċċezzjonali u tal-aħħar istanza. Meta jiġri dan, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jista’ jiddeċiedi b’mod unanimu li jirrestrinġi l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija li l-esportazzjoni tagħhom lejn ir-Russja diġà hija pprojbita fir-rigward ta’ pajjiżi mhux tal-UE li l-ġuriżdizzjonijiet tagħhom jintwerew li huma f’riskju kontinwu u partikolarment għoli li jintużaw għaċ-ċirkomvenzjoni. Sabiex tkompli tiġi mxekkla ċ-ċirkomvenzjoni, il-pakkett ta’ Diċembru 2023 jipprojbixxi wkoll liċ-ċittadini Russi milli jkollhom, jikkontrollaw jew jokkupaw kwalunkwe kariga fil-korpi governattivi ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jipprovdu portafolli tal-kriptoassi, kontijiet jew servizzi ta’ kustodja lil persuni u residenti Russi.
Miżura addizzjonali kontra ċ-ċirkomvenzjoni
Bħala parti mill-pakkett ta’ sanzjonijiet ta’ Lulju 2025, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu awtorizzazzjoni minn qabel għall-esportazzjoni ta’ ċerti oġġetti u teknoloġiji elenkati lejn kwalunkwe pajjiż mhux tal-UE fejn ikun hemm riskju kredibbli ta’ devjazzjoni lejn ir-Russja jew il-Belarussja. Dan il-mekkaniżmu l-ġdid jikkomplementa l-projbizzjoni eżistenti fuq l-esportazzjoni indiretta u jipprovdi għodda ta’ infurzar addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprevjenu r-riesportazzjoni ta’ oġġetti ristretti permezz ta’ kanali ta’ pajjiżi mhux tal-UE.
Restrizzjonijiet fuq il-media Russa
Dawn ir-restrizzjonijiet jinkludu s-sospensjoni tat-trażmissjoni, tad-distribuzzjoni u tax-xandir minn għadd ta’ entitajiet tal-Istat Russu sabiex jitrażżnu l-propaganda sistematika, il-manipulazzjoni tal-media u d-diżinformazzjoni. Il-pakkett ta’ sanzjonijiet ta’ Ġunju 2024 issospenda l-liċenzji tax-xandir ta’ erba’ organizzazzjonijiet oħra għall-inizjattivi ta’ propaganda kontinwi u miftiehma tagħhom immirati lejn is-soċjetà ċivili tal-UE u l-pajjiżi ġirien, li fixklu u mmanipulaw b’mod serju l-fatti. Il-pakkett introduċa wkoll miżuri li jipprojbixxu l-appoġġ finanzjarju għall-partiti politiċi, għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi, għall-gruppi ta’ riflessjoni u għas-servizzi tal-media li ġejjin mir-Russja u l-affiljati tagħha, sabiex jiġu miġġielda l-indħil u l-propaganda Russi.
Sanzjonijiet fuq il-Belarussja
Dawn ġew introdotti fid-dawl tas-sitwazzjoni f’dak il-pajjiż u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ara s-sommarju).
Malajr wara l-adozzjoni tal-14-il pakkett ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja, kien adottat il-pakkett ta’ allinjament tal-Belarussja fid-. Is-sanzjonijiet fuq il-Belarussja fil-biċċa l-kbira rriproduċew il-miżuri settorjali meħuda kontra r-Russja sabiex jingħalqu l-lakuni eżistenti u jiġu limitati l-possibbiltajiet ta’ ċirkomvenzjoni. Il-pakkett kien jinkludi projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġiji b’użu doppju u mill-aktar avvanzati, flimkien ma’ projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ deheb, djamanti, elju, faħam u prodotti minerali, inkluż iż-żejt mhux maħdum. Hu jkompli jwessa’ wkoll il-projbizzjoni tat-trasport stradali u jirrifletti l-klawżola tal-aħjar sforzi għal sussidjarji tal-operaturi f’pajjiżi mhux tal-UE. Fl-aħħar nett, żied klawżola ta’ esklużjoni tal-Belarussja għall-esportaturi tal-UE.
Pakkett ieħor ta’ sanzjonijiet fuq il-Belarussja, adottat b’mod parallel mas-16-il pakkett ta’ sanzjonijiet fuq ir-Russja, espanda l-lista ta’ esportazzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw mill-kapaċità militari u industrijali tal-Belarussja biex tinkludi oġġetti bħal prekursuri kimiċi għal aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet, software relatat ma’ magni ta’ kontroll numeriku bil-kompjuters, minerali u komposti tal-kromju, kontrolluri użati biex jiggwidaw l-UAVs, oġġetti pirotekniċi u materjali kombustibbli.
Pakkett ieħor ta’ sanzjonijiet fuq il-Belarussja ġie adottat f’Lulju 2025, b’mod parallel mat-18-il pakkett ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja. Dan saħħaħ aktar il-miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ kontinwu tal-Belarussja għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dan il-pakkett:
żied tmien entitajiet Belarussi involuti fil-kumpless militari u industrijali, bħal manifatturi tad-difiża, produtturi tal-UAV, fornituri tal-ottika militari u impjanti tal-manifattura ta’ projettili tal-artillerija, mal-lista tal-iffriżar tal-assi;
introduċa projbizzjoni fuq l-akkwist ta’ armi u materjal relatat mill-Belarussja;
kontrolli estiżi fuq oġġetti b’użu doppju u teknoloġija mill-aktar avvanzata, inklużi kategoriji ġodda ta’ makkinarju u prekursuri kimiċi;
projbizzjonijiet fuq it-tranżitu estiżi għal firxa usa’ ta’ oġġetti ristretti; u
ikkonverta l-projbizzjoni fuq il-messaġġi finanzjarji għal ċerti banek Belarussi f’projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet, soġġetta għal eżenzjonijiet limitati.
F’Ottubru 2025 ġie adottat pakkett sussegwenti ta’ sanzjonijiet fuq il-Belarussja, b’mod parallel mad-19-il pakkett ta’ sanzjonijiet fuq ir-Russja. Dan il-pakkett saħħaħ aktar il-miżuri restrittivi b’reazzjoni għall-appoġġ kontinwu tal-Belarussja għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dan il-pakkett:
żied diversi entitajiet Belarussi involuti fis-setturi tad-difiża, tat-teknoloġija u tal-industrija mal-lista tal-iffriżar tal-assi;
allinja r-restrizzjonijiet relatati mal-Belarussja mal-aktar miżuri Russi reċenti billi daħħal projbizzjonijiet fuq servizzi ta’ ħlas relatati mal-kriptovaluti u wessa’ r-restrizzjonijiet fuq is-software, li jkopru s-setturi bankarju u finanzjarju, is-servizzi kummerċjali bbażat fuq l-ispazju, l-ittestjar u l-analiżi tekniċi, l-IA u l-computing kwantistiku; u
estenda l-ambitu tal-projbizzjonijiet settorjali eżistenti biex tiġi pprevenuta ċirkomvenzjoni ulterjuri permezz tal-Belarussja.
Sanzjonijiet fuq individwi u entitajiet Iranjani
Dawn ġew introdotti fid-dawl tar-rwoli tal-parteċipanti fl-iżvilupp u fil-kunsinna ta’ UAVs użati mir-Russja fil-gwerra tagħha kontra l-Ukrajna.
Fl-, il-Kunsill waqqaf qafas ġdid għal miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li jipprojbixxi l-esportazzjoni mill-UE għall-Iran ta’ komponenti użati fil-kostruzzjoni u fil-produzzjoni ta’ UAVs u jipprevedi restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u miżuri ta’ ffriżar tal-assi li jistgħu jkunu imposti fil-konfront ta’ individwi responsabbli għall-programm tal-UAV tal-Iran, responsabbli għalih, jew li jappoġġawh (ara s-sommarju). Dan ir-reġim il-ġdid jikkumplimenta t-tliet pakketti ta’ sanzjonijiet li kienu adottati qabel relatati ma’ drones li jimmiraw individwi u entitajiet. Fl-istess jum, il-Kunsill ddeċieda wkoll li jelenka sitt individwi Iranjani taħt żewġ reġimi ta’ sanzjonijiet diġà eżistenti għall-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukraina (drones) u għar-reġim tas-Sirja (sistemi ta’ difiża tal-ajru)
Fil-, il-Kunsill adotta miżuri restrittivi kontra sitt individwi u tliet entitajiet għar-rwoli tagħhom fit-trasferiment ta’ UAVs lejn ir-Russja b’appoġġ tal-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna jew it-trasferiment ta’ UAVs jew missili lil gruppi u entitajiet armati li jimminaw il-paċi u s-sigurtà fil-Lvant Nofsani u r-reġjun tal-Baħar l-Aħmar, jew għall-involviment tagħhom fil-programm tal-UAV tal-Iran.
Fl-, entità Iranjana kienet elenkata minħabba l-involviment tagħha fil-programmi tal-UAV u tal-missili tal-Iran u fit-trasferiment ta’ UAVs Iranjani lejn ir-Russja b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna.
Fil-, il-Kunsill aġġorna l-elenkar ta’ żewġ individwi u entità waħda, diġà ddeżinjati taħt dan ir-reġim, biex jirrifletti l-involviment kontinwu tagħhom fil-forniment ta’ UAVs, missili u teknoloġija relatata lir-Russja, b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna.
Miżuri diplomatiċi
Dawn jinkludu s-sospensjoni tal-ivvjaġġar mingħajr viża għad-diplomatiċi u l-faċilitazzjoni tal-viżi għad-detenturi tal-passaporti tas-servizz u għan-negozjanti.
Eżenzjonijiet
Sabiex jissalvagwardjaw is-sigurtà globali tal-ikel u tal-enerġija, is-sanzjonijiet ma jimmirawx l-esportazzjoni tar-Russja ta’ prodotti agrikoli u tal-ikel, inklużi qamħ u fertilizzanti, jew il-forniment ta’ prodotti taż-żejt u tal-petroleum lil pajjiżi mhux tal-UE.
L-assi ta’ ċerti individwi li għandhom rwol sinifikanti fil-kummerċ internazzjonali tal-prodotti agrikoli u alimentari, inkluż qamħ u fertilizzanti, qabel il-elenkar tagħhom, jistgħu ma jibqgħux iffriżati; il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jsiru disponibbli għalihom ukoll.
Is-sanzjonijiet tal-UE ma jżommux lill-pajjiżi mhux tal-UE u liċ-ċittadini tagħhom barra mill-UE milli jixtru prodotti farmaċewtiċi jew mediċi mir-Russja.
Klawżola ta’ emerġenza tippermetti t-trasport ta’ żejt lil hinn mil-limitu massimu tal-prezzijiet, l-għoti ta’ assistenza teknika, servizzi ta’ senserija jew finanzjarji, jew assistenza finanzjarja relatata mat-trasport tagħha lil pajjiżi mhux tal-UE, biex b’mod urġenti jipprevjenu jew inaqqsu avvenimenti li x’aktarx ikollhom impatt serju fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent, jew bħala reazzjoni għal diżastru naturali.
Annessi għad-deċiżjonijiet u regolamenti varji jinkludu l-listi tal-individwi, entitajiet, korpi, prodotti u teknoloġija li ġiet affettwata mill-miżuri restrittivi.
MINN META BDEW JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONIJIET U R-REGOLAMENTI?
Infrastruttura kritika. Infrastruttura sħiħa jew parti minnha li tikkonsisti f’assi, faċilità, tagħmir, network jew sistema li hija meħtieġa għall-għoti ta’ servizz essenzjali.
Infrastruttura kritika Ewropea. Infrastruttura li t-tfixkil jew il-qerda tagħha taffettwa b’mod sinifikanti żewġ Stati Membri jew aktar, jew Stat Membru wieħed jekk l-infrastruttura tkun tinsab fi Stat Membru ieħor. Dan jinkludi effetti li jirriżultaw minn dipendenzi transsettorjali fuq tipi ta’ infrastruttura oħrajn.
DOKUMENTI PRINĊIPALI
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal- dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, , pp. 26–30)
L-emendi suċċessivi għar-Deċiżjoni (UE) 2014/119/CFSP ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal- dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajets u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, , pp. 1–10).
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas- dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, , pp. 16–21).
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas- dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, , pp. 6–15).
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat- dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol (ĠU L 183, , pp. 70–71).
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 692/2014 tat- dwar restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tagħhom (ĠU L 183, , pp. 9–14).
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal- dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, , pp. 13–17).
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/266 tat- dwar miżuri restrittivi b'reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’ dawk iż-żoni (ĠU L 42 I, , pp. 109–113).
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/263 tat- dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f'dawk iż-żoni (ĠU L 42I, , pp. 77–94).
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1461 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1469 tal-18 ta’ Lulju 2025 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1471 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.
Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1472 tal-18 ta’ Lulju 2025 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1547 tal-25 ta’ Lulju 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi u entitajiet armati fil-Lvant Nofsani u fir-reġjun tal-Baħar l-Aħmar
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1548 tal-25 ta’ Lulju 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2023/1529 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajets fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar.
Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea – Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK li tiddefinixxi r-regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari.
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1776 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/1428 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.
Regolament (UE) 2023/1529 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna
Regolament (UE) 2021/821 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju.