This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0386
Council Decision 2014/386/CFSP of 23 June 2014 concerning restrictions on goods originating in Crimea or Sevastopol, in response to the illegal annexation of Crimea and Sevastopol
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat- 23 ta' Ġunju 2014 dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/386/PESK tat- 23 ta' Ġunju 2014 dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
ĠU L 183, 24.6.2014, pp. 70–71
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
18/06/2025
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modified by | 32014D0507 | Sostituzzjoni | titolu | 30/07/2014 | |
| Modified by | 32014D0507 | Żieda | artikolu 4 BI | 30/07/2014 | |
| Modified by | 32014D0507 | Żieda | artikolu 4 ST | 30/07/2014 | |
| Modified by | 32014D0507 | Żieda | artikolu 4 TR | 30/07/2014 | |
| Modified by | 32014D0507 | Tlestija | artikolu 5 | 30/07/2014 | |
| Modified by | 32014D0507 | Żieda | artikolu 4 OC | 30/07/2014 | |
| Modified by | 32014D0507 | Żieda | artikolu 4 QT | 30/07/2014 | |
| Modified by | 32014D0507 | Żieda | artikolu 4 SX | 30/07/2014 | |
| Modified by | 32014D0507 | Żieda | artikolu 4 QQ | 30/07/2014 | |
| Modified by | 32014D0933 | Sostituzzjoni | artikolu 4 TR | 20/12/2014 | |
| Modified by | 32014D0933 | Sostituzzjoni | artikolu 4 QT | 20/12/2014 | |
| Modified by | 32014D0933 | Sostituzzjoni | artikolu 4 SX | 20/12/2014 | |
| Modified by | 32014D0933 | Sostituzzjoni | artikolu 4 BI | 20/12/2014 | |
| Modified by | 32014D0933 | abolizzjoni | artikolu 4 OC | 20/12/2014 | |
| Modified by | 32014D0933 | abolizzjoni | artikolu 4 ST | 20/12/2014 | |
| Modified by | 32014D0933 | Sostituzzjoni | artikolu 4 QQ | 20/12/2014 | |
| Validity extended by | 32015D0959 | 21/06/2015 | |||
| Modified by | 32015D0959 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 2 | 21/06/2015 | |
| Modified by | 32016D0982 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 2 | 19/06/2016 | |
| Validity extended by | 32016D0982 | 19/06/2016 | 23/06/2017 | ||
| Validity extended by | 32017D1087 | 21/06/2017 | 23/07/2018 | ||
| Modified by | 32017D1087 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 2 | 21/06/2017 | |
| Modified by | 32018D0880 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 2 | 20/06/2018 | |
| Validity extended by | 32018D0880 | 20/06/2016 | 23/06/2019 | ||
| Validity extended by | 32019D1018 | 22/06/2019 | 23/06/2020 | ||
| Modified by | 32019D1018 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 2 | 22/06/2019 | |
| Modified by | 32020D0850 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 2 | 20/06/2020 | |
| Validity extended by | 32020D0850 | 20/06/2020 | 23/06/2021 | ||
| Modified by | 32021D1010 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu mhux numerat 2 | 23/06/2021 | |
| Validity extended by | 32021D1010 | 23/06/2021 | 23/06/2022 | ||
| Modified by | 32022D0962 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu mhux numerat 2 | 22/06/2022 | |
| Validity extended by | 32022D0962 | 22/06/2022 | 23/06/2023 | ||
| Modified by | 32023D1188 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu mhux numerat 2 | 21/06/2023 | |
| Validity extended by | 32023D1188 | 21/06/2023 | 23/06/2024 | ||
| Validity extended by | 32024D1709 | 19/06/2024 | 23/06/2025 | ||
| Modified by | 32024D1709 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu mhux numerat 2 | 19/06/2024 | |
| Modified by | 32025D0397 | Tħassir | artikolu 4 | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Tħassir | artikolu 3 | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Sostituzzjoni | artikolu 4d paragrafu 1 punt (a) | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Tħassir | artikolu 4c paragrafu 2 | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4f | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Tħassir | artikolu 4e paragrafu 5 | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Tħassir | artikolu 4a paragrafu 3 | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | anness | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4c paragrafu 1a | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Sostituzzjoni | artikolu 4b paragrafu 1 | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Tħassir | artikolu 4b paragrafu 4 | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Tħassir | artikolu 4e paragrafu 4 | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4c paragrafu 1h | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4c paragrafu 1f | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4c paragrafu 1k | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4h | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Tħassir | artikolu 4b paragrafu 5 | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4c paragrafu 1d | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4c paragrafu 1i | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4c paragrafu 1c | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4c paragrafu 1b | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4c paragrafu 1g | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4c paragrafu 1j | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Sostituzzjoni | artikolu 4c paragrafu 1 | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4g | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Tħassir | artikolu 4b paragrafu 3 | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Tħassir | artikolu 4c paragrafu 3 | 25/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0397 | Żieda | artikolu 4c paragrafu 1e | 25/02/2025 | |
| Validity extended by | 32025D1204 | 18/06/2025 | 23/06/2026 | ||
| Modified by | 32025D1204 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu mhux numerat 2 | 18/06/2025 |
|
24.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/70 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/386/PESK
tat-23 ta' Ġunju 2014
dwar restrizzjonijiet fuq oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol, minħabba l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-6 ta' Marzu 2014, il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri tal-Unjoni kkundannaw bil-qawwa l-ksur mhux provokat tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina mill-Federazzjoni Russa. |
|
(2) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1) dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
|
(3) |
Fil-laqgħa tiegħu tal-20-21 ta' Marzu 2014, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa l-annessjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (“Krimea”) u l-belt ta' Sevastopol (“Sevastopol”) mal-Federazzjoni Russa u enfasizza li mhux ser jirrikonoxxiha. Il-Kunsill Ewropew qies li ċerti restrizzjonijiet ekonomiċi, tal-kummerċ u dawk finanzjarji rigward il-Krimea għandhom jiġu proposti għal implimentazzjoni rapida. |
|
(4) |
Fis-27 ta' Marzu 2014, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-Riżoluzzjoni 68/262 dwar l-integrità territorjali tal-Ukraina, li terġa' tirriafferma l-impenn tagħha għas-sovranità, l-indipendenza politika, l-unità u l-integrità territorjali tal-Ukraina fil-fruntieri rikonoxxuti b'mod internazzjonali, waqt li tissottolinja l-invalidità tar-referendum li sar fil-Krimea fis-16 ta' Marzu, u tappella lill-Istati kollha biex ma jirrikonoxxux xi tibdil li jsir lill-istatus tal-Krimea u Sevastopol. |
|
(5) |
F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kunsill jikkunsidra li l-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol għandhom ikunu pprojbiti, bl-eċċezzjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol li jkunu ngħataw ċertifikat ta' oriġini mill-Gvern tal-Ukraina. |
|
(6) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni jkunu effettivi, għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu. |
|
(7) |
Hija meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-importazzjoni tal-oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol għandhom ikunu pprojbiti.
2. Għandu jkun ipprojbit il-forniment, dirett jew indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja, kif ukoll l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni ta' oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol.
Artikolu 2
Il-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 m'għandhomx japplikaw għall-oġġetti li joriġinaw fil-Krimea jew Sevastopol li kienu ġew disponibbli għal eżami, u jkunu ġew ikkontrollati mill-awtoritajiet tal-Ukraina u li ngħataw ċertifikat ta' oriġini mill-Gvern tal-Ukraina.
Artikolu 3
Il-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni sas-26 ta' Settembru 2014 ta' kuntratti konklużi qabel il-25 ta' Ġunju 2014 jew kuntratti anċillari meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' tali kuntratti, li għandhom jiġu konklużi u eżegwiti mhux aktar tard mis-26 ta' Settembru 2014.
Artikolu 4
Il-parteċipazzjoni, konxjament u bi ħsieb, f'attivitajiet li għandhom l-għan li jevitaw il-projbizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 għandha tiġi pprojbita.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-23 ta' Ġunju 2015.
Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami permanenti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill ikun tal-fehma li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON