Kies de experimentele functies die u wilt uitproberen

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Prodotti imballati minn qabel — kif timla u tagħmel it-tikketta tal-pakkett

Prodotti imballati minn qabel — kif timla u tagħmel it-tikketta tal-pakkett

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 76/211/KEE dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti imballati minn qabel

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din tintroduċi leġiżlazzjoni uniformi madwar l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal pakketti imballati minn qabel1 b’℮-marka. Din għandha l-għan li tiżgura li l-kwantità murija fuq il-kontenitur ta’ prodott imballat minn qabel2 hija korretta u li jkun ittikkettat b’mod xieraq.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva ġiet emendata tul is-snin, u dan is-sommarju jirrifletti l-kontenut tagħha kif inhi bħalissa.

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-direttiva tirrigwarda pakketti f’imballaġġ minn qabel li fihom prodotti mibjugħa individwalment b’piż jew volum kostanti li ntgħażel bil-quddiem minn min jippakkja u mhuwiex inqas minn 5 grammi jew 5 millilitri u mhux iktar minn 10 kilogrammi jew 10 litri.

L-℮-marka

  • Id-direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex il-prodott imballat minn qabel ikollu ℮-marka. L-℮-marka, imqiegħda ħdejn il-kwantità nominali3, tikkonferma l-konformità mar-regoli tal-UE dwar l-indikazzjoni tal-volum jew il-piż u dwar il-metodi ta’ kejl li għandhom jużaw il-bejjiegħa ta’ prodotti mballati minn qabel. Għalkemm l-℮-marka mhijiex obbligatorja, jekk tkun imwaħħla ma’ prodott dan ifisser li l-prodott jista’ jinbiegħ fl-Istati Membri kollha mingħajr ma jkun hemm bżonn li tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti nazzjonali individwali.
  • Biex jiġi żgurat li l-kwantità murija hija korretta, pakketti bl-℮-marka fuqhom għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin.
    • Il-kwantità medja ta’ prodott f’pakketti li ġejjin mill-istess lott għandha tkun ugwali għal jew akbar mill-kwantità msemmija fuq il-pakkett
    • Il-kwantità nominali tirreferi biss għall-prodott. Din ma tinkludix l-imballaġġ jew kwalunkwe materjali użati biex jiġi protett, immaniġġjat jew ippreservat il-prodott, jew li jservi bħala għajnuna waqt li jintuża.
    • Proporzjon limitat ħafna biss ta’ prodotti mballati minn qabel mill-istess lott jista’ jkollhom ammont iżgħar ta’ prodott minn dak indikat fuq il-pakkett, magħruf bħala “żball negattiv massimu ttollerat”. Il-punt 2.4 tal-Anness 1 tad-direttiva jistabbilixxi dan il-punt f’aktar dettall.
  • Billi jpoġġi l-℮-marka fuq il-prodott, min jippakkja jew l-importatur jiċċertifika li l-pakketti mballati minn qabel jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ din id-direttiva f’termini ta’ kwalità u kontrolli metroloġiċi (aktar dettalji fl-Anness I, Taqsima 5 tad-direttiva u fl-Anness II) .
  • L-ittra “e” trid titqiegħed fl-istess kamp viżiv bħall-indikazzjoni tal-piż nominali jew tal-volum nominali u għandha tkun għolja minimu ta’ 3 millimetri.

Indikazzjoni tal-piż jew tal-volum

  • It-tikkettar għandu jindika l-volum fil-każ ta’ prodotti likwidi u l-piż fil-każ ta’ prodotti oħrajn.
  • It-tikketta tal-prodott imballat minn qabel għandha tinkludi wkoll indikazzjonijiet tal-piż u tal-volum użati fil-prattika kummerċjali jew tkun konformi mar-regolamenti nazzjonali tal-pajjiż tad-destinazzjoni jekk tali indikazzjonijiet ivarjaw bejn l-Istati Membri.
  • L-Istati Membri la jistgħu jipprojbixxu u lanqas jirrestrinġu t-tqegħid fis-suq ta’ imballaġġ li jikkonforma mar-rekwiżiti tad-direttiva dwar l-indikazzjoni tal-volum jew il-massa u l-metodi metroloġiċi użati, u jekk ikollux l-℮-marka.

Atti delegati

Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2019/1243 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni Ewropea biex tadotta atti delegati sabiex tadatta d-Direttiva 76/211/KEE għall-progress tekniku.

MINN META JIBDEW JAPPLIKAW IR-REGOLI?

  • Id-Direttiva 76/211/KEE kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sat-.
  • Fil-Belġju u l-Irlanda kellha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sal-.

SFOND

Għal iktar informazzjoni ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Pakkett imballat minn qabel. Il-kombinazzjoni ta’ prodott u l-imballaġġ individwali li fih ikun imballat minn qabel.
  2. Prodott imballat minn qabel. Prodott hu mballat minn qabel meta jitqiegħed f’imballaġġ ta’ kwalunkwe natura mingħajr ma jkun preżenti x-xerrej u meta l-kwantità ta’ prodott li jkun hemm fl-imballaġġ ikollha valur iddeterminat minn qabel u ma tkunx tista’ tinbidel jekk ma jinfetaħx l-imballaġġ jew jgħaddi minn modifika perċetibbli.
  3. Kwantità nominali. Il-kwantità nominali (piż nominali jew volum nominali) tal-kontenut ta’ pakkett imballat minn qabel hija l-piż jew il-volum indikat fuq il-pakkett imballat minn qabel, jiġifieri l-kwantità ta’ prodott imballat minn qabel jitqies li fih.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/211/KEE tal- fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel (ĠU L 46, , pp. 1-11).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 76/211/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament

Naar boven