Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju

Il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Hija tistabbilixxi politika dwar l-ispettru tar-radju1 madwar l-UE li tassisti fl-ippjanar strateġiku fl-użu tal-ispettru għall-politiki kollha tal-UE fir-rigward tas-suq intern inklużi l-komunikazzjoni elettronika, il-broadband mingħajr fili, il-komunikazzjoni mobbli u l-Internet tal-Oġġetti (IoT), it-trasport, l-enerġija u l-awdjoviżiv.

PUNTI EWLENIN

  • Il-politika tistabbilixxi inventarju tal-użu eżistenti tal-ispettru, programm tal-politika tal-ispettru tar-radju (RSPP), u toħloq pjan direzzjonali għall-futur. Hija ma tindirizzax kwistjonijiet dwar l-ispettru f’oqsma ta’ politika bħall-protezzjoni ċivili, is-sigurtà u d-difiża jew taffettwa d-drittijiet tal-pajjiżi tal-UE fl-użu tal-ispettru għall-materji ta’ sigurtà tagħhom stess.
  • Il-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom jikkooperaw biex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tal-objettivi ta’ politika tal-UE, li qegħdin biex:
    • jippromwovu l-innovazzjoni u l-investiment permezz ta’ flessibbiltà akbar fl-użu tal-ispettru u l-ġestjoni effiċjenti tiegħu sabiex tiġi ssodisfata d-domanda dejjem tikber, billi tiġi riflessa l-importanza soċjali, kulturali u ekonomika tiegħu;
    • jallokaw spettru biex jappoġġja l-objettivi tal-UE u ż-żieda fl-użu tad-data mingħajr fili, jagħmlu disponibbli spettru addizzjonali biex jippermettu lill-UE tkun il-mexxejja fil-broadband mingħajr fili u teknoloġiji ġodda;
    • iħeġġu lill-konsumaturi jibdew jużaw it-teknoloġija diġitali u jikkontribwixxu għall-aġenda diġitali għall-Ewropa, bl-akbar veloċità tal-broadband possibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE;
    • jippromwovu t-trasferiment jew il-lokazzjoni tad-drittijiet tal-ispettru u l-qsim tal-infrastruttura, filwaqt li jevitaw il-konċentrazzjoni ta’ drittijiet ta’ ħsara għall-kompetizzjoni u jiffaċilitaw awtorizzazzjonijiet tal-ispettru ġenerali, minflok individwali;
    • jevitaw interferenza dannuża permezz tal-użu effiċjenti tal-ispettru u jżidu l-immunità tal-apparati għall-interferenza, kif ukoll inaqqsu l-marka tal-karbonju billi jtejbu l-effiċjenza enerġetika.
  • L-UE jrid ikollha biżżejjed kopertura u kapaċità disponibbli biex sal-2020 ikollha l-akbar veloċitajiet tal-broadband mingħajr fili fid-dinja, mhux anqas minn 30 Mbps għaċ-ċittadini kollha. Dan jista’ jinvolvi, b’mod partikolari:
    • ir-rilaxx rapidu ta’ meded ta’ frekwenzi addizzjonali;
    • l-użu tal-medda ta’ 800 MHz madwar l-UE;
    • l-użu tas-satellita jew ta’ soluzzjonijiet ta’ ċelluli żgħar biex jippermettu aċċess għall-internet.
  • Il-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom jiżguraw ukoll id-disponibbiltà tal-frekwenzi tar-radju għal xandir bis-satellita u terrestri awdjoviżiv u innovattiv, meta jkun hemm ħtieġa ċara, u jħarsu l-ħtiġijiet speċifii tal-ispettru li ġejjin:
  • Id-Deċiżjoni 2007/344 tiżgura t-trasparenza armonizzata dwar l-użu tal-ispettru tar-radju fl-UE permezz ta’ punt ta’ informazzjoni komuni msejjaħ EFIS.

MINN META TIBDA TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mill-.

SFOND

Id-Direttiva (UE) 2018/1972, li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, tintroduċi regoli dwar il-koordinazzjoni tal-ispettru tar-radju bejn il-pajjiżi tal-UE u tarmonizza r-regoli dwar il-ġestjoni ta’ dan. Hija tinkludi regoli għall-faċilitazzjoni tad-dħul fis-suq għal atturi ġodda u l-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju. Id-direttiva tħassar id-Direttiva 2002/20/KE u 2002/21/KE mill-.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Spettru tar-radju: fir-radjazzjoni elettromanjetika, il-firxa tal-frekwenzi ta’ bejn it-3 Hz u t-3 000 GHz li tikkorrispondi għar-radju. Il-frekwenzi jġorru sinjali tal-Wi-Fi u tat-telefons mobbli u huma importanti fil-komunikazzjoni tat-trasport, tax-xandir, tas-sikurezza u s-sigurtà pubblika.
  2. L-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (RFID): teknoloġija li tuża kampijiet elettromanjetiċi tal-frekwenza tar-radju biex tidentifika oġġetti li jġorru tikketti meta jersqu qrib qarrej. Ġeneralment it-tikketti ikollhom ċippa elettronika b’antenna biex jgħaddu l-informazzjoni lill-interrogatur (stazzjon bażi jew b’mod aktar ġenerali, qarrej).

DOKUMENT EWLIENI

Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, , pp. 7-17)

l-aħħar aġġornament

Top