EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju

Il-Programm tal-Politika tal-Ispettru tar-Radju

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Hija tistabbilixxi politika dwar l-ispettru tar-radju* madwar l-UE li tassisti fl-ippjanar strateġiku fl-użu tal-ispettru għall-politiki kollha tal-UE fir-rigward tas-suq intern inklużi l-komunikazzjoni elettronika, il-broadband mingħajr fili, il-komunikazzjoni mobbli u l-Internet tal-Oġġetti (IoT), it-trasport, l-enerġija u l-awdjoviżiv.

PUNTI EWLENIN

  • Il-politika tistabbilixxi inventarju tal-użu eżistenti tal-ispettru, programm tal-politika tal-ispettru tar-radju (RSPP), u toħloq pjan direzzjonali għall-futur. Hija ma tindirizzax kwistjonijiet dwar l-ispettru f’oqsma ta’ politika bħall-protezzjoni ċivili, is-sigurtà u d-difiża jew taffettwa d-drittijiet tal-pajjiżi tal-UE fl-użu tal-ispettru għall-materji ta’ sigurtà tagħhom stess.
  • Il-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom jikkooperaw biex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tal-objettivi ta’ politika tal-UE, li qegħdin biex:
    • jippromwovu l-innovazzjoni u l-investiment permezz ta’ flessibbiltà akbar fl-użu tal-ispettru u l-ġestjoni effiċjenti tiegħu sabiex tiġi ssodisfata d-domanda dejjem tikber, billi tiġi riflessa l-importanza soċjali, kulturali u ekonomika tiegħu;
    • jallokaw spettru biex jappoġġja l-objettivi tal-UE u ż-żieda fl-użu tad-data mingħajr fili, jagħmlu disponibbli spettru addizzjonali biex jippermettu lill-UE tkun il-mexxejja fil-broadband mingħajr fili u teknoloġiji ġodda;
    • iħeġġu lill-konsumaturi jibdew jużaw it-teknoloġija diġitali u jikkontribwixxu għall-aġenda diġitali għall-Ewropa, bl-akbar veloċità tal-broadband possibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE;
    • jippromwovu t-trasferiment jew il-lokazzjoni tad-drittijiet tal-ispettru u l-qsim tal-infrastruttura, filwaqt li jevitaw il-konċentrazzjoni ta’ drittijiet ta’ ħsara għall-kompetizzjoni u jiffaċilitaw awtorizzazzjonijiet tal-ispettru ġenerali, minflok individwali;
    • jevitaw interferenza dannuża permezz tal-użu effiċjenti tal-ispettru u jżidu l-immunità tal-apparati għall-interferenza, kif ukoll inaqqsu l-marka tal-karbonju billi jtejbu l-effiċjenza enerġetika.
  • L-UE jrid ikollha biżżejjed kopertura u kapaċità disponibbli biex sal-2020 ikollha l-akbar veloċitajiet tal-broadband mingħajr fili fid-dinja, mhux anqas minn 30 Mbps għaċ-ċittadini kollha. Dan jista’ jinvolvi, b’mod partikolari:
    • ir-rilaxx rapidu ta’ meded ta’ frekwenzi addizzjonali;
    • l-użu tal-medda ta’ 800 MHz madwar l-UE;
    • l-użu tas-satellita jew ta’ soluzzjonijiet ta’ ċelluli żgħar biex jippermettu aċċess għall-internet.
  • Il-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom jiżguraw ukoll id-disponibbiltà tal-frekwenzi tar-radju għal xandir bis-satellita u terrestri awdjoviżiv u innovattiv, meta jkun hemm ħtieġa ċara, u jħarsu l-ħtiġijiet speċifii tal-ispettru li ġejjin:
  • Id-Deċiżjoni 2007/344 tiżgura t-trasparenza armonizzata dwar l-użu tal-ispettru tar-radju fl-UE permezz ta’ punt ta’ informazzjoni komuni msejjaħEFIS.

MINN META TIBDA TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika mill-10 ta’ April 2012.

SFOND

Id-Direttiva (UE) 2018/1972, li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, tintroduċi regoli dwar il-koordinazzjoni tal-ispettru tar-radju bejn il-pajjiżi tal-UE u tarmonizza r-regoli dwar il-ġestjoni ta’ dan. Hija tinkludi regoli għall-faċilitazzjoni tad-dħul fis-suq għal atturi ġodda u l-użu kondiviż tal-ispettru tar-radju. Id-direttiva tħassar id-Direttiva 2002/20/KE u 2002/21/KE mill-20 ta’ Diċembru 2020.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Spettru tar-radju: fir-radjazzjoni elettromanjetika, il-firxa tal-frekwenzi ta’ bejn it-3 Hz u t-3 000 GHz li tikkorrispondi għar-radju. Il-frekwenzi jġorru sinjali tal-Wi-Fi u tat-telefons mobbli u huma importanti fil-komunikazzjoni tat-trasport, tax-xandir, tas-sikurezza u s-sigurtà pubblika.
L-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (RFID): teknoloġija li tuża kampijiet elettromanjetiċi tal-frekwenza tar-radju biex tidentifika oġġetti li jġorru tikketti meta jersqu qrib qarrej. Ġeneralment it-tikketti ikollhom ċippa elettronika b’antenna biex jgħaddu l-informazzjoni lill-interrogatur (stazzjon bażi jew b’mod aktar ġenerali, qarrej).

DOKUMENT EWLIENI

Id-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 81, 21.3.2012, pp. 7-17)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/785 tal-14 ta’ Mejju 2019 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/131/KE (ĠU L 127, 16.5.2019, pp. 23-33)

Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Riformulazzjoni) (ĠU L 321, 17.12.2018, pp. 36-214)

Id-Deċiżjoni (UE) 2017/899 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-użu tal-banda ta’ frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni (ĠU L 138, 25.5.2017, pp. 131-137)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/687 tat-28 ta’ April 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenzi 694-790 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika broadband mingħajr fili u għal użu nazzjonali flessibbli fl-Unjoni (ĠU L 118, 4.5.2016, pp. 4-15)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2 010-2 025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali (ĠU L 63, 10.3.2016, pp. 5-8)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/750 tat-8 ta’ Mejju 2015 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda ta’ frekwenzi 1 452-1 492 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fl-Unjoni (ĠU L 119, 12.5.2015, pp. 27-31)

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni (UE) 2015/750 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/641/UE tal-1 ta’ Settembru 2014 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni (ĠU L 263, 3.9.2014, pp. 29-34)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/276/EU tat-2 ta’ Mejju 2014 dwar l-emendar tad-Deċiżjoni Nru 2008/411/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3 400 u t-3 800 MHz għas-sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (ĠU L 139, 14.5.2014, pp. 18-25)

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-programm tal-politika tal-ispettru tar-radju (COM(2014) 228 final, 22.4.2014)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/EU tal-11 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/928/KE (ĠU L 334, 13.12.2013, pp. 17-36)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/654/UE tat-12 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) (ĠU L 303, 14.11.2013, pp. 48-51)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/195/EU tat-23 ta’ April 2013 li tiddefinixxi arranġamenti prattiċi, formati uniformi u metodoloġija fir-rigward tal-ispettru tar-radju stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju (ĠU L 113, 25.4.2013, pp. 18-21)

Id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/688/EU tal-5 ta’ Novembru 2012 dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenzi 1 920–1 980 MHz u 2 110–2 170 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni (ĠU L 307, 7.11.2012, pp. 84-88)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/344/KE tas-16 ta’ Mejju 2007 dwar id-disponibbiltà armonizzata tal-informazzjoni dwar l-użu tal-ispektrum fil-Komunità (ĠU L 129, 17.5.2007, pp. 67-70)

l-aħħar aġġornament 29.01.2020

Top