Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1351

Politika dwar il-migrazzjoni u ażil tal-UE — Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjonijiet dwar ażil u mekkaniżmu ġdid ta’ solidarjetà (mill-2026)

Politika dwar il-migrazzjoni u ażil tal-UE — Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjonijiet dwar ażil u mekkaniżmu ġdid ta’ solidarjetà (mill-2026)

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2024/1351 dwar ġestjoni tal-ażil u migrazzjoni

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Regolament (UE) 2024/1351, bħala parti mill-patt dwar ażil u migrazzjoni, tal-Unjoni Ewropea (UE), għandu l-għan li jistabbilixxi qafas komprensiv mal-UE kollha għall-ġestjoni tal-ażil u migrazzjoni u għall-funzjonament tas-sistema komuni Ewropea għall-ażil.
  • Dan jissostitwixxi ir-Regolament ta’ Dublin III kurrenti (ara s-sommarju) u jtejjeb is-sistema għad-determinazzjoni ta’ liema Stat Membru tal-UE hu responsabbli biex jeżamina l-applikazzjonijiet għall-ażil.
  • Hu jistabbilixxi sistema permanenti u obbligatorja, però flessibbli, ta’ solidarjetà għal Stati Membri li jkunu qed jiffaċċjaw pressjoni migratorja1 jew sitwazzjoni migratorja sinifikanti2.

PUNTI EWLENIN

Qafas komuni għall-ġestjoni tal-ażil u migrazzjoni

Ir-regolament jistabbilixxi qafas komuni ġdid li jikkontribwixxi għall-approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Hu jġib flimkien komponenti interni u esterni u hu bbażat fuq il-prinċipju tas-solidarjetà u kondiviżjoni ġusta ta’ responsabbiltà bejn Stati Membri.

Bħal parti mill-approċċ komprensiv:

  • L-Istati Membri jridu jpoġġu fis-seħħ strateġiji biex jassikuraw li huma jkollhom il-kapaċità biex iħaddmu sistema ta’ ġestjoni tal-ażil u migrazzjoni li tirrispetta l-liġi tal-UE u l-obbligi legali internazzjonali;
  • il-Kummissjoni Ewropea ser tistabbilixxi strateġija Ewropea għall-ġestjoni tal-ażil u migrazzjoni biex tassikura l-implimentazzjoni konsistenti tal-istrateġiji nazzjonal.

Id-determinazzjoni tar-responsabbiltà għal applikazzjonijiet għal ażil

Ir-regolament għandu l-għan li joffri titjib sinifikanti għall-proċedura li tiddetermina liema Stat Membru jkun responsabbli. B’mod partikolari, hu għandu l-għan li:

  • jistandardizza uħud mill-kriterji tad-determinazzjoni tar-responsabbiltà u jintroduċi kriterji ġodda marbuta mal-akkwist ta’ diploma jew kwalifika fi Stat Membru;
  • jnaqqas l-abbuż u movimenti sekondarji ta’ applikanti bejn Stati Membri (pereżempju billi jissettja obbligi ċari għal applikanti biex japplikaw fl-Istatu Membru tal-ewwel dħul jew soġġorn legali u jibqgħu fl-Istat Membru li jkun deċiż bħala responsabbli, flimkien ma’ konsegwenzi għal applikanti fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tagħhom;
  • jassikura li l-azzjonijiet tal-applikanti ma jwasslux għal xift ta’ responsabbiltà bejn Stati Membri;
  • jipprijotizza każijiet ta’ familja, u jassikura li l-familji jinġabu flimkien kemm jista’ jkun kmieni fil-proċess tal-ażil;
  • jipprovdi proċeduri aktar malajr u aktar effettivi billi jissimplifika l-proċedura ta’ ritorn għal dak l-Istat Membru responsabbli jew billi jqassar l-iskadenzi.

Solidarjetà

Ir-regolament jdaħħal mekkaniżmu permanenti u obbligatorju, imma xorta flessibbli u abbażi ta’ bżonnijiet, u ta’ solidarjetà li jinkludi l-karatteristiċi li ġejjin:

  • Sal-15 ta’ Ottubru ta’ kull sena, il-Kummissjoni:
    • tadotta rapport dwar l-ażil, l-akkoljenza u s-sitwazzjoni migratorja fl-UE u fl-Istati Membri kollha;
    • tiddeċiedi jekk Stat Membru partikolari jkunx taħt pressjoni migratorja, f’riskju ta’ pressjoni migratorja matul is-sena li tkun ġejja jew jekk ikunx qed jiffaċċja sitwazzjoni migratorja sinifikanti;
    • tipproponi n-numru ta’ relokazzjonijiet u kemm kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ solidarjetà li jkunu meħtieġa s-sena li tkun ġejja.
  • Qabel it-tmiem ta’ kull sena, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi r-riżerva ta’ solidarjetà, li tinkludi n-numru ta’ kontribuzzjonijiet ta’ solidarjetà meħtieġa u l-kontribuzzjonijiet speċifiċi pprovduti minn kull Stat Membru. Kontribuzzjonijiet jistgħu jinkludu kontribuzzjonijiet għal relokazzjoni, finanzjarji jew miżuri alternattivi ta’ solidarjetà, bħal skjerament ta’ persunal jew miżuri li jiffukaw fuq il-bini ta’ kapaċitajiet.
  • L-Istati Membri taħt pressjoni migratorja jibbenefikaw minn dawn il-miżuri ta’ solidarjetà li jkunu implimentati matul is-sena li tkun ġejja.
  • L-Istati Membri li jiffaċċjaw sitwazzjoni migratorja sinifikanti jistgħu jitolbu tnaqqisa parzjali jew sħiħa mill-kontribuzzjonijiet imwegħda ta’ solidarjetà.
  • Il-proċess intier ser ikun sorveljat u appoġġjat mill-koordinatur tal-UE għal solidarjetà fil-Kummissjoni.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-regolament japplika mill-. Madanakollu, ċerti dispożizzjonijiet ilhom japplikaw mill-.

L-Irlanda tipparteċipa fir-regolament u d-Danimarka tipparteċipa fil-Partijiet III, V u VII tar-regolament.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

  1. Pressjoni migratorja. Sitwazzjoni kkawżata mill-wasliet ta’ tali skala li joħloqu obbligi sproporzjonati fuq Stat Membru, anki fuq sistema tal-ażil, tal-akkoljenza u tal-migrazzjoni mħejjija sew.
  2. Sitwazzjoni migratorja sinifikanti. Sitwazzjoni, fejn l-effett kumulattiv ta’ wasliet kurrenti u ta’ qabel jwassal biex anki sistema tal-ażil, tal-akkoljenza u tal-migrazzjoni mħejjija sew tilħaq il-limiti tal-kapaċità tagħha.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2024/1351 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1147 u (UE) 2021/1060 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 (ĠU L, 2024/1351, ).

l-aħħar aġġornament .

Fuq