EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0169

Kawża T-169/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Style & Taste vs EUIPO – The Polo/Lauren Company (Rappreżentazzjoni ta’ plejer tal-polo) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattivi li tirrappreżenta plejer tal-polo – Disinn nazzjonali preċedenti – Raġuni relattiva ta’ invalidità – Artikolu 52(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 60(2)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

ĠU C 289, 19.7.2021, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2021 – Style & Taste vs EUIPO – The Polo/Lauren Company (Rappreżentazzjoni ta’ plejer tal-polo)

(Kawża T-169/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattivi li tirrappreżenta plejer tal-polo - Disinn nazzjonali preċedenti - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Artikolu 52(2)(d) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 60(2)(d) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2021/C 289/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Style & Taste, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: L. Plaza Fernández Villa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Polo/Lauren Company LP (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Garayalde Niño, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Jannar 2019 (Każ R 1272/2018-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Style & Taste u The Polo/Lauren Company.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Style & Taste, SL, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019.


Top