EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0931

Kawża C-931/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – l-Awstrija) – Titanium Ltd vs Finanzamt Österreich, li qabel kien Finanzamt Wien (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 43 u 45 – Direttiva 2006/112/KE, kif emendata bid-Direttiva 2008/8/KE – Artikoli 44, 45 u 47 – Provvista ta’ servizzi – Post ta’ tassazzjoni – Kunċett ta’ “stabbiliment permanenti” – Kiri ta’ beni immobbli fi Stat Membru – Proprjetarju ta’ beni immobbli li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fil-gżira ta’ Jersey)

ĠU C 289, 19.7.2021, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 289/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht – l-Awstrija) – Titanium Ltd vs Finanzamt Österreich, li qabel kien Finanzamt Wien

(Kawża C-931/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 43 u 45 - Direttiva 2006/112/KE, kif emendata bid-Direttiva 2008/8/KE - Artikoli 44, 45 u 47 - Provvista ta’ servizzi - Post ta’ tassazzjoni - Kunċett ta’ “stabbiliment permanenti” - Kiri ta’ beni immobbli fi Stat Membru - Proprjetarju ta’ beni immobbli li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fil-gżira ta’ Jersey)

(2021/C 289/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Titanium Ltd

Konvenut: Finanzamt Österreich, li qabel kien Finanzamt Wien

Dispożittiv

Proprjetà immobbli mogħtija b’kiri fi Stat Membru, f’ċirkustanzi fejn il-proprjetarju ta’ din il-proprjetà immobbli ma għandux il-persunal tiegħu stess sabiex jeżegwixxi l-provvista marbuta mal-kiri, ma hijiex stabbiliment permanenti fis-sens tal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud kif ukoll tal-Artikoli 44 u 45 tad-Direttiva 2006/112 kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008.


(1)  ĠU C 87, 16.3.2020.


Top