EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32002R1823
Commission Regulation (EC) No 1823/2002 of 11 October 2002 amending for the fifth time Council Regulation (EC) No 881/2002 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities associated with Usama bin Laden, the Al-Qaida network and the Taliban, and repealing Council Regulation (EC) No 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) numru 1823/2002 tal-11 ta' Ottubru 2002 li jemenda għall-ħames darba ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi li jirrestrinġu kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati m' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 467/2001
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) numru 1823/2002 tal-11 ta' Ottubru 2002 li jemenda għall-ħames darba ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi li jirrestrinġu kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati m' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 467/2001
ĠU L 276, 12.10.2002, p. 26–27
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 276 , 12/10/2002 P. 0026 - 0027
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) numru 1823/2002 tal-11 ta' Ottubru 2002 li jemenda għall-ħames darba ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi li jirrestrinġu kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati m' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 467/2001 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi li jirrestrinġu kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 467/2001 li jipprojbixxi l-esprotazzjoni ta' ċerta merkanzija u servizzi lill-Afganistan, li jsaħħaħ il-projbizzjoni tal-ġlied u li jestendi l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra tat-Taliban ta' l-Afganistan [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 1754/2002 [2], partikolarment l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu, Billi: (1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament. (2) Fl-10 ta' Ottubru 2002, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet lill-min l-iffriżar tal-fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom jgħoddu u, għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat skond dan. (3) Biex jiġi assigurat illi l-miżuri previsti f' dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandhu jidħol fis-seħħ immedjatament, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 881/2002 huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-inter tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Ottubru 2002. Għall-Kummissjoni Christopher Patten Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9. [2] ĠU L 264, tat-2.10.2002, p. 23. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS I għar-Regolament (KE) Numru 881/2002 huwa emendat kif gej: Il-persuni legali, gruppi jew entitajiet li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma' l-intestatura "Persuni legali, gruppi u entitajiet": 1. Grupp Islamiku Kombattenti Marokkin (magħruf ukoll bħala GICM jew Groupe Islamique Combattant Marocain) 2. Grupp Kombattenti Tuniżin (magħruf ukoll bħala GCT jew Groupe Combattant Tunisien). --------------------------------------------------