32002R1823



Official Journal L 276 , 12/10/2002 P. 0026 - 0027


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) numru 1823/2002

tal-11 ta' Ottubru 2002

li jemenda għall-ħames darba ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi li jirrestrinġu kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati m' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi li jirrestrinġu kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma' Usama bin Laden, in-networks ta' l-Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Numru 467/2001 li jipprojbixxi l-esprotazzjoni ta' ċerta merkanzija u servizzi lill-Afganistan, li jsaħħaħ il-projbizzjoni tal-ġlied u li jestendi l-iffriżar tal-fondi u riżorsi finanzjarji oħra tat-Taliban ta' l-Afganistan [1], kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Numru 1754/2002 [2], partikolarment l-Artikolu 7(1), l-ewwel inċiż, tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2) Fl-10 ta' Ottubru 2002, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet lill-min l-iffriżar tal-fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom jgħoddu u, għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat skond dan.

(3) Biex jiġi assigurat illi l-miżuri previsti f' dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandhu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Numru 881/2002 huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-inter tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Ottubru 2002.

Għall-Kummissjoni

Christopher Patten

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 139, tad-29.5.2002, p. 9.

[2] ĠU L 264, tat-2.10.2002, p. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS

ANNESS I għar-Regolament (KE) Numru 881/2002 huwa emendat kif gej:

Il-persuni legali, gruppi jew entitajiet li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma' l-intestatura "Persuni legali, gruppi u entitajiet":

1. Grupp Islamiku Kombattenti Marokkin (magħruf ukoll bħala GICM jew Groupe Islamique Combattant Marocain)

2. Grupp Kombattenti Tuniżin (magħruf ukoll bħala GCT jew Groupe Combattant Tunisien).

--------------------------------------------------