This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R2692
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/2692 of 17 October 2024 amending Annexes I and VIII to Implementing Regulation (EU) 2021/620 as regards the approval or withdrawal of the disease-free status of certain Member States or zones thereof as regards certain listed diseases and the approval of eradication programmes for certain listed diseases
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2692 tas-17 ta’ Ottubru 2024 li jemenda l-Annessi I u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni jew l-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew żoni tagħhom, rigward ċertu mard elenkat u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2692 tas-17 ta’ Ottubru 2024 li jemenda l-Annessi I u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni jew l-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew żoni tagħhom, rigward ċertu mard elenkat u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat
C/2024/7167
ĠU L, 2024/2692, 18.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2692/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2692 |
18.10.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2692
tas-17 ta’ Ottubru 2024
li jemenda l-Annessi I u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 rigward l-approvazzjoni jew l-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ ċerti Stati Membri jew żoni tagħhom, rigward ċertu mard elenkat u l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard elenkat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 42(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-mard elenkat f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu, u jispeċifika kif dawk ir-regoli jridu jiġu applikati għall-kategoriji differenti tal-mard elenkat. Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi wkoll l-approvazzjoni jew l-irtirar mill-Kummissjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom rigward ċertu mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tiegħu. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li l-Istati Membri jistabbilixxu programmi tal-eradikazzjoni obbligatorji għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (b), tiegħu u programmi tal-eradikazzjoni fakultattivi għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (c), tiegħu, u għall-approvazzjoni ta’ dawn il-programmi mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi l-kriterji għall-għoti, għaż-żamma, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom, u r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tal-programmi tal-eradikazzjoni għall-Istati Membri jew għaż-żoni jew għall-kompartimenti tagħhom. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (3) jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-mard elenkat, imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, tal-annimali, fir-rigward tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew tal-kompartimenti tagħhom, u l-approvazzjoni tal-programmi tal-eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat. B’mod aktar partikolari, dan jelenka fl-Annessi tiegħu, l-Istati Membri jew iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom bi status approvat ta’ ħelsien mill-mard, u bil-programmi tal-eradikazzjoni obbligatorji jew fakultattivi approvati eżistenti. Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tinbidel fl-Unjoni ta’ ċertu mard elenkat, jenħtieġ li jiġu emendati l-Annessi I u VIII ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(4) |
L-ewwel nett, għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini miżmuma, fil-11 ta’ Diċembru 2023 l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa primarja fil-provinċja ta’ Alessandria fir-Reġjun tal-Piemonte, segwita minn żewġ tifqigħat sekondarji fl-istess provinċja nnotifikati fit-8 ta’ Jannar 2024 u fl-1 ta’ Awwissu 2024. Peress li r-Reġjun kollu tal-Piemonte għandu status ta’ ħelsien mill-mard u huwa elenkat fil-Kapitolu 2 tal-Parti I tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini miżmuma tiġi rtirata mill-provinċja ta’ Alessandria fir-Reġjun tal-Piemonte u l-entrata għall-Italja f’dik il-lista jenħtieġ li tiġi emendata kif xieraq. |
|
(5) |
It-tieni, fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) (infezzjoni bil-BTV), iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, u l-Iżvezja nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ infezzjoni tas-serotip 3 tal-BTV. Fir-rigward ta’ dik il-marda, it-tifqigħat fil-Ġermanja ġew innotifikati fiż-żona li għad għandha status ta’ ħelsien mill-mard. Barra minn hekk, l-Awstrija nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa waħda ta’ infezzjoni tas-serotip 4 tal-BTV. Barra minn hekk, l-Italja u Spanja nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ infezzjoni tas-serotip 8 tal-BTV. L-Italja fir-reġjun ta’ Valle d’Aosta, u Spanja fil-komunità awtonoma tal-Katalonja qrib il-provinċja ta’ Huesca fil-komunità awtonoma ta’ Aragona, u fil-komunità awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi. Peress li t-territorju kollu taċ-Ċekja, il-Lussemburgu u d-Danimarka, il-Ġermanja (ħlief għal Bundesland Bremen, Hessen, Niedersachsen, Nordrhein-Westfalen, Rheinland-Pfalz), u t-territorju kollu tal-Awstrija u tal-Iżvezja, ir-reġjun ta’ Valle d’Aosta fl-Italja, u l-komunità awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi, u l-komunità awtonoma ta’ Aragona fi Spanja għandhom status ta’ ħelsien mill-mard, u huma elenkati fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard mill-infezzjoni bil-BTV tiġi rtirata mit-territorju kollu tad-Danimarka, tal-Lussemburgu, tal-Ġermanja kif deskritt qabel, tal-Awstrija, tal-Iżvezja, diversi reġjuni taċ-Ċekja, ir-reġjun ta’ Valle d’Aosta fl-Italja, kif ukoll mill-komunità awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi u mill-provinċja ta’ Huesca fil-komunità awtonoma ta’ Aragona fi Spanja. Għalhekk, jenħtieġ li l-entrati għaċ-Ċekja, għad-Danimarka, għall-Ġermanja, għal Spanja, għall-Italja, għal-Lussemburgu, għall-Awstrija u għall-Iżvezja f’dik il-lista jiġu emendati kif xieraq. |
|
(6) |
Barra minn hekk, Spanja infurmat lill-Kummissjoni li estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-programm tal-eradikazzjoni fakultattiv għall-infezzjoni bil-BTV li diġà ġie approvat għaż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, biż-żieda tal-komunità awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi u żona li tinkludi l-provinċja ta’ Huesca fil-komunità awtonoma ta’ Aragona. Għalhekk, dawk iż-żoni jenħtieġ li jiżdiedu mal-entrata għal Spanja fil-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, u tiġi approvata l-emenda proposta għall-programm tal-eradikazzjoni fakultattiv għall-infezzjoni bil-BTV. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġu emendati kif xieraq. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformita mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi tal-eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/689/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi tal-eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/620/oj).
ANNESS
L-Annessi I u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, il-Parti I, il-Kapitolu 2, l-entrata għall-Italja hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2692/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)