EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1315

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1315 tat-23 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat u r-Regolament (UE) 2022/2473 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/4278

ĠU L 167, 30.6.2023, p. 1–90 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1315/oj

30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 167/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1315

tat-23 ta’ Ġunju 2023

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat u r-Regolament (UE) 2022/2473 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 108(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (1), u b’mod partikolari tal-Artikolu 1(1), il-punti (a) u (b) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

It-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat hija essenzjali għall-applikazzjoni korretta tar-regoli tat-Trattat u twassal għal konformità aħjar, għal aktar akkontabilità, għal rieżami bejn il-pari u, fl-aħħar mill-aħħar, għal nefqa pubblika aktar effettiva. Minħabba l-importanza tat-trasparenza u, b’mod partikolari, li l-limiti tal-pubblikazzjoni fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (2) jiġu allinjati mal-limiti l-ġodda fil-Linji Gwida u fl-oqfsa kollha tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat li reċentement ġew riveduti, il-limitu li meta jinqabeż trid tiġi ppubblikata l-informazzjoni msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, dwar l-għotjiet ta’ għajnuna individwali jenħtieġ li jiġi stabbilit fl-ammont ta’ EUR 100 000. Jenħtieġ li dak il-limitu jkun EUR 10 000 għall-benefiċjarji attivi fil-produzzjoni agrikola primarja u għall-benefiċjarji attivi fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, minbarra dawk li għalihom tapplika t-Taqsima 2a tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, u EUR 500 000 għall-għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-fond InvestEU skont it-Taqsima 16 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014. Għal għajnuna individwali li taqbeż dawk il-limiti, l-informazzjoni msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jeħtieġ li tiġi ppubblikata fi żmien 6 xhur mid-data li fiha tingħata l-għajnuna. Għal għajnuna li ma taqbiżx dawn il-limiti, il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), il-punti (a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 tista’ ssir aktar tard.

(2)

Sabiex ikun hemm prevedibbiltà u ċertezza legali għall-implimentazzjoni tal-emendi għar-Regolament (UE) Nru 651/2014 introdotti b’dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li jappoġġjaw it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, huwa xieraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jiġi estiż bi tliet snin sal-31 ta’ Diċembru 2026.

(3)

Fejn xieraq, ġew introdotti aġġustamenti għal-limiti ta’ notifika u l-ammonti ta’ għajnuna fit-Taqsimiet taħt rieżami speċifiku bħala parti mill-emenda attwali, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-iżviluppi tas-suq u l-prattika tal-każijiet tal-Kummissjoni. Fid-dawl tal-perjodu twil ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 sa minn meta ġie adottat fl-2014, flimkien mal-livelli ta’ inflazzjoni għoljin attwali, huwa xieraq li jiżdiedu l-limiti ta’ notifika u l-ammonti massimi ta’ għajnuna wkoll fit-Taqsimiet tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 li mhumiex soġġetti għal rieżami speċifiku. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li żieda ġenerali ta’ 10 % fil-limiti ta’ notifika u fl-ammonti ta’ għajnuna għat-Taqsimiet li jifdal tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 hija xierqa fid-dawl tal-mogħdija taż-żmien mill-introduzzjoni tagħhom u tal-livelli attwali ta’ inflazzjoni u, għalhekk, ma twassalx għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jmorru kontra l-interess komuni.

(4)

Wara l-adozzjoni tal-Linji Gwida riveduti dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2022 (3), id-definizzjonijiet u l-Artikoli relatati mal-għajnuna reġjonali fir-Regolament (UE) Nru 651/2014 jenħtieġ li jiġu allinjati sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn is-settijiet differenti ta’ regoli li jimmiraw lejn l-istess objettivi. Jenħtieġ li anki t-Taqsima 1 tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 tiġi aġġustata sabiex jitqiesu l-bidliet fis-suq u fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (4) u l-objettivi tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-għajnuna operatorja għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tad-depopolazzjoni jenħtieġ li tiġi estiża għal żoni b’popolazzjoni baxxa, sabiex jiġi ffaċilitat appoġġ aħjar f’żoni li qed jiffaċċjaw sfidi demografiċi. Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 fil-każ ta’ proġetti megħjuna ta’ inqas minn EUR 50 miljun imwettqin minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”), jenħtieġ li l-limiti ta’ notifika jiġu aġġustati kif xieraq u jiġu ċċarati.

(5)

F’konformità mal-objettivi tal-Istrateġija għall-SMEs għal Ewropa Sostenibbli u Diġitali (6), il-Kummissjoni tixtieq tiċċara li l-għajnuna mill-Istat mogħtija għal konsulenza għall-SMEs tista’ tingħata fil-forma ta’ vawċers, pereżempju sabiex jiġu promossi servizzi ta’ konsulenza ekoloġika. Barra minn hekk, meta jagħtu għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw regoli simplifikati għall-SMEs bil-għan li jnaqqsu l-piż amministrattiv u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-SMEs fi proċeduri kompetittivi ta’ offerti.

(6)

Skont il-Komunikazzjoni “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” (7) u dwar Strateġija Ewropea għad-Data (8), hemm bżonn li jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet diġitali jgħinu lill-Ewropa taqbad triqitha lejn trasformazzjoni diġitali li taħdem għall-benefiċċju tan-nies b’rispett għall-valuri Ewropej. L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida għall-Ewropa (9) tistabbilixxi li l-Ewropa teħtieġ riċerka u teknoloġiji u suq uniku b’saħħtu li jneħħi l-ostakli u jelimina l-burokrazija żejda. Tirrikonoxxi li l-intensifikazzjoni tal-investiment fir-riċerka, fl-innovazzjoni, fl-iskjerament u fl-infrastruttura aġġornata tgħin sabiex jiġu żviluppati proċessi ta’ produzzjoni ġodda u fl-istess ħin toħloq l-impjiegi. F’dak ir-rigward, il-proġetti ta’ riċerka u s-servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni jinkludu wkoll l-iżvilupp jew it-titjib ta’ prodotti, ta’ proċessi jew ta’ servizzi diġitali, fi kwalunkwe qasam, teknoloġija, industrija jew settur (inklużi, iżda mhux limitati għal, industriji diġitali, infrastrutturi u teknoloġiji diġitali, bħas-supercomputing, it-teknoloġiji kwantistiċi, it-teknoloġiji tal-blockchain, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, il-big data u t-teknoloġiji tal-cloud).

(7)

Sabiex titħaffef l-implimentazzjoni ta’ ċerti proġetti innovattivi relatati ma’ proġetti li jinvolvu diversi Stati Membri, huwa xieraq li jiġu introdotti limiti ta’ notifika u intensitajiet tal-għajnuna ogħla għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp li jwasslu benefiċċji transkonfinali f’termini ta’ kollaborazzjonijiet effettivi u tixrid tal-għarfien.

(8)

Fid-dawl tal-introduzzjoni ta’ eżenzjonijiet ta’ kategorija ddedikati għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”), deżinjati bħala żvilupp lokali tal-LEADER skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u l-proġetti tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola (“EIP”) fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2472 (10), huwa xieraq li, minn naħa, jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni ta’ kategorija attwali għall-proġetti tas-CLLD skont ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 lil hinn mill-proġetti mmarkati bħal LEADER u, min-naħa l-oħra, li titħassar l-eżenzjoni ta’ kategorija għall-proġetti tal-EIP skont ir-Regolament (UE) Nru 651/2014.

(9)

Huwa xieraq li fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jiġu inklużi kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà għall-għajnuna lill-mikrointrapriżi fil-forma ta’ interventi pubbliċi li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass naturali jew tas-sħana. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi tal-Unjoni meta jikkwalifikaw bħala interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet. Dawk il-miżuri jenħtieġ li majiddiskriminawx bejn il-fornituri u lanqas bejn il-mikrointrapriżi u jenħtieġ li jirriżultaw fi prezz bl-imnut ogħla mill-ispiża, f’livell fejn tista’ sseħħ kompetizzjoni effettiva bejn il-bejjiegħa bl-imnut.

(10)

Sabiex jittaffew l-effetti taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 (11) b’mod eċċezzjonali jippermetti li l-Istati Membri japplikaw, fuq bażi temporanja, miżuri ta’ intervent pubbliku fl-iffissar tal-prezzijiet għall-provvista tal-elettriku għall-SMEs, inklużi obbligi ta’ provvista bi prezz inqas mill-ispiża. Għalhekk, huwa xieraq ukoll li fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jiġu inklużi kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà għall-għajnuna lill-SMEs fil-forma ta’ interventi pubbliċi temporanji li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana prodotta mill-gass naturali, biex jittaffa l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dawk il-miżuri jenħtieġ li ma jiddiskriminawx bejn l-SMEs jew il-fornituri jew jimponu spejjeż inġusti fuqhom. Għalhekk jenħtieġ li l-fornituri jiġu kkumpensati għall-spejjeżispejjeż li jġarrbu biex ifornu bi prezzijiet regolati jekk l-intervent pubbliku jirrikjedi li huma jfornu bi prezz inqas mill-ispiża. Sabiex jiġi evitat li miżuri bħal dawk iżidu d-domanda għall-elettriku, għall-gass naturali jew għas-sħana prodotta mill-gass naturali jew mill-elettriku, jenħtieġ li l-prezzijiet regolati jkopru biss ammont limitat ta’ konsum u jenħtieġ li ma jirriżultawx fi prezz medju tal-provvisti li jkun aktar baxx mill-prezzijiet qabel l-agressjoni kontra l-Ukrajna.

(11)

L-għajnuna għall-kostruzzjoni jew għat-titjib tal-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni prinċipalment tindirizza l-falliment tas-suq li jirriżulta minn informazzjoni imperfetta u asimmetrika jew minn koordinazzjoni li ma ħadmitx. Għall-kuntrarju tal-infrastrutturi tar-riċerka, l-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni jintużaw b’mod predominanti għal attivitajiet ekonomiċi u, b’mod aktar speċifiku, għall-forniment ta’ servizzi lill-impriżi. Il-kostruzzjoni jew it-titjib ta’ infrastruttura tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni tal-ogħla livell jinvolvu spejjeż kbar ta’ investiment minn qabel, li flimkien ma’ bażi ta’ klijenti inċerta, jistgħu jagħmlu l-aċċess għall-finanzjament privat diffiċli. L-aċċess għal infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni ffinanzjati b’mod pubbliku jrid jingħata lil bosta utenti fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja u skont it-termini tas-suq. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tal-utenti għall-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni, it-tariffi tal-utenti tagħhom jistgħu jitnaqqsu f’konformità ma’ dispożizzjonijiet oħrajn tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jew tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (12). Jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jiġux irrispettati, il-miżura tista’ tinvolvi għajnuna mill-Istat lill-utenti tal-infrastruttura. F’sitwazzjonijiet bħal dawk, jenħtieġ li l-għajnuna lill-utenti jew għall-bini jew għat-titjib tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika biss jekk l-għajnuna lill-utenti tingħata f’konformità mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat. Diversi partijiet jistgħu jkunu sidien u joperaw infrastruttura partikolari tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni, u l-entitajiet u l-impriżi pubbliċi jistgħu jużaw ukoll l-infrastruttura b’mod kollaborattiv. L-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni huma magħrufa wkoll bħala infrastrutturi tat-teknoloġija.

(12)

L-għajnuna għar-clustersclusters tal-innovazzjoni għandha l-għan li tindirizza l-fallimenti tas-suq marbutin ma’ problemi ta’ koordinazzjoni li jxekklu l-iżvilupp tar-clusters, jew li jillimitaw l-interazzjonijiet u l-flussi tal-għarfien fil-clusters. L-għajnuna mill-Istat tista’ jew tappoġġa l-investiment f’infrastrutturi miftuħa u kondiviżi għall--clusters tal-innovazzjoni, jew tappoġġa l-operat tal-clusters, bl-għan li ttejjeb il-kollaborazzjoni, in-networking u l-apprendiment. Madankollu, jenħtieġ li l-għajnuna operatorja għar-clusters tal-innovazzjoni tkun permessa biss għal perjodu limitat mhux itwal minn 10 snin. Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-faċilitajiet ta’ -sclusters tal-innovazzjoni jew il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal--clusters tal-innovazzjoni, l-aċċess jista’ jiġi offrut bi prezzijiet imnaqqsin f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jew mar-Regolament (UE) No 1407/2013.

(13)

L-għajnuna għal attivitajiet tal-innovazzjoni hija prinċipalment immirata lejn il-fallimenti tas-suq relatati mal-esternalitajiet pożittivi (effetti konsegwenzjali tal-għarfien), mad-diffikultajiet fil-koordinazzjoni u, sa ċertu punt, mal-informazzjoni asimmetrika. Fir-rigward tal-SMEs dik l-għajnuna għall-innovazzjoni tista’ tingħata biex jinkisbu, jiġu vvalidati u difiżi privattivi u assi intanġibbli oħrajn, għall-issekondar ta’ persunal bi kwalifiki għolja, u għall-akkwist ta’ servizzi ta’ konsulenza u ta’ appoġġ għall-innovazzjoni, pereżempju dawk provduti minn organizazzjonijiet ta’ riċerka u ta’ tixrid tal-għarfien, minn infrastrutturi ta’ riċerka, minn infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni jew minn clusters tal-innovazzjoni.

(14)

In-networks backhaul huma prerekwiżit għall-introduzzjoni ta’ netwerks ta’ aċċess kemm fissi kif ukoll mobbli f’żoni fejn ma jkunx hemm infrastruttura bħal dik jew fejn x’aktarx ma tkun se tiġi żviluppata l-ebda infrastruttura bħal dik fil-futur qrib. L-għajnuna mill-Istat mogħtija biex tappoġġa l-introduzzjoni ta’ ċerti networks backhaul effiċjenti li huma ta’ benefiċċju kemm għan-networks fissi kif ukoll għal dawk mobbli jenħtieġ li titqies kompatibbli mas-suq intern u jenħtieġ li tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika taħt ċerti kundizzjonijiet, sabiex tgħin biex jitnaqqas id-distakk diġitali f’żoni ta’ falliment tas-suq, filwaqt li tillimita r-riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ta’ esklużjoni tal-investiment privat.

(15)

Wara l-adozzjoni tal-linji Gwida riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni ta’ investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju (13) għall-perjodu mill-2022, id-definizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet oħra relatati mal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs fir-Regolament (UE) Nru 651/2014 jenħtieġ li jiġu allinjati mal-linji Gwida riveduti sabiex tiġi żgurata l-konsistenza. L-SMEs huma l-pedament tal-ekonomiji tal-Istati Membri, kemm f’termini ta’ impjieg kif ukoll f’termini ta’ dinamiżmu u ta’ tkabbir ekonomiku, u għalhekk huma wkoll ċentrali għall-iżvilupp ekonomiku u għar-reżiljenza tal-Unjoni kollha kemm hi. Huma jipprovdu soluzzjonijiet innovattivi sabiex jiġu indirizzati sfidi bħat-tibdil fil-klima, l-użu ineffiċjenti tar-riżorsi u t-telfien tal-koeżjoni soċjali, u jgħinu biex ixerrdu dik l-innovazzjoni li tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u li ssaħħaħ ir-reżiljenza jew is-sovranità teknoloġika tal-Unjoni. Madankollu, biex ikunu jistgħu jikbru u jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tagħhom, l-SMEs għandhom bżonn aċċess għal finanzjament. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jiġi stimolat il-ħolqien ta’ suq effiċjenti tal-finanzjament ta’ riskju, sabiex l-SMEs ikunu jistgħu jiksbu aċċess għall-finanzjament neċessarju f’kull stadju tal-iżvilupp tagħhom. Sakemm dak is-suq ma jkunx għadu stabbilit bis-sħiħ, l-għajnuna lill-SMEs u lin-negozji ġodda għall-aċċess għall-finanzjament tindirizza l-fallimenti tas-suq jew ostakli rilevanti oħrajn li jżommuhom milli jattiraw il-finanzjament li jeħtieġu sabiex jiżviluppaw sal-potenzjal sħiħ tagħhom. L-SMEs, speċjalment meta jkunu għadhom jibdew, jew f’setturi ġodda jew tat-teknoloġija avvanzata, spiss ma jkunux jistgħu juru l-affidabbiltà kreditizja tagħhom lill-investituri. L-evalwazzjoni (14) tar-regoli rilevanti mwettqa fl-2019 u fl-2020 ikkonfermat il-persistenza ta’ dawk il-fallimenti tas-suq jew ostakli rilevanti oħrajn, sitwazzjoni li x’aktarx titgħarraq mill-pandemija tal-COVID-19 u mill-konsegwenzi tas-sitwazzjoni politika u ekonomika kurrenti fl-Ewropa minħabba l-gwerra ta’ agressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Sabiex tiġi ffaċilitata aktar l-adozzjoni ta’ għajnuna bħal dik sabiex jiġu żgurati l-prospetti ta’ tkabbir tal-SMEs u r-reżiljenza ġenerali tal-ekonomija tal-Unjoni u sabiex ikun hemm aktar ċarezza, jenħtieġ li jiġu riveduti l-istruttura u l-firxa tad-dispożizzjonijiet dwar il-finanzjament ta’ riskju. Il-proġetti eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond għall-Innovazzjoni jistgħu jikkwalifikaw għal aċċess aktar permissiv għall-finanzjament għal “intrapriżi innovattivi” kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (80) tar-Regolament (UE) Nru 651/2014.

(16)

Minbarra l-adozzjoni ta’ linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għal-protezzjoni tal-ambjent u għall-enerġija (15) applikabbli mis-27 ta’ Jannar 2022, jenħtieġ li jiġu aġġustati definizzjonijiet u dispożizzjonijiet oħra fir-Regolament (UE) Nru 651/2014 relatati mal-għajnuna fl-oqsma tal-protezzjoni tal-ambjent, inkluża l-protezzjoni tal-klima, u l-enerġija sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn is-settijiet differenti ta’ regoli li jimmiraw lejn l-istess objettivi. Il-kamp ta’ applikazzjoni tat-Taqsima 7 tal-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jenħtieġ li jiġi aġġustat biex jitqiesu l-bidliet fis-suq u l-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-objettivi tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, kif ukoll il-miżuri previsti fil-pjan REPowerEU tal-Kummissjoni (16) biex jiġu indirizzati l-impatti tal-gwerrra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u biex jittaffa kwalunkwe effett negattiv fuq it-tranżizzjoni ekoloġika aċċellerata, inklużi d-dispożizzjonijiet introdotti biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 fl-2021 (17). Meta jfasslu l-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jikkombinaw l-għajnuna skont dispożizzjonijiet differenti tar-Regolament (UE) Nru 651/2014, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti kollha, inklużi dawk dwar l-akkumulazzjoni.

(17)

L-għajnuna għall-investiment li għandha l-għan li tappoġġa l-akkwist jew il-lokazzjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew ta’ vetturi nodfa jew il-modifika retroattiva ta’ vetturi, li tippermettilhom jikkwalifikaw bħala vetturi b’emissjonijiet żero jew vetturi nodfa, tikkontribwixxi għall-bidla lejn mobbiltà b’emissjonijiet żero u sabiex jintlaħqu l-miri ambizzjużi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, prinċipalment it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tat-trasport. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat li jappoġġaw il-mobbiltà nadifa, huwa xieraq li jiġu introdotti kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kompatibbiltà sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tkun proporzjonata u ma tfixkilx il-kompetizzjoni bla bżonn billi d-domanda tiġi ttrasferita lil hinn minn alternattivi aktar nodfa. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 dwar l-għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-irriċarġjar elettriku u tar-riforniment tal-idroġenu jenħtieġ li jiġi estiż sabiex ikopri wkoll l-infrastruttura tar-riforniment li tforni idroġenu mhux rinnovabbli, sakemm tkun teżisti triq ċara lejn id-dekarbonizzazzjoni tal-idroġenu fornit. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-għajnuna għall-infrastruttura tal-irriċċarġjar u tar-riforniment tkun disponibbli wkoll għall-infrastruttura li ma hijiex aċċessibbli għall-pubbliku.

(18)

Xieraq li fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jiġu inklużi kundizzjonijiet speċifiċi ta’ kompatibbiltà għall-għajnuna għall-idroġenu f’konformità mal-objettivi tal-istrateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima (18) u għall-ħżin.

(19)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 dwar l-għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jenħtieġ li jiġu estiżi għall-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, f’konformità mad-Direttiva (UE) Nru 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19). Fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, flimkien ma’ tipi differenti ta’ impriżi, jistgħu jieħdu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 651/2014. F’dak il-kuntest, il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u taċ-ċittadini kif definiti fid-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20) jistgħu jikkwalifikaw bħala SMEs sa fejn jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 651/2014.

(20)

Huwa xieraq li fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jiġu inklużi kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà għall-għajnuna għall-investiment għar-riabilitazzjoni tal-ħabitats u tal-ekosistemi naturali, għall-protezzjoni u għar-restawr tal-bijodiversità u għal soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima f’konformità mal-objettivi tal-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030 (21), mal-objettivi tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, mal-istrateġija tal-UE għall-adattament għat-tibdil fil-klima (22) u mal-Komunikazzjoni dwar Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli (23). Dawk il-kundizzjonijiet jenħtieġ li jiżdiedu mad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-għajnuna għar-rimedjar ta’ siti kkontaminati. Għalhekk, l-għajnuna għall-investiment f’dawk l-oqsma jenħtieġ li titqies kompatibbli mas-suq intern u tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, taħt ċerti kundizzjonijiet. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-konformità mal-“prinċipju ta’ min iniġġes iħallas”, li skontul-ispejjeż tal-miżuri sabiex jiġi indirizzat it-tniġġis jenħtieġ li jitħallsu minn min jikkawża t-tniġġis.

(21)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 dwar l-għajnuna għall-investiment għar-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-iskart jenħtieġ li jiġu adattati u estiżi biex jindirizzaw l-iżviluppi fis-suq u, f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari (24), biex jirriflettu l-bidla lejn miżuri mmirati lejn il-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi u l-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. Is-sostituzzjoni ta’ materja prima primarja jew ta’ feedstock b’ materja sekondarja (użata mill-ġdid jew riċiklata) jew feedstock irkuprat tnaqqas il-pressjoni fuq ir-riżorsi naturali, toħloq tkabbir sostenibbli u impjiegi u ssaħħaħ ir-reżiljenza.

(22)

Huwa neċessarju li fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jiġu inklużi kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà għall-għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxa ambjentali jew fl-imposti. It-taxxi ambjentali jew imposti parafiskali huma imposti sabiex iżidu l-ispejjeż marbuta ma’ mġiba li tagħmel ħsara lill-ambjent, biex b’hekk jiskoraġġixxu dik l-imġiba u jżidu l-livell ta’ protezzjoni tal-ambjent. Meta t-taxxi ambjentali jew l-imposti parafiskali ma jkunux jistgħu jiġu infurzati mingħajr ma jitqiegħdu f’riskju l-attivitajiet ekonomiċi ta’ ċerti impriżi, l-għoti ta’ trattament aktar favorevoli lil xi impriżi jista’ jippermetti li jinkiseb livell ġenerali ogħla ta’ kontribuzzjoni għat-taxxi ambjentali jew għall-imposti parafiskali. Għaldaqstant, f’xi ċirkustanzi, it-tnaqqis fit-taxxi jew fl-imposti ambjentali jista’ jikkontribwixxi indirettament biex ikun hemm livell ogħla ta’ protezzjoni tal-ambjent.

(23)

Huwa xieraq li jiġu applikati l-istess kundizzjonijiet għall-għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis u eżenzjonijiet fit-taxxi ambjentali fis-setturi ekonomiċi kollha sakemm ma jkunux japplikaw regoli speċjali. Għalhekk, jenħtieġ li l-għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxa għas-sajd fl-ilmijiet interni u għax-xogħlijiet pixxikulturali adottati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 15(1), il-punt (f) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (25), tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 mill-1 ta’ Lulju 2023, peress illi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2473 (26) ma jkunx japplika aktar f’dan ir-rigward.

(24)

Fir-rigward tal-għajnuna għall-investiment għal sistemi ta’ tisħin u/jew ta’ tkessiħ distrettwali, il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 dwar l-appoġġ għal investimenti f’sistemi ta’ tisħin u/jew ta’ tkessiħ distrettwali li huma bbażati fuq fjuwils fossili, b’mod partikolari fuq il-gass naturali, kif ukoll investimenti fin-networks ta’ distribuzzjoni jew titjib fihom, jenħtieġ li jiġu aġġustati sabiex jitqiesu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, u b’mod partikolari l-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli (27).

(25)

Fir-rigward tal-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jenħtieġ li jinkludi eżenzjonijiet ta’ kategorija biex jingħata appoġġ lill-investimenti li ma jinsabux f’żoni megħjuna. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 dwar l-appoġġ lill-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija, għall-gass naturali, jeħtieġ li jiġu aġġustati sabiex jitqiesu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u sabiex tiġi żgurata l-konformità meħtieġa mal-miri klimatiċi tal-2030 u tal-2050.

(26)

Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-finanzjament ta’ proġetti tal-industrija tad-difiża, fejn id-domanda tiġi kważi esklussivament mill-Istati Membri, li jikkontrollaw ukoll kull akkwiżizzjoni ta’ prodotti u ta’ teknoloġiji relatati mad-difiża, inklużi l-esportazzjonijiet, il-funzjonament tas-settur tad-difiża huwa uniku u ma jimxix mar-regoli konvenzjonali u mal-mudelli ta’ negozju li jirregolaw swieq aktar tradizzjonali. Fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tas-settur u tar-regoli taħt il-Fond Ewropew għad-Difiża stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) u l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża stabbilit mir-Regolament (UE) 2018/1092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29), fejn ir-rati massimi ta’ finanzjament huma stabbiliti sabiex ma jillimitawx il-finanzjament pubbliku ġenerali iżda sabiex jattiraw kofinanzjament mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmulin mill-Istati Membri għal dawk il-proġetti kofinanzjati, jiġu kkunsidrati, skont ċerti kundizzjonijiet, kompatibbli mas-suq intern u eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika. B’mod partikolari, kofinanzjament bħal-dak jista’ jiġi ddikjarat kompatibbli lil hinn mill-possibbiltajiet tad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp, sakemm il-benefiċjarji jħallsu prezz tas-suq għal kwalunkwe użu għal applikazzjonijiet mhux tad-difiża tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jew ta’ prototipi li jirriżultaw mill-proġett. Barra minn hekk, f’sitwazzjonijiet bħal dawk, jenħtieġ li ma jkunx neċessarju li jiġu vvalutati mill-ġdid il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà diġà vvalutati, fil-livell tranżnazzjonali f’konformità mar-regoli tal-Fond Ewropew għad-Difiża jew tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża, mill-Kummissjoni assistita minn esperti indipendenti qabel l-għażla ta’ proġett ta’ riċerka u ta’ żvilupp. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 jiġi emendat sabiex ikunu possibbli kombinazzjonijiet ta’ finanzjament tal-Unjoni ġestit ċentralment u għajnuna mill-Istat sal-ispejjeż totali tal-proġetti.

(27)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 651/2014 u (UE) 2022/2473 jiġu emendati kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

skemi taħt it-Taqsimiet 1 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 15), 2 (bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 19c u 19d), 3, 4, 7 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 44) u 10 tal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, jekk il-baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat għal kull Stat Membru jaqbeż l-EUR 150 miljun, minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħhom, kif ukoll għajnuna implimentata fil-forma ta’ prodotti finanzjarji skont it-Taqsima 16 tal-Kapitolu III, jekk il-baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat għal kull Stat Membru jaqbeż il-EUR 200 miljun, minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Għall-għajnuna skont it-Taqsima 16 tal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament, huma biss il-kontribuzzjonijiet minn Stat Membru għall-kompartiment tal-Istat Membru tal-garanzija tal-UE, imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), li huma allokati għal prodott finanzjarju speċifiku li għandhom jitqiesu sabiex jiġi vvalutat jekk il-baġit annwali medju tal-għajnuna mill-Istat ta’ dak l-Istat Membru relatat mal-prodott finanzjarju jaqbiżx il-EUR 200 miljun. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għal perjodu itwal għal kwalunkwe waħda minn dawn l-iskemi ta’ għajnuna wara li tkun ivvalutat il-pjan ta’ evalwazzjoni rilevanti nnotifikat mill-Istat Membru lill-Kummissjoni, fi żmien 20 jum ta’ xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-iskema. Fejn il-Kummissjoni diġà tkun estendiet l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lil hinn mis-sitt xhur inizjali fir-rigward ta’ skemi bħal dawn, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jestendu dawk l-iskemi sa tmiem il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, dment li l-Istat Membru kkonċernat ikun ippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni;

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).”;"

(b)

fil-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(a)

għajnuna mogħtija fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) bl-eċċezzjoni ta’:

għajnuna għat-taħriġ;

għajnuna għall-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament;

għajnuna fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp;

għajnuna għall-innovazzjoni għall-SMEs;

għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati u għal ħaddiema b’diżabilitajiet;

għajnuna għall-investiment reġjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi;

skemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali;

għajnuna għal proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”);

għajnuna għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea;

mill-1 ta’ Lulju 2023, għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali skont l-Artikolu 15(1), il-punt (f) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (*3);

għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU, ħlief għal operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 (*4);

għall-għajnuna lill-mikrointrapriżi fil-forma ta’ interventi pubbliċi li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana msemmija fl-Artikolu 19c;

għall-għajnuna lill-SMEs fil-forma ta’ interventi pubbliċi temporanji li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana prodotta mill-gass naturali jew mill-elettriku biex jittaffa l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna msemmija fl-Artikolu 19d;

(b)

għajnuna mogħtija fis-settur tal-produzzjoni agrikola primarja, bl-eċċezzjoni tal-għajnuna għall-investiment reġjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi, skemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali, għajnuna għal konsulenza favur l-SMEs, għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju, għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, għajnuna għall-innovazzjoni għall-SMEs, għajnuna ambjentali, għajnuna għat-taħriġ, għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati u ħaddiema b’diżabilità, għajnuna għal proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD), għajnuna għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU, għajnuna lill-mikrointrapriżi fil-forma ta’ interventi pubbliċi li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana kif imsemmi fl-Artikolu 19c u għajnuna lill-SMEs fil-forma ta’ interventi pubbliċi temporanji li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana prodotta mill-gass naturali jew mill-elettriku biex jittaffa l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kif imsemmi fl-Artikolu 19d;

(*2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1);"

(*3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).”;"

(*4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).”;"

(c)

jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6.   It-Taqsima 7 tal-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tapplika għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni tal-enerġija nukleari.”

;

(2)

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt (18), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

Fil-każ ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata (minbarra SME li tkun ilha teżisti għal anqas minn tliet snin jew, għall-għanijiet ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna ta’ finanzjament ta’ riskju, SME li tissodisfa l-kundizzjoni fl-Artikolu 21(3), il-punt (b), u tikkwalifika għal investimenti ta’ finanzjamenti ta’ riskju wara diliġenza dovuta mill-intermedjarju finanzjarju magħżul), meta aktar minn nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt tagħha jkun sparixxa bħala riżultat ta’ telf akkumulat. Dan huwa l-każ meta t-tnaqqis tat-telf akkumulat mir-riżervi (u l-elementi l-oħrajn kollha ġeneralment ikkunsidrati bħala parti mill-fondi proprji tal-kumpanija) iwassal għal ammont kumulattiv negattiv li jaqbeż nofs il-kapital azzjonarju sottoskritt. Għall finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, “kumpanija b’responsabbiltà limitata” tirreferi, b’mod partikolari, għat-tipi ta’ kumpaniji msemmijin fl-Anness I tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) u “kapital azzjonarju” tinkludi, fejn rilevanti, kull primjum azzjonarju.

(b)

Fil-każ ta’ kumpanija fejn mill-anqas xi membri tagħha għandhom responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-kumpanija (minbarra SME li tkun ilha teżisti għal anqas minn tliet snin jew, għall-għanijiet ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna ta’ finanzjament ta’ riskju, SME li tissodisfa l-kundizzjoni fl-Artikolu 21(3), il-punt (b), u tikkwalifika għal investimenti ta’ finanzjamenti ta’ riskju wara diliġenza dovuta mill-intermedjarju finanzjarju magħżul), fejn aktar minn nofs il-kapital tagħha kif muri fil-kontijiet tal-kumpanija jkun sparixxa bħala riżultat ta’ telf akkumulat. Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, “kumpanija fejn mill-anqas xi membri tagħha għandhom responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-kumpanija” tirreferi, b’mod partikolari għat-tipi ta’ kumpaniji msemmijin fl-Anness II tad-Direttiva 2013/34/UE.

(*5)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).”;"

(b)

il-punt (20) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(20)

“ammont aġġustat tal-għajnuna” tfisser l-ammont massimu permissibbli tal-għajnuna għal proġett kbir ta’ investiment, ikkalkulat f’konformità mal-formula li ġejja:

ammont aġġustat tal-għajnuna = R × (A + 0,50 × B + 0 × C)

fejn: R hija l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli fiż-żona kkonċernata, minbarra l-intensità akbar tal-għajnuna għall-SMEs; A hija l-parti tal-ispejjeż eliġibbli ugwali għal EUR 55 miljun; B hija l-parti tal-ispejjeż eliġibbli bejn EUR 55 miljun u EUR 110 miljun, u C hija l-parti tal-ispejjeż eliġibbli ta’ aktar minn EUR 110 miljun;”;

(c)

il-punt (27) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(27)

“żoni megħjunin” tfisser żoni deżinjati f’mappa tal-għajnuna reġjonali li tkun ġiet approvata b’applikazzjoni tal-Artikolu 107(3), il-punti (a) u (c) tat-Trattat u li tkun fis-seħħ fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna;”;

(d)

il-punt (32) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(32)

“żieda netta fin-numru ta’ impjegati” tfisser żieda netta fin-numru ta’ impjegati fl-istabbiliment ikkonċernat meta mqabbla mal-medja matul perjodu partikolari fiż-żmien, wara li jitnaqqas min-numru ta’ impjiegi maħluqin kwalunkwe telf ta’ impjiegi matul dak il-perjodu. In-numru ta’ persuni impjegati full-time, part-time u staġunali għandu jitqies bil-frazzjonijiet annwali tagħhom tal-unità tax-xogħol;”;

(e)

il-punt (34) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(34)

“intermedjarju finanzjarju” tfisser kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja, irrispettivament mill-forma u mis-sjieda tagħha, inklużi fondi ta’ fondi, fondi ta’ investiment privat, fondi ta’ investiment pubbliku, banek, istituzzjonijiet ta’ mikrofinanzjament u soċjetajiet ta’ garanzija;”;

(f)

jiddaħħlu l-punti (39 a) u (39b) li ġejjin:

“(39a)

“distakkament” tfisser li l-kundizzjonijiet tat-tranżazzjoni bejn il-partijiet kontraenti ma jvarjawx minn dawk li jiġu stipulati bejn impriżi indipendenti u ma jkunx fihom element ta’ kollużjoni. Kull tranżazzjoni li tirriżulta minn proċedura miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja hija kkunsidrata li tilħaq il-prinċipju ta’ distakkament;

(39b)

“miktuba” tfisser kwalunkwe forma ta’ dokument bil-miktub, inklużi dokumenti elettroniċi, sakemm tali dokumenti elettroniċi jkunu rikonoxxuti bħala ekwivalenti skont il-proċeduri amministrattivi u l-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat;”;

(g)

jitħassar il-punt (40);

(h)

il-punti (42) u (43) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(42)

“għajnuna operatorja reġjonali” tfisser għajnuna biex tnaqqas l-infiq attwali ta’ impriża, inkluż kategoriji bħal spejjeż tal-persunal, materjali, servizzi kuntrattati, komunikazzjonijiet, enerġija, manutenzjoni, kera u amministrazzjoni, iżda teskludi l-imposti marbutin mad-deprezzament u l-spejjeż tal-finanzjament relatati ma’ investiment li jkun ibbenefika minn għajnuna għall-investiment;

(43)

“is-settur tal-azzar” tfisser il-produzzjoni ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

ħadid fondut grezz u ligi tal-ħadid:

 

ħadid fondut grezz għall-manifattura tal-azzar, ħadid fondut grezz tal-funderija u ieħor, spiegeleisen u ferromanganiż b’karbonju għoli, li ma jinkludix ligi tal-ħadid oħrajn;

(b)

prodotti tal-ħadid mhux maħduma u semimanifatturati, azzar ordinarju jew azzar speċjali:

 

azzar likwidu fondut jew mhux fondut f’ingotti, inkluż ingotti għall-manifattura bil-forġa ta’ prodotti semimanifatturati: ingotti, billets u blokok; vireg mill-folji u vireg mill-pjanċi stanjati; kojls kbar illaminati bis-sħana, bl-eċċezzjoni tal-produzzjoni tal-azzar likwidu għall-ikkastjar minn fonderiji żgħar u medji;

(c)

prodotti tal-ħadid magħmulin bis-sħana, azzar ordinarju jew azzar speċjali:

 

linji ferrovjarji, traversi, puntali, sottopuntali, travi, sezzjonijiet tqal tal-metall ta’ 80 mm jew aktar, pili tal-folji, vireg u sezzjonijiet ta’ anqas minn 80 mm u pjanċi ta’ anqas minn 150 mm, vireg tal-fili, forom tondi u kwadri għat-tubi, aljetti u strixxi tal-ħadid illaminati bis-sħana (inkluż l-istrixxi għat-tubi), folji llaminati bis-sħana (miksija u mhux miksija), pjanċi u folji ta’ ħxuna ta’ 3 mm u aktar, pjanċi universali ta’ 150 mm u aktar, bl-eċċezzjoni tal-fili u l-prodotti tal-fili, vireg ileqqu u kkastjar tal-ħadid;

(d)

prodotti ffurmati bil-kesħa:

 

pjanċi stanjati, pjanċi biċ-ċomb, pjanċi suwed, folji galvanizzati, folji oħrajn miksijin, folji rrumblati fil-ksieħ, folji elettriċi u strippi maħsuba għall-pjanċi stanjati, pjanċi rrumblati fil-ksieħ, f’koljaturi jew fi strippi;

(e)

tubi:

 

it-tubi tal-azzar kollha mingħajr weldjatura, it-tubi tal-azzar iwweldjati b’dijametru ta’ aktar minn 406,4 mm;”;

(i)

jiddaħħal il-punt (43a) li ġej:

“(43a)

“linjite” tfisser C ta’ grad baxx jew orto-linjite u B ta’ grad baxx jew meta-linjite kif definit mis-sistema ta’ kodifikazzjoni internazzjonali għall-faħam stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti;”;

(j)

jitħassar il-punt (44);

(k)

il-punt (45) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(45)

“is-settur tat-trasport” tfisser it-trasport ta’ passiġġieri permezz ta’ inġenji tal-ajru, bit-trasport marittimu, bit-triq jew ferrovjarju u permezz ta’ passaġġi tal-ilma interni jew servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija b’kiri jew b’kumpens; b’mod aktar speċifiku, “is-settur tat-trasport” tfisser l-attivitajiet li ġejjin f’termini tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi (NACE Rev. 2), stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6):

(a)

NACE 49: It-trasport fuq l-art u t-trasport permezz ta’ pipelines, minbarra NACE 49.32 Operazzjoni ta’ taxi, 49.39 Operazzjoni ta’ teleferiċi, funikulari, liftijiet tal-iskijjar u tal-kejbils jekk ma jkunux parti minn sistemi ta’ tranżitu urbani jew suburbani, 49.42 Servizzi ta’ tneħħija, 49.5 Trasport permezz ta’ pipeline;

(b)

NACE 50: Trasport bl-ilma;

(c)

NACE 51: Trasport bl-ajru, minbarra NACE 51.22 Trasport fl-ispazju;

(*6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).”;"

(l)

jiddaħħal il-punt (47a) li ġej:

“(47a)

“tlestija tal-investiment” tfisser il-mument meta l-investiment jitqies mill-awtoritajiet nazzjonali bħala lest jew, fin-nuqqas ta’ dan, tliet snin wara l-bidu tax-xogħlijiet;”;

(m)

il-punti (49), (50) u (51) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(49)

“investiment inizjali” tfisser wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli relatat ma’ punt wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

it-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid;

l-estensjoni tal-kapaċità ta’ stabbiliment eżistenti;

id-diversifikazzjoni tal-output ta’ stabbiliment fi prodotti jew servizzi li qabel ma kinux jiġu prodotti fl-istabbiliment; jew

bidla fundamentali fil-proċess ta’ produzzjoni ġenerali tal-prodott(i) jew fil-forniment ġenerali tas-servizz(i) (i)kkonċernat(i) mill-investiment fl-istabbiliment;

(b)

akkwiżizzjoni ta’ assi li jappartjenu għal stabbiliment li jkun għalaq jew li kieku kien jagħlaq kieku ma nxtarax. L-akkwiżizzjoni unika tal-ishma ta’ impriża ma tikkwalifikax bħala investiment inizjali.

Għalhekk, investiment ta’ sostituzzjoni ma jikkostitwixxix investiment inizjali.

(50)

“l-istess attività jew attività simili” tfisser attività fl-istess klassi (kodiċi numeriku b’erba’ ċifri) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2 (NACE Rev. 2);

(51)

“investiment inizjali li joħloq attività ekonomika ġdida” tfisser:

(a)

investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli relatat ma’ wieħed minn dawn li ġejjin jew it-tnejn:

it-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid;

id-diversifikazzjoni tal-attività ta’ stabbiliment, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida ma tkunx l-istess attività jew waħda simili għall-attività li kienet issir qabel fl-istabbiliment; jew

(b)

akkwiżizzjoni ta’ assi li jappartjenu għal stabbiliment li għalaq jew li kieku kien jagħlaq kieku ma nxtarax, bil-kundizzjoni li l-attività l-ġdida li tkun se ssir bl-użu tal-assi akkwistati ma tkunx l-istess attività jew waħda simili għall-attività mwettqa fl-istabbiliment qabel l-akkwiżizzjoni.

L-akkwiżizzjoni unika tal-ishma ta’ impriża ma tikkwalifikax bħala investiment inizjali li joħloq attività ekonomika ġdida;”;

(n)

il-punti (72) u (73) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(72)

“investitur privat indipendenti” tfisser investitur li huwa privat u indipendenti, kif definit f’dan il-punt. Investituri “privati” tfisser investituri li, irrispettivament mill-istruttura tas-sjieda tagħhom, isegwu interess purament kummerċjali, jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom u jġorru r-riskju sħiħ fir-rigward tal-investiment tagħhom, u jinkludu, b’mod partikolari: istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinvestu b’riskju proprju u minn riżorsi proprji, dotazzjonijiet privati u fondazzjonijiet, uffiċċji tal-familja u investituri informali, investituri korporattivi, impriżi tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, istituzzjonijiet akkademiċi, kif ukoll persuni fiżiċi li jew iwettqu attività ekonomika jew le. Il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru jkun azzjonist, jew entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali li tkun ingħatat mandat minn Stat Membru jew entità ta’ Stat Membru fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali sabiex twettaq attivitajiet ta’ żvilupp jew ta’ promozzjoni (bank promozzjonali nazzjonali jew istituzzjoni promozzjonali oħra), ma titqiesx bħala investitur privat għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni. Investitur “indipendenti” tfisser investitur li ma jkunx azzjonist tal-impriża eliġibbli li jinvesti fiha. Fil-kuntest tal-investimenti ta’ segwitu, investitur jibqa’ “indipendenti” jekk ikun tqies bħala investitur indipendenti f’ċiklu ta’ investiment preċedenti. Mal-ħolqien ta’ kumpanija ġdida, kwalunkwe investitur privat, inklużi l-fundaturi, ta’ kumpanija bħal din, jitqiesu bħala indipendenti minn dik il-kumpanija;

(73)

“persuna fiżika” għall-fini tal-Artikoli 21a u 23 tfisser persuna għajr entità ġuridika u li ma hijiex impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat;”;

(o)

il-punt (79) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(79)

“entità fdata” tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment, istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru jkun azzjonist, jew entità ġuridika li twettaq attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali li tkun ingħatat mandat minn Stat Membru jew entità ta’ Stat Membru fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali sabiex twettaq attivitajiet ta’ żvilupp jew ta’ promozzjoni (bank promozzjonali jew istituzzjoni promozzjonali oħra). L-entità fdata tista’ tintgħażel jew tinħatar direttament f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7) jew f’konformità mal-Artikolu 38(4), il-punt (b)(iii), tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) jew mal-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9), skont liema jkun applikabbli;

(*7)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65)."

(*8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320)."

(*9)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).”;"

(p)

il-punt 80 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(80)

“intrapriża innovattiva” tfisser intrapriża li tissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tista’ turi permezz ta’ evalwazzjoni mwettqa minn espert estern li fil-futur qrib se tiżviluppa prodotti, servizzi jew proċessi li huma ġodda jew imtejba b’mod sostanzjali meta mqabbla mal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fl-industrija tagħha, u li jġorru riskju ta’ falliment teknoloġiku jew industrijali;

(b)

l-ispejjeż tar-riċerka u tal-iżvilupp tagħha jirrappreżentaw tal-anqas 10 % tal-ispejjeż operatorji totali tagħha f’mill-anqas waħda mit-tliet snin ta’ qabel l-għoti tal-għajnuna jew, fil-każ ta’ intrapriża ġdida mingħajr storja finanzjarja , fl-awditjar tal-perjodu fiskali kurrenti tagħha, kif iċċertifikat minn awditur estern;

(c)

fit-tliet snin ta’ qabel l-għoti tal-għajnuna: (i) tkun ingħatat tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza mill-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni f’konformità mal-programm ta’ ħidma 2018-2020 ta’ Orizzont 2020 adottat bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017)7124 (*10) jew mal-Artikoli 2(23) u 15(2) tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*11); jew (ii) tkun irċiviet investiment mill-Fond tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni, bħal investiment fil-kuntest tal-Programm Aċċeleraturi għall-Bidu ta’ Negozju kif imsemmi fl-Artikolu 48(7) tar-Regolament (UE) 2021/695;

(d)

fit-tliet snin ta’ qabel l-għoti tal-għajnuna: (i) tkun ħadet sehem fi kwalunkwe azzjoni tal-inizjattiva spazjali tal-Kummissjoni “CASSINI” (bħall-Aċċeleratur tan-Negozju (“Business Accelerator”) jew it-Tlaqqigħ (“Matchmaking”)) (*12); jew tkun irċeviet investiment mill-Faċilità ta’ Finanzjament taż-Żrieragħ u t-Tkabbir CASSINI, jew mill-InnovFin Space Equity Pilot; jew (iii) tkun ingħatat Premju CASSINI; jew (iv) tkun ingħatat finanzjament skont ir-Regolament (UE) 2021/695 fil-qasam tar-riċerka spazjali li rriżulta fil-ħolqien ta’ negozju ġdid; (v) jew tkun ingħatat finanzjament bħala benefiċjarju ta’ azzjoni ta’ riċerka u żvilupp taħt il-Fond Ewropew għad-Difiża f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13); jew (vi) tkun ingħatat finanzjament skont il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża skont-ir-Regolament (UE) 2018/1092) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (*14);

(*10)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017)7124 tas-27 ta’ Ottubru 2017 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2018-2020 fil-qafas tal-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u dwar il-finanzjament tal-programm ta’ ħidma għall-2018."

(*11)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).”"

(*12)  L-inizjattiva CASSINI, imħabbra għall-ewwel darba fl-“Istrateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali” (COM(2020) 103 final tal-10.3.2020), hija ġabra ta’ azzjonijiet konkreti li l-għanijiet tagħhom jinkludu t-tħaffif tal-aċċess għall-kapital ta’ riskju għall-SMEs attivi fis-settur tal-ispazju sabiex jiffinanzjaw l-espansjoni tagħhom."

(*13)  Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi il-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149);"

(*14)  Ir-Regolament (UE) 2018/1092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 30).”;"

(q)

il-punt (81) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(81)

“pjattaforma multilaterali għan-negozjar” tfisser faċilità multilaterali għan-negozjar kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (22) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*15) fejn mill-inqas 50 % tal-istrumenti finanzjarji ammessi għan-negozjar jinħarġu mill-SMEs;

(*15)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).”;"

(r)

il-punti (85) u (86) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(85)

“riċerka industrijali” tfisser ir-riċerka ppjanata jew l-investigazzjoni kritika mmirata lejn l-akkwist ta’ għarfien u ħiliet ġodda għall-iżvilupp ta’ prodotti, proċessi jew servizzi ġodda jew immirati lejn titjib sinifikanti fil-prodotti, fil-proċessi jew fis-servizzi eżistenti, inklużi prodotti, proċessi jew servizzi diġitali, fi kwalunkwe qasam, teknoloġija, industrija jew settur (inklużi, iżda mhux limitati għal, l-industriji u t-teknoloġiji diġitali, bħas-supercomputing, it-teknoloġiji kwantistiċi, it-teknoloġiji tal-blockchain, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġiji tal-big data u tal-cloud).

Ir-riċerka industrijali tinkludi l-ħolqien ta’ partijiet ta’ komponenti ta’ sistemi kumplessi, u tista’ tinkludi l-kostruzzjoni ta’ prototipi f’ambjent ta’ laboratorju jew f’ambjent b’interfaċċi simulati ma’ sistemi eżistenti kif ukoll ta’ linji pilota, meta jkun neċessarju għar-riċerka industrijali u notevolment għall-validazzjoni ta’ teknoloġija ġenerika;

(86)

“żvilupp sperimentali” tfisser l-akkwist, il-kombinazzjoni, it-tiswir u l-użu ta’ għarfien u ħiliet xjentifiċi, teknoloġiċi, kummerċjali u oħrajn rilevanti eżistenti bil-għan li jiġu żviluppati prodotti, proċessi jew servizzi ġodda jew imtejbin, inklużi prodotti, proċessi jew servizzi diġitali, fi kwalunkwe qasam, teknoloġija, industrija jew settur (inklużi, iżda mhux limitati għal, l-industriji u t-teknoloġiji diġitali, bħas-supercomputing, it-teknoloġiji kwantistiċi, it-teknoloġiji tal-blockchain, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, it-teknoloġiji tal-big data u tal-cloud jew teknoloġiji avvanzati). Dan jista’ jinkludi wkoll, pereżempju, attivitajiet immirati lejn id-definizzjoni kunċettwali, l-ippjanar u d-dokumentazzjoni ta’ prodotti, ta’ proċessi jew ta’ servizzi ġodda.

L-iżvilupp sperimentali jista’ jinkludi prototipi, dimostrazzjoni, pilotaġġ, ittestjar u validazzjoni ta’ prodotti, proċessi jew servizzi ġodda jew imtejba f’ambjenti rappreżentattivi tal-kundizzjonijiet operazzjonali reali fejn l-objettiv ewlieni jkun li jsir aktar titjib tekniku fil-prodotti, fil-proċessi jew fis-servizzi li għadhom ma humiex sostanzjalment stabbiliti. Dan jista’ jinkludi l-iżvilupp ta’ prototip jew ta’ pilota li jkun kummerċjalment utilizzabbli u li jkun neċessarjament il-prodott kummerċjali finali u li jkun għali wisq biex jiġi prodott sabiex jintuża biss għal finijiet ta’ dimostrazzjoni u ta’ validazzjoni.

L-iżvilupp sperimentali ma jinkludix tibdiliet ta’ rutina jew perjodiċi magħmula fi prodotti, f’linji ta’ produzzjoni, fi proċessi ta’ manifattura, f’servizzi eżistenti u f’operazzjonijiet i oħrajn fis-seħħ, anki jekk dawn it-tibdiliet jistgħu jirrappreżentaw titjib;”;

(s)

jitħassar il-punt (89);

(t)

jiddaħħal il-punt (90a) li ġej:

“(90a)

“Applikazzjonijiet mhux għad-difiża” għall-finijet tal-Artikolu 25e tirreferi għall-applikazzjonijiet fi prodotti għajr prodotti relatati mad-difiża elenkati fl-Anness għad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*16).

(*16)  Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1).”;"

(u)

il-punt (92) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(92)

“clusters tal-innovazzjoni” tfisser strutturi jew gruppi organizzati ta’ partijiet indipendenti, (bħal negozji ġodda innovattivi, intrapriżi żgħar, medji u kbar, kif ukoll organizzazzjonijiet ta’ riċerka u tixrid tal-għarfien, infrastrutturi ta’ riċerka, infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni, Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ u atturi ekonomiċi relatati oħrajn) maħsubin sabiex jistimolaw l-attività innovattiva u modi ġodda ta’ kollaborazzjoni, bħal permezz ta’ mezzi diġitali, billi jikkondividu u/jew jippromwovu l-kondiviżjoni tal-faċilitajiet u l-iskambju tal-għarfien u tal-kompetenza esperta u billi jikkontribwixxu b’mod effettiv għat-trasferiment tal-għarfien, għan-networking, għat-tixrid tal-informazzjoni u għall-kollaborazzjoni bejn l-impriżi u organizzazzjonijiet oħrajn fil-clusters. Iċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali (inklużi ċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali Ewropej iffinanzjati taħt il-Programm Ewropa Diġitali ġestit ċentralment stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*17)) huma entitajiet li l-għan tagħhom huwa li jistimulaw l-adozzjoni wiesgħa ta’ teknoloġiji diġitali, bħall-intelliġenza artifiċjali, il-cloud, l-edge u l-computing ta’ rendiment għolja u ċ-ċibersigurtà, mill-industrija (b’mod partikolari mill-SMEs) u l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku. Iċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali jistgħu jikkwalifikaw bħala clusters tal-innovazzjoni waħedhom skont dan ir-Regolament.

(*17)  Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).”;"

(v)

il-punti (94) sa (97) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(94)

“servizzi ta’ konsulenza dwar l-innovazzjoni” tfisser konsulenza, assistenza jew taħriġ fl-oqsma tat-trasferiment tal-għarfien, tal-akkwist, tal-protezzjoni jew tal-isfruttament ta’ assi intanġibbli jew tal-użu ta’ standards u ta’ regoli li jinkorporawhom, kif ukoll konsulenza, assistenza jew taħriġ dwar l-introduzzjoni jew l-użu ta’ teknoloġiji u ta’ soluzzjonijiet innovattivi (inklużi teknoloġiiji u soluzzjonijiet diġitali);

(95)

“servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni” tfisser il-forniment ta’ spazju għall-uffiċċji, banek tad-data, servizzi tal-cloud u ta’ ħżin ta’ data, libreriji, riċerka tas-suq, laboratorji, tikkettar tal-kwalità, ittestjar, sperimentazzjoni u ċertifikazzjoni jew servizzi relatati oħrajn, inklużi dawk is-servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet ta’ riċerka u ta’ tixrid tal-għarfien, infrastrutturi ta’ riċerka, infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni jew clusters tal-innovazzjoni, sabiex jiġu żviluppati prodotti, proċessi jew servizzi aktar effettivi jew teknoloġikament aktar avvanzati, inkluża l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji u ta’ soluzzjonijiet innovattivi (inklużi teknoloġiji u soluzzjonijiet diġitali);

(96)

“innovazzjoni organizzazzjonali” tfisser l-implimentazzjoni ta’ metodu organizzazzjonali ġdid fil-livell tal-impriża (fil-livell tal-grupp fis-settur tal-industrija partikolari fiż-ŻEE), l-organizzazzjoni tal-post tax-xogħol jew ir-relazzjonijiet esterni, inkluż pereżempju billi jintużaw teknoloġiji diġitali ġodda jew innovattivi. Esklużi minn din id-definizzjoni huma bidliet li huma bbażati fuq metodi organizzazzjonali diġà użati fl-impriża, bidliet fl-istrateġija għall-ġestjoni, il-fużjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet, waqfien mill-użu ta’ proċess, sostituzzjoni jew estensjoni sempliċi tal-kapital, bidliet li jirriżultaw purament minn bidliet fil-prezzijiet tal-fatturi, personalizzazzjoni, lokalizzazzjoni, bidliet regolari, staġunali u oħrajn ċikliċi u negozjar ta’ prodotti ġodda jew imtejbin b’mod sinifikanti;

(97)

“innovazzjoni fil-proċessi” tfisser l-implimentazzjoni ta’ metodu ġdid jew imtejjeb b’mod sinifikanti tal-produzzjoni jew tal-konsenja, inklużi bidliet sinifikanti fit-tekniki, fit-tagħmir jew fis-software, fil-livell tal-impriża (fil-livell ta’ grupp fis-settur tal-industrija partikolari fiż-ŻEE), inkluż pereżempju billi jsir użu minn teknoloġiji jew minn soluzzjonijiet diġitali ġodda jew innovattivi. Esklużi minn din id-definizzjoni huma bidliet jew titjib minuri, żieda fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni jew tas-servizz permezz taż-żieda tas-sistemi ta’ manifattura jew loġistiċi li huma simili ħafna għal dawk li diġà qed jintużaw, it-twaqqif tal-użu ta’ proċess, bdil jew estensjoni sempliċi tal-kapital, bidliet li jirriżultaw purament minn bidliet fil-prezzijiet tal-fatturi, personalizzazzjoni, lokalizzazzjoni, bidliet regolari, staġunali u oħrajn ċikliċi u negozjar ta’ prodotti ġodda jew imtejba b’mod sinifikanti;”;

(w)

jiddaħħal il-punt (98a) li ġej:

“(98a)

“infrastruttura tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni” tfisser faċilitajiet, tagħmir, kapaċitajiet u riżorsi, bħal bankijiet tat-test, linji pilota, dimostraturi, faċilitajiet tal-ittestjar jew laboratorji ħajjin, u servizzi ta’ appoġġ relatati li jintużaw b’mod predominanti mill-impriżi, speċjalment mill-SMEs, li jfittxu appoġġ għall-ittestjar u għall-esperimentazzjoni, sabiex jiżviluppaw prodotti, proċessi u servizzi ġodda jew imtejbin, u sabiex jittestjaw u jespandu teknoloġiji, sabiex javvanzaw permezz tar-riċerka industrijali u tal-iżvilupp sperimentali. L-aċċess għal infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni ffinanzjati b’mod pubbliku jkun miftuħ għal diversi utenti u jrid jingħata fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja u fuq it-termini tas-suq. L-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni kultant huma magħrufin ukoll bħala infrastrutturi tat-teknoloġija (*18);

(*18)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, “Infrastrutturi tat-Teknoloġija”, SWD(2019) 158 final, 8.4.2019.”;"

(x)

il-punti (101) u (102) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(101)

“protezzjoni tal-ambjent” tfisser kwalunkwe azzjoni jew attività mfassla sabiex tnaqqas jew tipprevjeni li jseħħ tniġġis, impatti ambjentali negattivi jew ħsara oħra fl-ambjent fiżiku (inkluż fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija), fl-ekosistemi jew fir-riżorsi naturali minħabba attivitajiet tal-bniedem, inkluż sabiex ittaffi t-tibdil fil-klima, tnaqqas ir-riskju ta’ tali ħsara, tħares u tirrestawra l-bijodiversità jew twassal għal użu aktar effiċjenti tar-riżorsi naturali, inklużi miżuri li jiffrankaw l-enerġija u l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u ta' tekniki oħrajn li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ta’ sustanzi niġġiesa oħrajn, kif ukoll li jwettqu l-bidla lejn mudelli tal-ekonomija ċirkolari bl-għan li jitnaqqas l-użu ta’ materjal verġni u jiżdiedu l-effiċjenzi. Tkopri wkoll azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità ta’ adattament u jimminimizzaw il-vulnerabbiltà għall-impatti klimatiċi;

(102)

“standard tal-Unjoni” tfisser:

(a)

standard obbligatorju tal-Unjoni li jiffissa l-livelli li għandhom jintlaħqu f’termini ambjentali minn impriżi individwali, esklużi standards jew miri stabbiliti fil-livell tal-Unjoni li huma vinkolanti għall-Istati Membri iżda mhux għall-impriżi individwali; jew

(b)

l-obbligu li jintużaw l-aħjar tekniki disponibbli (BAT), kif definiti fid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*19), u li jiġi żgurat li l-livelli ta’ emissjonijiet ma jaqbżux dawk li jinkisbu meta jiġu applikati l-BAT; meta l-livelli ta’ emissjonijiet assoċjati mal-BAT jkunu ġew iddefiniti f’atti ta’ implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2010/75/UE jew skont direttivi applikabbli oħrajn, dawk il-livelli jkunu applikabbli għall-fini ta’ dan ir-Regolament; meta dawk il-livelli jkunu espressi bħala medda, ikun applikabbli l-limitu li għalih tinkiseb għall-ewwel darba l-BAT għall-impriża kkonċernata;

(*19)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).”;"

(y)

il-punti (102a), (102b) u (102c) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(102a)

“infrastruttura tal-irriċċarġjar” tfisser infrastruttura fissa jew mobbli li tforni l-vetturi jew it-tagħmir terminali mobbli jew it-tagħmir mobbli tas-servizzi fuq l-art bl-elettriku;

(102b)

“infrastruttura tar-riforniment” tfisser infrastruttura fissa jew mobbli li tforni l-vetturi jew it-tagħmir terminali mobbli jew it-tagħmir mobbli tas-servizzi fuq l-art bl-idroġenu;

(102c)

“idroġenu rinnovabbli” tfisser idroġenu prodott minn enerġija rinnovabbli f’konformità mal-metodoloġiji stabbiliti għal fjuwilsi għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*20);

(*20)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).”;"

(z)

jiddaħħlu l-punti (102d) sa (102j) li ġejjin:

“(102d)

“elettriku rinnovabbli” tfisser elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(102e)

“irriċarġjar intelliġenti” tfisser operazzjoni tal-irriċarġjar li fiha l-intensità tal-elettriku fornit lill-batterija tiġi aġġustata f’ħin reali, abbażi tal-informazzjoni li tasal permezz ta’ komunikazzjoni elettronika;

(102f)

“vettura nadifa” tfisser:

(a)

fir-rigward ta’ vetturi tat-triq ħfief: vettura nadifa kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (4)(a) tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*21);

(b)

fir-rigward tal-vetturi tat-triq tqal:

sal-31 ta’ Diċembru 2025, vettura tqila b’emissjonijiet baxxi kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (12) tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*22);

sal-31 ta’ Diċembru 2025, vettura nadifa kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (4)(b) tad-Direttiva 2009/33/KE u li mhix fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1242;

(c)

fir-rigward tal-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni:

bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni għat-trasport tal-passiġġieri li għandu magna tal-fjuwil ibrida jew doppja li jieħu tal-anqas 50 % tal-enerġija tiegħu minn fjuwils b’emissjonijiet ta’ CO2 diretti żero (mit-tailpipe) jew minn potenza rikarikabbli għat-tħaddim normali tiegħu;

bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni għat-trasport tal-merkanzija b’emissjonijiet diretti (mit-tailpipe) ta’ CO2 għal kull tunnellata kilometru (g CO2/tkm), ikkalkolati (jew stmati fil-każ ta’ bastimenti ġodda) bl-użu tal-Indiċi Operattiv tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEOI) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, 50 % anqas mill-valur referenzjarju medju għall-emissjonijiet ta’ CO2 iddeterminat għall-vetturi tqal (is-sottogrupp tal-vetturi 5- LH) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1242;

(d)

fir-rigward tal-bastimenti marittimi:

bastiment tal-baħar u kostali għat-trasport tal-passiġġieri, tal-merkanzija, għall-operazzjonijiet tal-port jew għal attivitajiet awżiljarji li (i) għandu magna tal-fjuwil ibrida jew doppja li jieħu tal-anqas 25 % tal-enerġija tiegħu minn fjuwils tal-emissjonijiet ta’ CO2 diretti żero (mit-tailpipe) jew minn potenza rikarikabbli għat-tħaddim normali tiegħu fuq il-baħar u fil-portijiet, jew (ii) li jkun kiseb valur tal-Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika tad-Disinn (EEDI) tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali ta’ 10 % anqas mir-rekwiżiti tal-EEDI applikabbli fl-1 ta’ April 2022 u jkun jista’ jaħdem bi fjuwils tal-emissjonijiet ta’ CO2 diretti żero (mit-tailpipe) jew bi fjuwils minn sorsi rinnovabbli;

bastiment tal-baħar u kostali għat-trasport tal-merkanzija li jintuża esklussivament għall-operat ta’ servizzi kostali u servizzi qosra tal-baħar mfassla sabiex jippermettu bidla modali tal-merkanzija attwalment trasportata bl-art għall-baħar u li għandha emissjonijiet diretti tas-CO2 (mit-tailpipe), ikkalkolati bl-użu tal-EEDI, ta’ 50 % anqas mill-valur medju ta’ referenza tal-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminat għal vetturi tqal (sottogrupp tal-vetturi 5-LH) kif pubblikati f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1242;

(e)

fir-rigward tar-rolling stock ferrovjarju: rolling stock ferrovjarju li għandu emissjonijiet ta’ CO2 diretti żero mit-tailpipe meta jitħaddem fuq binarju bl-infrastruttura neċessarja u li juża magna konvenzjonali meta infrastruttura bħal din ma tkunx disponibbli (elettrodiżil);

(102g)

“vettura b’emissjonijiet żero” tfisser:

(a)

fir-rigward ta’ vetturi b’żewġ jew bi tliet roti jew kwadriċikli: vettura li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*23) b’emissjonijiet żero ta’ CO2 mit-tailpipe, ikkalkulati skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 u l-Anness V għal’ dak ir-Regolament;

(b)

fir-rigward ta’ vetturi tat-triq ħfief: vettura tal-kategorija M1, M2 jew N1 b’emissjonijiet żero ta’ CO2 mit-tailpipe, kif iddeterminat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (*24);

(c)

fir-rigward tal-vetturi tat-triq tqwal: vettura tqila b’emissjonijiet żero kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (5) tad-Direttiva 2009/33/KE;

(d)

fir-rigward tal-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni: bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni għat-trasport tal-passiġġieri jew tal-merkanzija b’emissjonijiet ta’ CO2 diretti żero (mit-tailpipe/mill-egżost);

(e)

fir-rigward tal-bastimenti marittimi: bastiment għat-trasport tal-passiġġieri jew tal-merkanzija bil-baħar jew fuq ilma kostali, għal operazzjonijiet tal-port jew għal attivitajiet awżiljarji b’emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(f)

fir-rigward tar-rolling stock ferrovjarju: rolling stock li għandu emissjonijiet diretti żero ta’ CO2 (mit-tailpipe);

(102h)“vettura”

tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

vettura tat-triq tal-kategorija M1, M2, N1, M3, N2, N3 jew L;

(b)

bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew tal-baħar u kostali għat-trasport tal-passiġġieri jew tal-merkanzija;

(c)

rolling stock;

(d)

inġenji tal-ajru;

(102i)

“tagħmir mobbli tas-servizzi fuq l-art” tfisser tagħmir mobbli użat f’attivitajiet ta’ servizz inċidentali għat-trasport bl-ajru jew marittimu;

(102j)

“tagħmir terminali mobbli” tfisser tagħmir mobbli użat għat-tagħbija, għall-ħatt u għat-trażbord ta’ oġġetti u ta’ unitajiet tat-tagħbija intermodali, u għall-ġarr ta’ merkanzija f’żona tat-terminal;”

(*21)  Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5)."

(*22)  Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202)."

(*23)  Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52)."

(*24)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).”;"

(aa)

il-punt (103) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(103)

“effiċjenza fl-enerġija” tfisser effiċjenza fl-enerġija kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (4) tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*25);

(*25)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).”;"

(bb)

il-punt (103 a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(103a)

“enerġija primarja” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli u mhux rinnovabbli li ma tkun għaddiet minn ebda proċess ta’ konverżjoni jew trasformazzjoni;”;

(cc)

jitħassar il-punt (103b);

(dd)

il-punt (103d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(103d)

“tħejjija intelliġenti” tfisser il-kapaċità tal-bini jew tal-unitajiet tal-bini li jadattaw l-operat tagħhom għall-ħtiġijiet tal-okkupant, inkluża l-ottimizzazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija u tar-rendiment ġenerali, u li jadattaw l-operat tagħhom b’reazzjoni għas-sinjali mill-grilja”;

(ee)

il-punt (103e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(103e)

“kumpanija żgħira b’kapitalizzazzjoni medja” tfisser impriża li mhijiex SME u li l-għadd ta’ impjegati tagħha ma jaqbiżx l-499, ikkalkulat skont l-Artikoli 3 sa 6 tal-Anness I, li l-fatturat annwali tagħha ma jaqbiżx il-EUR 100 miljun jew li l-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma taqbiżx is-EUR 86 miljun; diversi entitajiet għandhom jitqiesu bħala impriża waħda jekk tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3(3) tal-Anness I. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikoli 56e (10) u l-Artikolu 56f, kumpanija żgħira b’kapitalizzazzjoni medja tfisser impriża li mhijiex SME u timpjega sa 499 impjegat;”;

(ff)

jiddaħħal il-punt (103f) li ġej:

“(103f)

“iffrankar tal-enerġija” tfisser iffrankar tal-enerija kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (5) tad-Direttiva 2012/27/UE”;

(gg)

il-punt (105) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(105)

“fond għall-effiċjenza fl-enerġija” jew “EEF” tfisser veikolu ta’ investiment speċjali stabbilit għall-fini ta’ investiment fi proġetti tal-effiċjenza fl-enerġija mmirati lejn it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija tal-bini. L-EEFs huma ġestiti minn maniġer tal-fond għall-effiċjenza fl-enerġija;”;

(hh)

il-punt (108) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(108)

“koġenerazzjoni” jew “sħana u enerġija kkombinati” jew “CHP” tfisser koġenerazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (30) tad-Direttiva 2012/27/UE;”;

(ii)

jiddaħħlu l-punti (108a) u (108b) li ġejjin:

“(108a)

“koġenerazzjoni bbażata fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli” tfisser koġenerazzjoni li tuża 100 % mill-enerġija minn sorsi rinnovabbli bħala input għall-produzzjoni tas-sħana u l-enerġija;

(108b)

“pompa tas-sħana” tfisser magna, apparat jew installazzjoni li tittrasferixxi s-sħana minn ambjenti naturali bħall-arja, l-ilma jew l-art għall-bini jew applikazzjonijiet industrijali billi treġġa’ lura l-fluss naturali tas-sħana b’tali mod li din tgħaddi minn temperatura aktar baxxa għal waħda ogħla. Għal pompi tas-sħana riversibbli, tista’ wkoll iċċaqlaq is-sħana mill-bini għall-madwar naturali;”;

(jj)

il-punt (109) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(109)

“enerġija minn sorsi rinnovabbli” jew “enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija prodotta minn impjanti li jużaw biss sorsi tal-enerġija rinnovabbli kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001, kif ukoll is-sehem f’termini ta’ valur kalorifiku tal-enerġija prodotta minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli f’impjanti ibridi li jużaw ukoll sorsi ta’ enerġija konvenzjonali u tinkludi l-elettriku rinnovabbli użat għall-mili ta’ sistemi ta’ ħżin konnessi wara l-miter (installati b’mod konġunt jew bħala suppliment għall-installazzjoni rinnovabbli), iżda teskludi l-elettriku prodott bħala riżultat tas-sistemi ta’ ħżin;”;

(kk)

jiddaħħal il-punt (109a) li ġej:

“(109a)

“komunità tal-enerġija rinnovabbli” tfisser komunità tal-enerġija rinnovabbli kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (16) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;”;

(ll)

jitħassru l-punti (110), sa (113);

(mm)

il-punt (114) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(114)

“teknoloġija innovattiva” tfisser teknoloġija ġdida u kkwalifikata reċentement meta mqabbla mal-aktar stat avvanzat fl-industrija, li ġġorr riskju ta’ falliment teknoloġiku jew industrijali u mhix ottimizzazzjoni jew żieda ta’ teknoloġija eżistenti;”;

(nn)

jiddaħħlu l-punti (114 a) u (114b) li ġejjin:

“(114a)

“proġett ta’ dimostrazzjoni” tfisser proġett ta’ dimostrazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (24), tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*26);

(114b)

“kuntratt għad-differenza” tfisser strument ta’ għajnuna li jintitola lill-benefiċjarju għal pagament ugwali għad-differenza bejn prezz(ijiet) tal-eżerċitar fiss u prezz ta’ referenza – bħal prezz tas-suq, għal kull unità ta’ output;”;

(*26)  Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54).”;"

(oo)

il-punti (115) u (116) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(115)

“ibbilanċjar” għall-elettriku tfisser ibbilanċjar kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (10) tar-Regolament (UE) 2019/943;

(116)

“responsabbiltajiet standard għall-ibbilanċjar” tfisser responsabbiltajiet għall-ibbilanċjar mhux diskriminatorji bejn it-teknoloġiji li ma jeżentaw l-ebda ġeneratur mir-responsabbiltà għall-ibbilanċjar, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/943;”

(pp)

jiddaħħal il-punt (116a) li ġej:

“(116a)

“parti inkarigata mill-ibbilanċjar (BRP)” tfisser parti inkarigata mill-ibbilanċjar kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (14) tar-Regolament (UE) 2019/943;”;

(qq)

il-punt (117) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(117)

“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli tal-prodotti, tal-iskart u tar-residwi ta’ oriġini bijoloġika, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (24), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;”;

(rr)

jiddaħħlu l-punti (117a) sa (117d) li ġejjin:

“(117a)

“bijofjuwils” tfisser bijokarburanti kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (33) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(117b)

“bijogass” tfisser bijogass kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (28) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(117c)

“bijolikwidi” tfisser bijolikwidi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (32) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(117d)

“fjuwils mill-bijomassa” tfisser karburanti mill-bijomassa kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (27) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;”;

(ss)

il-punti (118) u (119) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(118)

diskrepanza fil-finanzjament” tfisser il-kost nett żejjed iddeterminat bid-differenza bejn id-dħul u l-spejjeż ekonomiċi (inklużi l-investiment u l-operat) tal-proġett megħjun u dawk tal-proġett alternattiv li l-benefiċjarju tal-għajnuna kredibbilment iwettaq fin-nuqqas tal-għajnuna. Sabiex tiġi ddeterminata d-diskrepanza fil-finanzjament, l-Istat Membru jeħtieġlu jikkwantifika, għax-xenarju fattwali u għal xenarju kontrofattwali kredibbli, il-spejjeż u d-dħul ewlenin kollha, il-kost medju ponderat tal-kapital (“WACC”) stmat tal-benefiċjarji sabiex jiġu skontati l-flussi tal-flus futuri, kif ukoll il-valur preżenti nett (“VPN”) għax-xenarji fattwali u kontrofattwali, tul il-ħajja tal-proġett. Il-kost żejjed nett tipiku jista’ jiġi stmat bħala d-differenza bejn il-VPN għax-xenarju fattwali u għax-xenarju kontrofattwali tul il-ħajja tal-proġett ta’ referenza.

(119)

“taxxa ambjentali jew imposta parafiskali” tfisser taxxa jew imposta applikata fuq bażi tat-taxxa speċifika, prodotti jew servizzi li għandhom effett negattiv ċar fuq l-ambjent jew li tfittex li tistabbilixxi imposta fuq ċerti attivitajiet, prodotti jew servizzi sabiex il-spejjeż ambjentali jkunu jistgħu jiġu inklużi fil-prezz tagħhom jew sabiex il-produtturi u l-konsumaturi jkunu orjentati lejn attivitajiet li jirrispettaw l-ambjent aħjar;”;

(tt)

il-punt (121) huwa mħassar;

(uu)

jiddaħħlu l-punti (121a) sa (121d) li ġejjin:

“(121a)

“rimedjar” tfisser azzjonijiet ta’ ġestjoni ambjentali, bħat-tneħħija jew id-ditossifikazzjoni ta’ kontaminati jew ta’ nutrijenti żejda mill-ħamrija u mill-ilma, li għandhom l-għan li jneħħu s-sorsi ta’ degradazzjoni;

(121b)

“riabilitazzjoni” tfisser azzjonijiet ta’ ġestjoni ambjentali li għandhom l-għan li jerġgħu jistabbilixxu livell ta’ funzjonament tal-ekosistema f’siti degradati, fejn l-għan ikun l-għoti kontinwu ta’ servizzi tal-ekosistema minflok il-bijodiversità u l-integrità ta’ ekosistema ta’ referenza naturali jew seminaturalideżinjata;

(121c)

“ekosistema” tfisser ekosistema kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (13) tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*27);

(121d)

“bijodiversità” tfisser bijodiversità kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (15) tar-Regolament (UE) 2020/852;

(*27)  Ir-Regolament (UE) Nru 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).”;"

(vv)

jiddaħħlu l-punti (123a), sa (123d) li ġejjin:

“(123a)

“sustanza niġġiesa” tfisser sustanza niġġiesa kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (10), tar-Regolament (UE) 2020/852;

(123b)

“tniġġis” tfisser tniġġis kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 2 tad-Direttiva 2010/75/UE;

(123c)

“soluzzjoni bbażata fuq in-natura” tfisser azzjoni għall-protezzjoni, il-konservazzjoni, ir-restawr, l-użu sostenibbli u l-ġestjoni tal-ekosistemi naturali jew modifikati terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar, li tindirizza l-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali b’mod effettiv u adattiv, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi l-benesseri tal-bniedem, is-servizzi tal-ekosistema, ir-reżiljenza u l-benefiċċji tal-bijodiversità;

(123d)

“restawr” tfisser il-proċess ta’ assistenza għall-irkupru ta’ ekosistema bħala mezz ta’ konservazzjoni tal-bijodiversità u ta’ żieda fir-reżiljenza tal-ekosistema, partikolarment għat-tibdil fil-klima. Ir-restawr tal-ekosistemi jinkludi miżuri li jittieħdu għat-titjib tal-kundizzjoni ta’ ekosistema u l-ħolqien mill-ġdid jew l-istabbiliment mill-ġdid ta’ ekosistema meta dik il-kundizzjoni tkun intilfet u t-titjib tar-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klima tal-ekosistemi;”;

(ww)

il-punt 124 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(124)

“tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti fl-użu tal-enerġija” tfisser tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (41) tad-Direttiva 2012/27/UE;”;

(xx)

jiddaħħlu l-punti (124a) u (124b):

“(124a)

“tisħin distrettwali” u “tkessiħ distrettwali” jfissru tisħin distrettwali jew tkessiħ distrettwali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (19) tad-Direttiva 2010/31/UE;

(124b)

“sistemi ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali” tfisser faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni tas-sħana u/jew tal-ksieħ, ħżin termali u network tad-distribuzzjoni, li jkopri kemm in-network primarju – ta’ trażmissjoni – kif ukoll in-network sekondarju ta’ pipelines, għall-provvista tat-tisħin jew tat-tkessiħ lill-konsumaturi. Ir-referenza għat-tisħin distrettwali għandha tiġi interpretata bħala sistemi ta’ tisħin u/jew ta’ tkessiħ distrettwali, skont jekk in-networks jipprovdux tisħin jew tkessiħ b’mod konġunt jew separatament;”;

(yy)

il-punti (126), (127) u (128) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(126)

“użu mill-ġdid” tfisser użu mill-ġdid kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (13) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*28);

(127)

“preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser preparazzjoni għal użu mill-ġdid kif definita fl-Artikolu 3, il-punt 16, tad-Direttiva 2008/98/KE ;

(128)

“riċiklaġġ” tfisser riċiklaġġ kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (17), tad-Direttiva 2008/98/KE;

(*28)  Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3)”"

(zz)

jiddaħħlu l-punti (128 a) sa (128i) li ġejjin:

“(128a)

“effiċjenza fir-riżorsi” tfisser it-tnaqqis tal-kwantità ta’ inputs meħtieġa għall-produzzjoni ta’ unità ta’ output jew is-sostituzzjoni ta’ inputs primarji b’inputs sekondarji;

(128b)

“skart” tfisser skart kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1) tad-Direttiva 2008/98/KE ;

(128c)

“sħana mormija” tfisser sħana mormija kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (9), tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(128d)

“trattament” tfisser trattament kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (14), tad-Direttiva 2008/98/KE kif ukoll it-trattament ta’ prodotti, materjali jew sustanzi oħra;

(128e)

“rkupru” tfisser irkupru kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (15), tad-Direttiva 2008/98/KE kif ukoll l-irkupru ta’ prodotti, materjali jew sustanzi oħra;

(128f)

“rimi” tfisser rimi kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (19) tad-Direttiva 2008/98/KE;

(128g)

“prodotti, materjali jew sustanzi oħrajn” tfisser materjali, prodotti u sustanzi oħra għajr skart, inklużi prodotti sekondarji msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/98/KE, residwi agrikoli u tal-forestrija, ilma mormi, ilma tax-xita u ilma tax-xeba’, minerali, nutrijenti, gassijiet residwi mill-proċessi tal-produzzjoni, u prodotti, partijiet u materjali żejda;

(128h)

“prodotti, partijiet u materjali żejda” tfisser prodotti, partijiet jew materjali li ma għadhomx meħtieġa jew utli għad-detentur tagħhom iżda li huma xierqa għall-użu mill-ġdid;

(128i)

“ġbir separat” tfisser ġbir separat kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (11) tad-Direttiva 2008/98/KE;”

(aaa)

jitħassar il-punt (129);

(bbb)

il-punt (130) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(130)

“l-infrastruttura tal-enerġija” tfisser kull tagħmir fiżiku jew faċilità li tinsab fl-Unjoni jew li torbot lill-Unjoni ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar u li jaqgħu taħt il-kategoriji li ġejjin:

(a)

elettriku:

(i)

sistemi tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, fejn “trażmissjoni” tfisser it-trasport tal-elettriku fuq l-art kif ukoll lil hinn mill-kosta fuq is-sistema interkonnessa ta’ vultaġġ għoli ħafna u ta’ vultaġġ għoli bil-ħsieb li dan jasal għand il-klijenti finali jew għand id-distributuri, iżda ma tinkludix il-provvista, u “distribuzzjoni” tfisser it-trasport tal-elettriku fuq l-art kif ukoll lil hinn mill-kosta fuq sistemi tad-distribuzzjoni ta’ vultaġġ għoli, ta’ vultaġġ medju u ta’ vultaġġ baxx bil-ħsieb li dan jasal għand il-klijenti, iżda ma tinkludix il-provvista;

(ii)

kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali sabiex is-sistemi msemmijin fil-punt (i) joperaw b’sikurezza, b’sigurtà u b’effiċjenza, inklużi s-sistemi ta’ protezzjoni, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll fil-livelli kollha tal-vultaġġ u fis-substazzjonijiet kollha;

(iii)

komponenti tan-network integrati b’mod sħiħ, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (51) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*29);

(iv)

grilji elettriċi intelliġenti, li tfisser sistemi u komponenti li jintegraw it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, permezz ta’ pjattaformi diġitali operazzjonali, sistemi tal-kontroll u teknoloġiji tas-sensuri kemm fil-livell tat-trażmissjoni kif ukoll f’dak tad-distribuzzjoni, li jimmiraw għal network tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-elettriku aktar sigur, effiċjenti u intelliġenti, kapaċità akbar li jiġu integrati forom ġodda ta’ ġenerazzjoni, ta’ ħżin u ta’ konsum u faċilitazzjoni ta’ mudelli kummerċjali u ta’ strutturi tas-suq ġodda;

(v)

grilji tal-elettriku fil-baħar, li tfisser kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni ta’ infrastruttura tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni tal-elettriku kif definit fil-punt (i), li għandha funzjonalità doppja: l-interkonnessjoni u t-trażmissjoni jew id-distribuzzjoni tal-elettriku rinnovabbli tal-baħar mis-siti ta’ ġenerazzjoni fil-baħar lil żewġ pajjiżi jew aktar. Dan jinkludi wkoll grilji intelliġenti kif ukoll kull tagħmir jew installazzjoni kontigwa fil-baħar li tkun essenzjali għal operazzjoni b’sikurezza, b’sigurtà u b’effiċjenza, inklużi sistemi tal-protezzjoni, tal-monitoraġġ u tal-kontroll, u s-substazzjonijiet neċessarji jekk dawn jiżguraw ukoll l-interoperabbiltà tat-teknoloġija, u fost l-oħrajn il-kompatibbiltà tal-interfaċċa bejn teknoloġiji differenti;

(b)

gass (gass naturali, bijogass- inkluż il-bijometan – u/jew gass rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika):

(i)

pipelines tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni għat-trasport tal-gass li jifformaw parti minn network, bl-esklużjoni ta’ pipelines ta’ pressjoni għolja li jintużaw għad-distribuzzjoni upstream tal-gass naturali;

(ii)

faċilitajiet ta’ ħażna taħt l-art li huma konnessi mal-pipelines tal-gass bi pressjoni għolja msemmijin fil-punt (i);

(iii)

il-faċilitajiet ta’ lqugħ, ta’ ħżin u ta’ rigassifikazzjoni jew ta’ dekompressjoni għal gass likwifikat jew ikkumpressat;

(iv)

kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali sabiex is-sistema topera b’sikurezza, b’sigurtà u b’effiċjenza jew sabiex tippermetti kapaċità bidirezzjonali, inklużi l-istazzjonijiet ta’ kompressjoni;

(v)

grilji tal-gass intelliġenti, li tfisser kwalunkwe mit-tagħmir jew mill-installazzjonijiet li ġejjin li jkollhom l-għan li jippermettu u jiffaċilitaw l-integrazzjoni ta’ gassijiet rinnovabbli u b’livell baxx ta’ karbonju (inklużi l-idroġenu jew gassijiet ta’ oriġini mhux bijoloġika) fin-network: sistemi diġitali u komponenti li jintegraw teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, sistemi ta’ kontroll u teknoloġiji tas-sensuri biex jippermettu l-monitoraġġ interattiv u intelliġenti, il-kejl, il-kontroll tal-kwalità u l-ġestjoni tal-produzzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-gass f’network tal-gass. Barra minn hekk, il-grilji intelliġenti jistgħu jinkludu wkoll tagħmir li jippermetti l-flussi fid-direzzjoni opposta mil-livell tad-distribuzzjoni sal-livell tat-trażmissjoni u t-tijib neċessarju relatat man-network eżistenti;

(c)

idroġenu:

(i)

pipelines tat-trażmissjoni, għat-trasport tal-idroġenu bi pressjoni għolja, kif ukoll pipelines tad-distribuzzjoni għad-distribuzzjoni lokali tal-idroġenu, li jagħtu aċċess lil utenti multipli tan-network fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja;

(ii)

faċilitajiet tal-ħżin, li tfisser faċilitajiet użati għall-ħżin ta’ idroġenu ta’ grad għoli ta’ purità, inkluża l-parti ta’ terminal tal-idroġenu użat għall-ħżin iżda eskluża l-parti użata għall-operazzjonijiet ta’ produzzjoni, u inklużi l-faċilitajiet riżervati esklużivament għall-operaturi ta’ networks tal-idroġenu fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Il-faċilitajiet ta’ ħżin tal-idroġenu jinkludu faċilitajiet ta’ ħażna taħt l-art li huma konnessi mal-pipelines tal-idroġenu bi pressjoni għolja msemmijin fil-punt (i);

(iii)

faċilitajiet tad-dispaċċ, ta’ ħżin, ta’ lqugħ, ta’rigassifikazzjoni jew ta’dekompressjoni għall-idroġenu jew għall-idroġenu integrat f’sustanzi kimiċi oħra bl-għan li l-idroġenu jiġi injettat fil-grilja għall-gass jew iddedikat għall-idroġenu;

(iv)

terminals, li tfisser installazzjonijiet użati għat-trasformazzjoni tal-idroġenu likwidu f’idroġenu gassuż għall-injezzjoni fin-network tal-idroġenu. It-terminals jinkludu tagħmir anċillari u ħżin temporanju meħtieġ għall-proċess ta’ trasformazzjoni u l-injezzjoni sussegwenti fin-network tal-idroġenu, iżda ma jinkludu l-ebda parti mit-terminal tal-idroġenu użat għall-ħżin;

(v)

interkonnetturi, li tfisser network tal-idroġenu (jew parti minnu) li jaqsam jew jifrex minn naħa għall-oħra ta’ fruntiera bejn Stati Membri, jew bejn Stat Membru u pajjiż terz sat-territorju tal-Istati Membri jew il-baħar territorjali ta’ dak l-Istat Membru;

(vi)

kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali sabiex is-sistema tal-idroġenu topera b’sikurezza, b’sigurtà u b’effiċjenza jew sabiex tippermetti kapaċità bidirezzjonali, inklużi stazzjonijiet ta’ kumpressuri;

Kwalunkwe wieħed mill-assi elenkati fil-punti (i) sa (vi) jistgħu jkunu assi mibnijin ġodda jew assi konvertiti minn gass naturali għal idroġenu, jew kombinazzjoni tat-tnejn. L-assi elenkati taħt il-punti (i) sa (vi), li huma soġġetti għal aċċess ta’ partijiet terzi għandhom jikkwalifikaw bħala infrastruttura tal-enerġija;

(d)

diossidu tal-karbonju:

(i)

pipelines, għajr network ta’ pipelines upstream, użati għat-trasport tad-diossidu tal-karbonju minn aktar minn sors wieħed, jiġifieri installazzjonijiet industrijali (inkluż impjanti tal-enerġija) li jipproduċu gass tad-diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni jew minn reazzjonijiet kimiċi oħrajn li jinvolvu komposti fossili jew mhux fossili li fihom il-karbonju, għall-fini ta’ ħżin ġeoloġiku permanenti tad-diossidu tal-karbonju skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*30) jew għall-fini li d-diossidu tal-karbonju jintuża bħala materja prima jew sabiex itejjeb ir-rendimenti tal-proċessi bijoloġiċi;

(ii)

faċilitajiet għal-likwefazzjoni u għall-ħżin bafer tad-diossidu tal-karbonju bil-ħsieb tat-trasport jew tal-ħżin tiegħu. Dan ma jinkludix l-infrastruttura ġo formazzjoni ġeoloġika li tintuża għal ħżin ġeoloġiku permanenti tad-diossidu tal-karbonju skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/31/KE u l-faċilitajiet tas-superfiċe u ta’ injezzjoni assoċjati;

(iii)

kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali sabiex is-sistema inkwistjoni topera b’mod xieraq, b’sigurtà u b’effiċjenza, inklużi s-sistemi ta’ protezzjoni, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll. Dan jista’ jinkludi assi mobbli ddedikati għat-trasport u għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju, dment li dawn l-assi mobbli jissodisfaw id-definizzjoni ta’ vettura nadifa;

L-assi elenkati taħt il-punti (i), (ii) u (iii), li huma soġġetti għal aċċess ta’ parti terza għandhom jikkwalifikaw bħala infrastruttura tal-enerġija;

(e)

infrastruttura li tintuża għat-trażmissjoni jew għad-distribuzzjoni ta’ enerġija termali fil-forma ta’ fwar, ta’ misħun jew ta’ likwidi mkessħin minn produtturi jew minn utenti multipli, fuq il-bażi tal-użu ta’ enerġija rinnovabbli jew ta’ sħana mormija minn applikazzjonijiet industrijali;

(f)

Proġetti ta’ Interess Komuni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (4) tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*31) u proġett ta’ interess reċiproku msemmi fl-Artikolu 171 tat-Trattat;

(g)

kategoriji oħrajn tal-infrastruttura li jippermettu konnessjoni fiżika jew mingħajr fili ta’ enerġija rinnovabbli jew ta’ enerġija ħielsa mil-karbonju bejn il-produtturi u l-utenti minn punti ta’ aċċess u ta’ ħruġ multipli u li huma miftuħin għal aċċess minn partijiet terzi li ma jappartjenux għall-impriżi tas-sid jew tal-maniġer tal-infrastruttura;

L-assi elenkati taħt il-punti (a) sa (g) li jinbnew għal grupp wieħed jew għal grupp żgħir ta’ utenti identifikati ex ante u mfassla għall-ħtiġijiet tagħhom (“infrastruttura ddedikata”) ma għandhomx jikkwalifikaw bħala infrastruttura tal-enerġija.

(*29)  Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125)."

(*30)  Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114)."

(*31)  Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39).”;"

(ccc)

jiddaħħlu l-punti (130(a sa (130d) li ġejjin:

“(130a)

“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” (DSO) tfisser operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (29) tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(130b)

“operatur ta’ sistema tat-trażmissjoni” (TSO) tfisser operatur ta’ sistema tat-trażmissjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (35) tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(130c)

“ħżin tal-elettriku” tfisser id-differiment tal-użu finali tal-elettriku għal mument aktar tard minn meta jiġi ġġenerat, jew il-konverżjoni tal-enerġija elettrika f’forma ta’ enerġija li tista’ tinħażen, il-ħżin ta’ tali enerġija, u l-konverżjoni sussegwenti mill-ġdid ta’ tali enerġija f’enerġija elettrika;

(130d)

“ħżin termali” tfisser id-differiment tal-użu finali tal-enerġija termali għal mument aktar tard minn meta tiġi ġġenerata, jew il-konverżjoni tal-enerġija elettrika jew termali f’forma ta’ enerġija li tista’ tinħażen, il-ħżin ta’ tali enerġija, u, fejn xieraq, il-konverżjoni jew il-konverżjoni mill-ġdid sussegwenti ta’ tali enerġija f’enerġija termali għall-użu finali (jiġifieri t-tisħin jew it-tkessiħ);”;

(ddd)

il-punt (131) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(131)

“leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija” tfisser id-Direttiva (UE) 2019/944, fid-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*32), fir-Regolament (UE) 2019/943 u fir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*33);

(*32)  Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94)."

(*33)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36).”;"

(eee)

jiddaħħlu l-punti (131a) u (131b) li ġejjin:

“(131a)

“qbid u ħżin tad-diossidu tal-karbonju” jew “CCS” tfisser sett ta’ teknoloġiji li jagħmlu possibbli li jinqabad is-CO2 li joħroġ minn impjanti industrijali, inklużi emissjonijiet inerenti fil-proċess, jew li dan jinqabad direttament mill-arja tal-ambjent, jiġi ttrasportat lejn post ta’ ħżin u jiġi injettat f’formazzjonijiet ġeoloġiċi taħt l-art adattati għall-fini ta’ ħżin permanenti;

(131b)

“qbid u użu tad-diossidu tal-karbonju” jew “CCU” tfisser sett ta’ teknoloġiji li jagħmluha possibbli li jinqabad is-CO2 li joħroġ minn impjanti industrijali, inklużi emissjonijiet inerenti fil-proċess, jew li jinqabad direttament mill-arja tal-ambjent u jiġi ttrasportat lejn sit tal-konsum jew l-użu tas-CO2 sabiex dak is-CO2 jintuża kollu;”;

(fff)

jitħassar il-punt (134);

(ggg)

il-punt (137) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(137)

“infrastruttura tal-broadband” tfisser netwerk tal-broadband mingħajr ebda komponent attiv u tinkludi l-infrastruttura fiżika, inklużi t-tubi, l-arbli, it-torrijiet, il-fibra skura, il-kabinetti u l-kejbils (inklużi l-kejbils tal-fibra skura u tar-ram)”;

(hhh)

jiddaħħlu l-punti (137a), (137b) u (137c) li ġejjin:

“(137a)

“backhaul” tfisser il-parti ta’ netwerk tal-broadband li tgħaqqad in-netwerk tal-aċċess man-netwerk ċentrali u li ma tipprovdix aċċess dirett lill-utenti finali. Hija l-parti tan-netwerk fejn it-traffiku tal-utenti finali huwa aggregat;

(137b)

“netwerk ċentrali” tfisser in-netwerk ewlieni li jgħaqqad networks backhaul minn żoni jew reġjuni differenti;

(137c)

“netwerk ta’ aċċess” tfisser is-segment ta’ netwerk tal-broadband li jgħaqqad in-netwerk backhaul mal-bini jew l-apparat tal-utenti finali;”;

(iii)

il-punt (139) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(139)

“aċċess għall-operaturi” tfisser aċċess li jippermetti lil operatur li juża l-faċilitajiet ta’ operatur ieħor. L-aċċess għall-operaturi għandu jinkludi, fuq il-bażi tal-iżviluppi teknoloġiċi kurrenti, tal-anqas il-prodotti ta’ aċċess li ġejjin: (i) għan-netwerks FTTx: l-aċċess għall-infrastruttura tal-broadband, is-separazzjoni u l-aċċess bitstream; (ii) għan-networks tal-kejbil: l-aċċess għall-infrastruttura tal-broadband u l-aċċess għal servizzi attivi; (iii) għan-netwerks fissi bla fili: l-aċċess għall-infrastruttura tal-broadband u l-aċċess għal servizzi attivi; (iv) għan-networks mobbli: l-aċċess għall-infrastruttura tal-broadband u l-aċċess għal servizzi attivi (għallinqas ir-roaming); (v) għall-pjattaformi tas-satelliti: aċċess għal servizzi attivi; (vi) għal networks backhaul: l-aċċess għall-infrastruttura tal-broadband u l-aċċess għal servizzi attivi.”;

(jjj)

il-punt (139a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(139a)

“bini mgħoddi” tfisser bini tal-utent finali li miegħu, fuq talba mill-utenti finali u fi żmien 4 ġimgħat mid-data tat-talba, fornitur jista’ jipprovdi servizzi tal-broadband (irrispettivament minn jekk dan il-bini jkunx diġà konness man-netwerk jew le). Il-prezz mitlub għall-forniment ta’ servizzi broadband fil-bini tal-utenti finali f’dan il-każ ma jistax jaqbeż it-tariffi normali tal-konnessjoni, jiġifieri ma jistax jinkludi xi kost addizzjonali jew eċċezzjonali meta mqabbel mal-prattika kummerċjali standard u, fi kwalunkwe każ, ma jistax jaqbeż il-prezz tas-soltu fl-Istat Membru kkonċernat. Dak il-prezz għandu jiġi ddeterminat mill-awtorità nazzjonali kompetenti;”;

(kkk)

jiddaħħlu l-punti (139d), (139e) u (139f) li ġejjin:

“(139d)

“l-eqqel ħin” huwa l-ħin tal-ġurnata b’durata tipika ta’ siegħa li matulu t-tagħbija tan-network normalment tilħaq il-livell massimu tagħha;

(139e)

“kundizzjonijiet tal-eqqel ħin” tfisser il-kundizzjonijiet li taħthom in-netwerk huwa mistenni li jopera fl-“eqqel ħin”;

(139f)

“orizzont ta’ żmien rilevanti” tfisser orizzont ta’ żmien użat għall-verifika ta’ investimenti privati ppjanati u jikkorrispondi għall-perjodu ta’ żmien li l-Istat Membru jistma għall-introduzzjoni tan-network iffinanzjat mill-Istat ippjanat, li jibda mill-mument tal-pubblikazzjoni tal-konsultazzjoni pubblika dwar l-intervent ippjanat mill-Istat sad-dħul fis-seħħ tan-network (jiġifieri l-bidu tal-forniment ta’ servizzi bl-ingrossa u/jew bl-imnut fuq in-network iffinanzjat mill-Istat). Il-perjodu ta’ żmien rilevanti ma jistax ikun iqsar minn sentejn;”;

(lll)

il-punt (157) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(157)

“infrastruttura tal-port” tfisser infrastruttura u faċilitajiet għall-forniment ta’ servizzi tal-port relatati mat-trasport, pereżempju postijiet ta’ rmiġġ użati għall-irmiġġ tal-bastimenti, ħitan tal-bnajka, pontijiet tal-imbark u rampi taċ-ċattri li jżommu fil-wiċċ f’żoni tal-marej, baċiri interni, backfills u reklamazzjoni tal-art, infrastruttura għall-ġbir tal-iskart iġġenerat mill-bastimenti u ta’ residwi tal-merkanzija u infrastruttura tal-irriċċarġjar u tar-riforniment fil-portijiet li jfornu l-vetturi, it-tagħmir terminali mobbli u t-tagħmir mobbli tas-servizzi fuq l-art bl-elettriku, bl-idroġenu, bl-ammonijaka u bil-metanol;”;

(mmm)

jitħassar il-punt (161);

(3)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punti (a) sa (e) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

għal għajnuna għall-investiment reġjonali: għal investiment bispejjeż eliġibbli ta’ EUR 110 miljun jew aktar, l-ammonti ta’ għajnuna għal kull impriża għal kull proġett ta’ investiment kif stabbilit hawn taħt:

f’każijiet ta’ intensità massima tal-għajnuna reġjonali ta’ 10 %: EUR 8,25 miljun;

f’każijiet ta’ intensità massima tal-għajnuna reġjonali ta’ 15 %: EUR 12,38 miljun;

f’każijiet ta’ intensità massima tal-għajnuna reġjonali ta’ 20 %: EUR 16,5 miljun;

f’każijiet ta’ intensità massima tal-għajnuna reġjonali ta’ 25 %: EUR 20,63 miljun;

f’każijiet ta’ intensità massima tal-għajnuna reġjonali ta’ 30 %: EUR 24,75 miljun;

f’każijiet ta’ intensità massima tal-għajnuna reġjonali ta’ 35 %: EUR 28,88 miljun;

f’każijiet ta’ intensità massima tal-għajnuna reġjonali ta’ 40 %: EUR 33 miljun;

f’każijiet ta’ intensità massima tal-għajnuna reġjonali ta’ 50 %: EUR 41,25 miljun;

f’każijiet ta’ intensità massima tal-għajnuna reġjonali ta’ 60 %: EUR 49,5 miljun;

f’każijiet ta’ intensità massima tal-għajnuna reġjonali ta’ 70 %: EUR 57,75 miljun;

(b)

għall-għajnuna għall-iżvilupp urban reġjonali, EUR 22 miljun kif stabbilit fl-Artikolu 16(3);

(c)

għall-għajnuna għall-investiment lill-SMEs: EUR 8,25 miljun għal kull intrapriża għal kull proġett ta’ investiment;

(d)

għal għajnuna għal konsulenza favur l-SMEs: EUR 2,2 miljun għal kull impriża għal kull proġett;

(e)

għall-għajnuna lill-SMEs għall-parteċipazzjoni fil-fieri: EUR 2,2 miljun għal kull impriża għal kull proġett;”;

(b)

jiddaħħlu l-punti (ea) u (eb) li ġejjin:

“(ea)

għall-għajnuna lill-mikrointrapriżi fil-forma ta’ interventi pubbliċi li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana msemmija fl-Artikolu 19c: EUR 200 000 għal kull benefiċjarju għal kull sena kalendarja. Għall-mikrointrapriżi attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli, dan il-limitu għandu jkun ta’ EUR 25 000 għal kull benefiċjarju għal kull sena kalendarja, u għall-mikrointrapriżi attivi fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, EUR 30 000 għal kull benefiċjarju għal kull sena kalendarja;

(eb)

għall-għajnuna lill-SMEs fil-forma ta’ interventi pubbliċi temporanji li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana prodotta mill-gass naturali jew mill-elettriku biex jittaffa l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna msemmija fl-Artikolu 19d: EUR 2 miljun għal kull benefiċjarju għal kull sena kalendarja. Għall-SMEs attivi fil-produzzjoni primarja ta’ prodotti agrikoli, dan il-limitu għandu jkun ta’ EUR 250 000 għal kull benefiċjarju għal kull sena kalendarja, u għall-SMEs attivi fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, EUR 300 000 għal kull benefiċjarju għal kull sena kalendarja. L-għajnuna mogħtija lill-impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli għandha tkun bil-kundizzjoni li ma tiġix mgħoddija parzjalment jew kompletament lill-produtturi primarji;”;

(c)

il-punti (f) sa (sa) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(f)

għall-għajnuna għal impriżi li jipparteċipaw fi proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea: għall-għajnuna skont l-Artikolu 20, EUR 2,2 miljun għal kull impriża, għal kull proġett; għal għajnuna skont l-Artikolu 20a, l-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 20a(2) għal kull impriża, għal kull proġett;

(g)

għall-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju: EUR 16,5 miljun għal kull impriża eliġibbli kif stabbilit fl-Artikolu 21(8) u l-Artikolu 21a(2);

(h)

għall-għajnuna għan-negozji ġodda: l-ammonti stabbiliti għal kull impriża fl-Artikolu 22(3), (4), (5) u (7);”;

(i)

għall-għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp:

(i)

jekk il-proġett huwa b’mod predominanti riċerka fundamentali: EUR 55 miljun għal kull impriża għal kull proġett; dan ikun il-każ meta aktar minn nofs tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett jiġġarrbu permezz ta’ attivitajiet li jaqgħu fil-kategorija ta’ riċerka fundamentali;

(ii)

jekk il-proġett huwa b’mod predominanti riċerka industrijali: EUR 35 miljun għal kull impriża għal kull proġett; dan ikun il-każ meta aktar minn nofs tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett isiru permezz ta’ attivitajiet li jaqgħu fil-kategorija ta’ riċerka industrijali jew fil-kategoriji ta’ riċerka industrijali u tar-riċerka fundamentali meħudin flimkien;

(iii)

jekk il-proġett ikun fil-biċċa l-kbira żvilupp sperimentali: EUR 25 miljun għal kull impriża għal kull proġett; dan ikun il-każ meta aktar minn nofs tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett jiġġarrbu permezz ta’ attivitajiet li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ żvilupp sperimentali;

(iv)

jekk il-proġett ikun proġett Eureka, jiġi implimentat minn Impriża Konġunta stabbilita abbażi tal-Artikolu 185 jew tal-Artikolu 187 tat-Trattat, jew jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 25(6), il-punt (d), l-ammonti msemmija fil-punti (i) sa (iii) jiġu rduppjati;

(v)

jekk l-għajnuna għall-proġetti ta’ riċerka u żvilupp tingħata fil-forma ta’ pagamenti bil-quddiem li jitħallsu lura li, fin-nuqqas ta’ metodoloġija aċċettata biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti tal-għotja gross tagħhom, jiġu espressi bħala perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli u l-miżura tipprovdi li fil-każ ta’ eżitu ta’ suċċess tal-proġett, kif definit abbażi ta’ ipoteżi raġonevoli u prudenti, il-pagamenti bli-quddiem jitħallsu lura b’rata tal-imgħax li tkun mill-inqas daqs ir-rata ta’ tnaqqis applikabbli fi żmien l-għotja, l-ammonti msemmija fil-punti minn (i) sa (iv) jiżdiedu b’50 %;

(vi)

l-għajnuna għal studji ta’ vijabilità fit-tħejjija tal-attivitajiet ta’ riċerka: EUR 8,25 miljun għal kull studju;

(vii)

għal għajnuna għall-SMEs għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp mogħtija tikketta tal-kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza u implimentata skont l-Artikolu 25a, l-ammont imsemmi fl-Artikolu 25a;

(viii)

għall-għajnuna għall-azzjonijiet Maria Skłodowska Curie u l-prova tal-kunċett tal-ERC tal-azzjonijiet implimentati skont l-Artikolu 25b, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 25b;

(ix)

għall-għajnuna involuta fi proġetti kofinanzjati ta’ riċerka u żvilupp implimentati skont l-Artikolu 25c, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 25c;

(x)

għall-għajnuna għall-azzjonijiet ta’ Ħolqien ta’ Timijiet, l-ammonti msemmija fl-Artikolu 25d;

(xi)

għall-għajnuna involuta fil-kofinanzjament ta’ proġetti appoġġati mill-Fond Ewropew għad-Difiża jew mill-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża skont l-Artikolu 25e: EUR 80 miljun għal kull impriża għal kull proġett;

(j)

għall-għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi tar-riċerka: EUR 35 miljun għal kull infrastruttura;”;

(ja)

għall-għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni: EUR 25 miljun għal kull infrastruttura;”;

(k)

għall-għajnuna għal clusters ta’ innovazzjoni: EUR 10 miljun għal kull ragruppament;

(l)

għajnuna għall-innovazzjoni għall-SMEs: EUR 10 miljun għal kull impriża għal kull proġett;

(m)

għall-għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċess u fl-organizzazzjoni: EUR 12,5 miljun għal kull impriża għal kull proġett;

(n)

għall-għajnuna għat-taħriġ: EUR 3 miljun għal kull proġett ta’ taħriġ;

(o)

għall-għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati: EUR 5,5 miljun għal kull impriża għal kull proġett;

(p)

għall-għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità fil-forma ta’ sussidji tal-pagi: EUR 11-il miljun għal kull impriża għal kull proġett;

(q)

għall-għajnuna għall-kumpens tal-ispejjeż addizzjonali għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità: EUR 11-il miljun għal kull impriża għal kull proġett;

(r)

għall-għajnuna għall-kumpens tal-ispejjeż tal-assistenza pprovduta lill-ħaddiema żvantaġġati: EUR 5,5 miljun għal kull impriża għal kull proġett;

(s)

għall-għajnuna għall-investiment għall-protezzjoni tal-ambjent, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor: EUR 30 miljun għal kull intrapriża għal kull proġett ta’ investiment;

(sa)

għall-għajnuna għal infrastruttura u għal ħżin dedikati msemmijin fl-Artikolu 36(4): EUR 25 miljun għal kull proġett;”;

(d)

jiddaħħlu l-punti (sb) sa (sf) segwenti:

“(sb)

għall-għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-irriċċarġjar jew tar-riforniment imsemmija fl-Artikolu 36a(1) u (2): EUR 30 miljun għal kull impriża għal kull proġett u, fil-każ ta’ skemi, baġit annwali medju ta’ EUR 300 miljun;

(sc)

għall-għajnuna għall-investiment għat-titjib ikkombinat tar-rendiment enerġetika u ambjentali tal-bini msemmi fl-Artikoli 38a(7) u 39(2a): EUR 30 miljun għal kull impriża għal kull proġett;

(sd)

għall-għajnuna għall-faċilitazzjoni tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmi fl-Artikolu 38b: EUR 30 miljun f’finanzjament pendenti nominali totali għal kull benefiċjarju;

(se)

għall-għajnuna għall-investiment għal proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija fil-bini fil-forma ta’ strumenti finanzjarji: l-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 39(5);

(sf)

għall-għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis tat-taxxi jew tal-imposti ambjentali msemmija fl-Artikolu 44a: EUR 50 miljun għal kull skema għal kull sena;”;

(e)

il-punti (t) u (u) jitħassru;

(f)

il-punti (v) sa (y) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(v)

għall-għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, kif imsemmi fl-Artikolu 42, u għal għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u minn idroġenu rinnovabbli fi proġetti żgħar u f’komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, kif imsemmijin fl-Artikolu 43: EUR 30 miljun għal kull impriża għal kull proġett; jenħtieġ li s-somma tal-baġits tal-iskemi kollha li jaqgħu taħt l-Artikolu 42 u s-somma tal-baġits tal-iskemi kollha li jaqgħu taħt l-Artikolu 43 rispettivament ma jaqbżux il-EUR 300 miljun fis-sena;

(w)

għall-għajnuna għal sistemi ta’ tisħin u/jew ta’ tkessiħ distrettwali, kif imsemmija fl-Artikolu 46: EUR 50 miljun għal kull impriża għal kull proġett;

(x)

għall-għajnuna għall-infrastruttura tal-enerġija, kif imsemmi fl-Artikolu 48: EUR 70 miljun għal kull impriża għal kull proġett;

(y)

għall-għajnuna għal-iskjerament-ta’ network ta’ broadband fiss mogħtija fil-forma ta’ għotja: EUR 100 miljun tal-spejjeż totali għal kull proġett; għall-għajnuna għan-networks tal-broadband fiss mogħtija fil-forma ta’ strument finanzjarju, l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett ma jistax jaqbeż il-EUR 150 miljun;”;

(g)

jiddaħħal il-punt (yd):

“(yd)

għall-għajnuna għall-iskjerament ta’ networks backhaul mogħtija fil-forma ta’ għotja: EUR 100 miljun tal-ispejjeż totali għal kull proġett; għall-għajnuna għal skjerament ta’ networks backhaul mogħtijin fil-forma ta’ strument finanzjarju, l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarjufinali għal kull proġett ma jistax jaqbeż il-EUR 150 miljun;”;

(h)

il-punti (z) sa (cc) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(z)

għall-għajnuna għall-investiment għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju: EUR 165 miljun għal kull proġett; l-għajnuna operatorja għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju: EUR 82,5 miljun għal kull impriża għal kull proġett;

(aa)

għal skemi ta’ għajnuna għal xogħlijiet awdjoviżivi: EUR 55 miljun għal kull skema għal kull sena;

(bb)

għall-għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi tal-isport u għall-infrastrutturi tar-rikreazzjoni multifunzjonali: EUR 33 miljun jew l-ispejjeż totali li jaqbżu EUR 110 miljun għal kull proġett; l-għajnuna operatorja għall-infrastruttura tal-isport: EUR 2,2 miljun għal kull infrastruttura għal kull sena;

(cc)

għall-għajnuna għall-investiment għal infrastrutturi lokali: EUR 11-il miljun jew il-spejjeż totali li jaqbżu t-EUR 22 miljun għall-istess infrastruttura;”;

(i)

il-punti (ee) u (ff) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(ee)

għall-għajnuna għall-portijiet marittimi: spejjeż eleġibbli ta’ EUR 143 miljun għal kull proġett (jew EUR 165 miljun għal kull proġett f’port marittimu inkluż fil-pjan ta’ ħidma ta’ Kuritur ta’ Netwerk Ewlieni kif imsemmi fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*34)); fir-rigward tat-tħammil, proġett hu definit bħala kwalunkwe tħammil imwettaq f’perjodu ta’ sena kalendarja;

“(ff)

għall-għajnuna għal portijiet interni: spejjeż eleġibbli ta’ EUR 44 miljun għal kull proġett (jew EUR 55 miljun għal kull proġett f’port intern inkluż fil-pjan ta’ ħidma ta’ Kuritur ta’ Netwerk Ewlieni kif imsemmi fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013); fir-rigward tat-tħammil, proġett hu definit bħala kwalunkwe tħammil imwettaq f’perjodu ta’ sena kalendarja;

(*34)  Ir-Regolament (KE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).”;"

(j)

il-punt (hh) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(hh)

għall-għajnuna lill-SMEs għall-ispejjeż imġarrba mill-parteċipazzjoni fi proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”): għall-għajnuna skont l-Artikolu 19a, EUR 2 miljun għal kull impriża, għal kull proġett; għall-għajnuna skont l-Artikolu 19b, l-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 19b(2) għal kull proġett.”;

(4)

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

għajnuna inkluża f’miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 u 21a jiġu ssodisfati;”;

(b)

Fil-paragrafu 2, jiddaħħal il-punt (ga) li ġej:

“(ga)

għajnuna għall-SMEs fil-forma ta’ tariffi mnaqqsa għall-aċċess jew aċċess bla ħlas għal servizzi ta’ konsulenza għall-innovazzjoni u servizzi ta’ appoġġ għall-innovazzjoni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punti (94) u (95) rispettivament, offruti pereżempju minn organizzazzjonijiet tar-riċerka u tat-tixrid tal-għarfien, minn infrastrutturi tar-riċerka, minn infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni jew minn clusterstal-innovazzjoni bbażati fuq skema ta’ għajnuna dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-vantaġġ li jikkonsisti f’tariffi mnaqqsa jew f’aċċess bla ħlas miksub huwa kwantifikabbli u dimostrabbli;

(ii)

l-iskontijiet sħaħ jew parzjali fuq il-prezzijiet għas-servizzi u r-regoli li f’konformità magħhom l-SMEs jistgħu japplikaw għal u jintgħażlu u jingħataw skontijiet isiru disponibbli għall-pubbliku (permezz ta’ siti web jew mezzi xierqa oħra) qabel ma l-fornitur tas-servizz jibda joffri l-iskontijiet;

(iii)

il-fornitur ta’ servizzi għandu jżomm rekords tal-ammonti ta’ għajnuna mogħtija lil kull SME fil-forma ta’ skontijiet fuq il-prezzijiet sabiex jiżgura li l-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 28(3) u (4) jiġu rrispettati. Tali rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna mill-fornitur ta’ servizzi;”

(c)

fil-paragrafu 2, il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(l)

għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III; Taqsima 16”;

(d)

fil-paragrafu 2, jiżdiedu l-punti (m) u (n) li ġejjin:

“(m)

għajnuna lill-mikrointrapriżi fil-forma ta’ interventi pubbliċi li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 19c;

(n)

għajnuna lill-SMEs fil-forma ta’ interventi pubbliċi temporanji li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana prodotta mill-gass naturali jew mill-elettriku biex jittaffa l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19d.”;

(5)

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 5, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

għajnuna għall-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, jekk il-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 21, 21a u 22 jiġu ssodisfati;”;

(b)

fil-paragrafu 5, il-punt (l) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(l)

għajnuna għall-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) jew li jibbenefikaw minnhom, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 19a jew 19b;”;

(c)

fil-paragrafu 5, jiżdiedu l-punti (m) sa (q) li ġejjin:

“(m)

l-għajnuna għar-rimedjar tal-ħsara ambjentali u għar-riabilitazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-ekosistemi fejn l-ispejjeż tar-rimedjar jew tar-riabilitazzjoni jaqbżu ż-żieda fil-valur tal-art jew tal-proprjetà u jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45;

(n)

l-għajnuna għall-protezzjoni tal-bijodiversità u għall-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45.

(o)

għajnuna għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli skont l-Artikoli 41, 42 u 43 meta l-għajnuna tingħata awtomatikament f’konformità ma’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji u mingħajr ma jkun ġie adottat eżerċizzju ulterjuri ta’ diskrezzjoni mill-Istat Membru u l-miżura tkun adottata u fis-seħħ qabel ma tkun bdiet il-ħidma fuq il-proġett jew fuq l-attività megħjuna;

(p)

għajnuna lill-mikrointrapriżi fil-forma ta’ interventi pubbliċi li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19c;

(q)

għajnuna lill-SMEs fil-forma ta’ interventi pubbliċi temporanji li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana prodotta mill-gass naturali jew mill-elettriku biex jittaffa l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19d.”;

(6)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għall-finijiet tal-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna u tal-ispejjeż eliġibbli, għandhom jittieħdu ċ-ċifri użati kollha qabel kull tnaqqis fit-taxxa jew f’imposta oħra. It-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq l-ispejjeż eliġibbli jew l-ispejjeż li huma rimborżabbli skont il-liġi tat-taxxa nazzjonali applikabbli, madankollu, ma għandhiex titqies għall-kalkolu tal-intensità tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli. L-ispejjeż eleġibbli għandhom ikunu appoġġati minn evidenza dokumentarja li għandha tkun ċara, speċifika u kontemporanja. L-ammonti tal-ispejjeż eleġibbli jistgħu jiġu kkalkolati f’konformità mal-għażliet ta’ spejjeż issimplifikati, dment li operazzjoni tkun tal-anqas iffinanzjata parzjalment permezz ta’ fond tal-Unjoni li jippermetti li jintużaw l-għażliet ta’ spejjeż issimplifikati u li l-kategorija ta’ spejjeż tkun eliġibbli skont id-dispożizzjoni ta’ eżenzjoni rilevanti. F’każ bħal dan, huma applikabbli l-għażliet ta’ spejjeż issimplifikati previsti fir-regoli rilevanti li jirregolaw il-fond tal-Unjoni. Barra minn hekk, għall-proġetti implimentati f’konformità mal-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza kif approvati mill-Kunsill skont ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (*35) l-ammonti tal-ispejjeż eliġibbli jistgħu jiġu kkalkolati wkoll f’konformità mal-għażliet ta’ spejjeż issimplifikati, dment li jintużaw l-għażliet ta’ spejjeż issimplifikati stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew fir-Regolament (UE) 2021/1060. Barra minn hekk, għall-għajnuna skont l-Artikoli 25a u 25b, l-ispejjeż indiretti jistgħu jiġu kkalkolati f’konformità mar-regoli stabbiliti fil-paragrafu 3 rispettiv tal-Artikoli 25a u 25b.

(*35)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).”;"

(7)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Meta finanzjament tal-Unjoni ġestit ċentralment mill-istituzzjonijiet, mill-aġenziji, mill-impriżi konġunti jew minn korpi oħra tal-Unjoni li mhuwiex direttament jew indirettament taħt il-kontroll tal-Istat Membru huwa kkombinat flimkien ma’ għajnuna mill-Istat, din tal-aħħar biss għandha titqies sabiex jiġi stabbilit jekk il-limiti ta’ notifika u tal-intensitajiet massimi ta’ għajnuna jew l-ammonti massimi ta’ għajnuna ġewx irrispettati, dment li l-ammont totali ta’ finanzjament pubbliku mogħti għal dawn l-ispejjeż eliġibbli ma jaqbiżx ir-rata ta’ finanzjament l-aktar favorevoli stabbilita fir-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni. B’deroga, il-finanzjament pubbliku totali għal proġetti appoġġati mill-Fond Ewropew għad-Difiża jista’ jilħaq l-ispejjeż eliġibbli totali tal-proġett, irrispettivament mir-rata massima ta’ finanzjament applikabbli skont dan il-fond, dment li jiġu rispettati l-limiti ta’ notifika u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jew l-ammonti massimi ta’ għajnuna skont dan ir-Regolament.”

;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Għajnuna mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli eżentata skont l-Artikoli 19b, 20a, 21, 21a, 22 jew 23, l-Artikolu 56e(5), il-punt (a)(ii), (iii) jew (iv), l-Artikolu 56e(10) u l-Artikolu 56f tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat bispejjeż eliġibbli identifikabbli. Għajnuna mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli tista’ tiġi akkumulata ma’ kwalunkwe għajnuna oħra mill-Istat oħra mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli, sal-ogħla limitu tal-finanzjament totali rilevanti stabbilit fiċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ kull każ permezz ta’ dan ir-regolament ta’ eżenzjoni ta’ kategorija jew ta’ deċiżjoni adottati mill-Kummissjoni. Għajnuna mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli eżentata skont dan ir-Regolament tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna oħra mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli mogħtija biex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 107(3), il-punt (b) tat-Trattat approvata f’deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni. Għajnuna mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli eżentata skont l-Artikolu 56e(5), il-punt (a)(ii), (iii) jew (iv), l-Artikolu 56e(10) u l-Artikolu 56f tista’ tiġi akkumulata ma’ għajnuna oħra mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli eżentati skont dawn l-Artikoli.”

;

(8)

l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-pubblikazzjoni, fil-modulu tal-għoti tat-trasparenza (*36) tal-Kummissjoni jew fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, ta’:

(a)

l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11 fil-format standardizzat stipulat fl-Anness II jew link li tipprovdi aċċess għaliha;

(b)

tat-test sħiħ ta’ kull miżura ta’ għajnuna, kif imsemmi fl-Artikolu 11 jew link li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ;

(c)

l-informazzjoni msemmija fl-Anness III dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż il-EUR 100 000, jew għal għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-fond InvestEU skont it-Taqsima 16 dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż il-EUR 500 000, jew għal benefiċjarji attivi fil-produzzjoni agrikola primarja jew fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, minbarra dawk li għalihom tapplika t-Taqsima 2a, dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż l-EUR 10 000.

Fir-rigward ta’ għajnuna mogħtija lil proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20, l-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Istat Membru li fih tkun tinsab l-awtorità ta’ ġestjoni kkonċernata, kif definit fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*37), jew l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*38), skont liema jkun applikabbli. Alternattivament, l-Istat Membru parteċipanti jista’ jiddeċiedi li kull wieħed minnhom għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar il-miżuri tal-għajnuna fit-territorju tagħhom fuq is-siti web rispettivi.

L-obbligi ta’ pubblikazzjoni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal għajnuna mogħtija lil proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20a, kif ukoll proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità (“CLLD”) skont l-Artikolu 19b.

2.   Fil-każ ta’ skemi fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, u għal skemi koperti mill-Artikoli 16, 21a u 22 (*39), il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu ssodisfati jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti tal-għajnuna individwali fil-meded li ġejjin (f’miljuni ta’ EUR):

 

0,01-0,1 (għas-sajd u għall-akkwakultura biss kif ukoll għall-produzzjoni agrikola primarja);

 

0,1-0,5;

 

0,5-1;

 

1-2;

 

2-5;

 

5-10;

 

10-30; u

 

30 u aktar.

(*36)  Tiftix Pubbliku għat-Trasparenza tal-Għajnuna mill-Istat, disponibbli fuq: https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency/public?lang=en."

(*37)  Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259)."

(*38)  Ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94)."

(*39)  Għal skemi skont l-Artikoli 16, 21a u 22 ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżit li tiġi ppubblikata informazzjoni dwar kull għotja individwali li taqbeż il-EUR 100 000 jista’ jitneħħa fir-rigward ta’ SMEs li ma jkunu wettqu l-ebda bejgħ kummerċjali f’xi suq.”;"

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej

“4.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c) għandha tkun organizzata u aċċessibbli b’mod standardizzat, kif deskritt fl-Anness III, kif ukoll għandha tippermetti funzjonijiet effettivi ta’ riċerka u ta’ download. Għandha tiġi ppubblikata fi żmien 6 xhur mid-data li fiha tkun ingħatat l-għotja, jew għal għajnuna fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa, fi żmien sena (1) mid-data li fiha tkun dovuta d-dikjarazzjoni tat-taxxa, u għandha tkun disponibbli għal tal-anqas 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna. Għal għajnuna fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, jekk ma jkun hemm l-ebda rekwiżit formali għal dikjarazzjoni annwali, il-31 ta’ Diċembru tas-sena li għaliha tkun ingħatat l-għajnuna titqies bħala d-data tal-għoti għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu.”

;

(9)

fl-Artikolu 11(1) l-aħħar sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Dan l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fir-rigward ta’ għajnuna mogħtija għal proġetti ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea msemmija fl-Artikolu 20a, kif ukoll għal proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) kif imsemmi fl-Artikolu 19b.”;

(10)

L-Artikolu 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 13

Kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna reġjonali

Din it-Taqsima ma għandhiex tapplikax għal:

(a)

għajnuna fis-settur tal-azzar, fis-settur tal-linjite u fis-settur tal-faħam;

(b)

għajnuna għas-settur tat-trasport kif ukoll għall-infrastruttura relatata; għajnuna għall-ġenerazzjoni, għall-ħżin, għat-trażmissjoni, għad-distribuzzjoni u għall-infrastruttura tal-enerġija, ħlief għall-għajnuna għall-investiment reġjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi u għall-iskemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali; u għajnuna fis-settur tal-broadband ħlief għal skemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali;

(c)

għajnuna reġjonali fil-forma ta’ skemi li huma mmirati lejn għadd limitat ta’ setturi speċifiċi ta’ attività ekonomika; skemi mmirati lejn attivitajiet turistiċi jew l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli ma humiex ikkunsidrati bħala mmirati lejn setturi speċifiċi tal-attività ekonomika;

(d)

għajnuna operatorja reġjonali li tingħata lil impriżi li l-attivitajiet ewlenin tagħhom jaqgħu taħt it-Taqsima K “Attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni” tan-NACE Rev. 2 jew lil impriżi li jwettqu attivitajiet intragrupp li l-attivitajiet ewlenin tagħhom jaqgħu taħt il-klassijiet 70.10 “Attivitajiet tal-uffiċċji ċentrali” jew 70.22 “In-negozju u attivitajiet oħra ta’ konsulenza maniġerjali” tan-NACE Rev. 2.”;

(11)

l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   F’żoni megħjunin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (a) tat-Trattat, l-għajnuna tista’ tingħata għal kwalunkwe forma ta’ investiment inizjali irrispettivament mid-daqs tal-benefiċjarju. F’żoni megħjunin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, l-għajnuna tista’ tingħata lill-SMEs għal kwalunkwe forma ta’ investiment inizjali u lil impriżi kbar biss għal investiment inizjali li joħloq attività ekonomika ġdida fiż-żona kkonċernata.”

;

(b)

il-paragrafi (4) sa (7) huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“4.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu wieħed jew bosta minn dawn li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż ta’ investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli; jew

(b)

l-ispejjeż stmati tal-pagi tal-impjiegi maħluqin bħala riżultat ta’ investiment inizjali, ikkalkolati fuq sentejn; jew

(c)

taħlita ta’ parti mill-ispejjeż imsemmijin fil-punti (a) u (b) iżda li ma taqbiżx l-ammont ta’ punt (a) jew (b), skont liema jkun l-ogħla.

5.   L-investiment għandu jinżamm fiż-żona kkonċernata għal mill-inqas ħames snin, jew tliet snin għall-SMEs, wara t-tlestija tal-investiment. Dan ma għandux jimpedixxi s-sostituzzjoni ta’ impjant jew tagħmir li ma jkunx għadu aktar validu jew li nkiser f’dan il-perjodu, dment li l-attività ekonomika tinżamm fiż-żona kkonċernata għall-perjodu minimu.

6.   L-assi akkwistati għandhom ikunu ġodda ħlief għall-SMEs u għall-akkwist ta’ stabbiliment.

L--ispejjeż marbuta mal-lokazzjoni ta’ assi tanġibbli jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ art u bini, il-lokazzjoni trid tkompli għal mill-inqas ħames snin wara d-data li fiha huwa mistenni li jitlesta l-investiment fil-każ ta’ kumpaniji kbar, u għal tliet snin fil-każ ta’ SMEs;

(b)

fil-każ ta’ impjanti jew makkinarju, il-lokazzjoni trid tieħu l-forma ta’ lokazzjoni finanzjarja u trid tinkludi obbligu għall-benefiċjarju tal-għajnuna sabiex jixtri l-assi malli jiskadi t-terminu tal-lokazzjoni.

Fil-każ ta’ investiment inizjali kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt 49(b) jew il-punt 51(b), fil-prinċipju għandhom jitqiesu biss l-ispejjeż tax-xiri tal-assi minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej. Madankollu, jekk membru tal-familja tas-sid oriġinali, jew impjegat wieħed jew aktar, jieħu f’idejh intrapriża żgħira, il-kundizzjoni li l-assi għandhom jinxtraw minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej ma tapplikax. It-tranżazzjoni għandha sseħħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Jekk l-akkwiżizzjoni tal-assi ta’ stabbiliment tkun akkumpanjata minn investiment addizzjonali eliġibbli għall-għajnuna reġjonali, l-ispejjeż eliġibbli ta’ dak l-investiment addizzjonali jenħtieġ li jiżdiedu mal-ispejjeż tal-akkwiżizzjoni tal-assi tal-istabbiliment. Jekk l-għajnuna għall-akkwiżizzjoni ta’ assi tkun diġà ngħatat qabel ma jinxtraw, l-ispejjeż ta’ dawk l-assi għandhom jitnaqqsu mill-ispejjeż eliġibbli relatati mal-akkwiżizzjoni ta’ stabbiliment.

7.   Għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi kbar għal bidla fundamentali fil-proċess tal-produzzjoni, l-ispejjeż eliġibbli għandhom jaqbżu d-deprezzament tal-assi marbutin mal-attività li tkun trid tiġi mmodernizzata matul it-tliet snin finanzjarji preċedenti. Għal għajnuna mogħtija lil impriżi kbar jew lil SMEs għal diversifikazzjoni ta’ stabbiliment eżistenti, l-ispejjeż eliġibbli għandhom jaqbżu l-valur kontabilistiku tal-assi li jkunu qed jerġgħu jintużaw b’tal-anqas 200 %, kif irreġistrat fis-sena fiskali ta’ qabel bdew ix-xogħlijiet.”

;

(c)

il-paragrafu 8 huwa emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

iridu jiġu inklużi fl-assi tal-impriża li tirċievi l-għajnuna u jridu jibqgħu assoċjati mal-proġett li għalih tkun ingħatat l-għajnuna għal mill-anqas ħames snin (tliet snin għall-SMEs).”;

(ii)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għal intrapriżi kbar, l-ispejjeż ta’ assi intanġibbli għandhom ikunu eliġibbli biss sa 50 % tal-ispejjeż ta’ investiment eliġibbli totali għall-investiment inizjali. Għall-SMEs, 100 % tal-ispejjeż tal-assi intanġibbli għandhom ikunu eliġibbli.”;

(d)

fil-paragrafu 9, il-punti (a) u (b) jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(a)

il-proġett ta’ investiment għandu jwassal għal żieda netta fl-għadd ta’ impjegati fl-istabbiliment ikkonċernat meta mqabbel mal-medja matul it-12-il xahar preċedenti, wara t-tnaqqis mill-għadd ta’ impjiegi maħluqa ta’ kwalunkwe impjieg li jkun intilef matul dak il-perjodu, espress bħala unitajiet lavorattivi annwali;

(b)

kull pożizzjoni għandha timtela fi żmien tliet snin mit-tlestija tal-investiment;”;

(e)

il-paragrafi 10 u 11 huma mħassra;

(f)

fil-paragrafu 12, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“12.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż l-intensità massima tal-għajnuna stabbilita fil-mappa tal-għajnuna reġjonali li tkun fis-seħħ fiż-żmien meta tingħata l-għajnuna fiż-żona kkonċernata.”

;

(g)

fil-paragrafu 13, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“13.   Kull investiment inizjali relatat mal-istess attività jew ma’ attività simili li nbeda mill-istess benefiċjarju (fil-livell ta’ grupp) f’perjodu ta’ tliet snin mid-data tal-bidu tax-xogħlijiet fuq investiment megħjun ieħor, fl-istess reġjun ta’ Klassifikazzjoni ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika ta’ livell 3, għandu jitqies bħala parti minn proġett uniku ta’ investiment”;

(h)

il-paragrafi 14 u 15 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“14.   Il-benefiċjarju tal-għajnuna għandu jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ mill-anqas 25 % tal-ispejjeż eliġibbli permezz tar-riżorsi proprji tiegħu jew permezz ta’ finanzjament estern, f’forma li tkun ħielsa minn kwalunkwe appoġġ pubbliku. Ir-rekwiżit ta’ kontribuzzjoni proprja ta’ 25 % ma għandux japplika għal għajnuna għall-investiment mogħtija għal investimenti f’reġjuni ultraperiferiċi sakemm tkun meħtieġa kontribuzzjoni aktar baxxa biex takkomoda bis-sħiħ l-intensità massima tal-għajnuna.

15.   Għal investiment inizjali marbut ma’ proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea koperti mir-Regolament (UE) Nru 1299/2013, jew ir-Regolament (UE) 2021/1059, l-intensità tal-għajnuna taż-żona li fiha jinsab l-investiment inizjali għandha tapplika għall-benefiċjarji kollha li jipparteċipaw fil-proġett. Jekk l-investiment inizjali jkun jinsab f’żewġ żoni megħjuna jew aktar, l-intensità massima tal-għajnuna għandha tkun dik applikabbli fiż-żona megħjuna fejn jiġġarrab l-akbar ammont tal-ispejjeż eliġibbli. F’żoni megħjuna eliġibbli għall-għajnuna skont l-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-Trattat, din id-dispożizzjoni għandha tapplika għal impriżi kbar biss jekk l-investiment inizjali jikkonċerna attività ekonomika ġdida.”

;

(12)

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-ispejjeż addizzjonali tat-trasport huma kkalkulati abbażi tal-vjaġġ tal-oġġetti ġewwa l-fruntieri nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat permezz tal-mezz ta’ trasport li jirriżulta fl-inqas spejjeż għall-benefiċjarju. L-Istat Membru jista’ jimponi standards ambjentali li għandhom jiġu ssodisfati mill-mod ta’ trasport magħżul, u jekk tali standards jiġu imposti fuq il-benefiċjarju, huwa jista’ jibbaża l-kalkolu tal-ispejjeż addizzjonali tat-trasport fuq l-inqas spiża biex jiġu ssodisfati dawk l-istandards ambjentali.”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“3.   F’żoni skarsament popolati u ferm skarsament popolati, l-iskemi ta’ għajnuna operatorja reġjonali għandhom jipprevjenu jew inaqqsu d-depopolazzjoni skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:”;

(13)

l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-investiment totali fi proġett ta’ żvilupp urban taħt kwalunkwe miżura ta’ għajnuna għall-iżvilupp urban ma għandux jaqbeż it-EUR 22 miljun.”

;

(b)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Il-miżura ta’ għajnuna għall-iżvilupp urban għandha tgħin sabiex tingrana aktar investiment minn investituri privati indipendenti kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (72) fil-livell ta’ fondi għall-iżvilupp urban jew proġetti ta’ żvilupp urban, sabiex jinkiseb ammont aggregat li jilħaq il-minimu ta’ 20% tal-finanzjament totali pprovdut għal proġett ta’ żvilupp urban.”

;

(14)

l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu wieħed jew bosta minn dawn li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż tal-investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli, inklużi spejjeż mhux amortizzabbli ta’ darba marbuta direttament mal-investiment u l-installazzjoni inizjali tiegħu;

(b)

l-ispejjeż stmati tal-pagi ta’ impjiegi maħluqin direttament mill-proġett ta’ investiment, ikkalkolati fuq sentejn;

(c)

taħlita ta’ parti mill-ispejjeż imsemmijin fil-punti (a) u (b) iżda li ma taqbiżx l-ammont ta’ punt (a) jew (b), skont liema jkun l-ogħla.

3.   Sabiex jitqies bħala kost eliġibbli għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-investiment għandu jikkonsisti f’dawn li ġejjin:

(a)

investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli relatati mat-twaqqif ta’ stabbiliment ġdid; l-estensjoni ta’ stabbiliment eżistenti; id-diversifikazzjoni tal-output ta’ stabbiliment fi prodotti jew servizzi li qabel ma kinux jiġu prodotti jew ipprovduti fl-istabbiliment; jew bidla fundamentali fil-proċess ta’ produzzjoni ġenerali tal-prodott(i) jew fil-forniment ġenerali tas-servizz(i) (i)kkonċernat(i) mill-investiment fl-istabbiliment; jew

(b)

akkwiżizzjoni ta’ assi li jappartjenu għal stabbiliment li jkun għalaq jew li kieku kien jagħlaq kieku ma nxtarax. L-akkwiżizzjoni unika tal-ishma ta’ impriża ma tikkwalifikax bħala investiment. It-tranżazzjoni għandha sseħħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-prinċipju, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biss l-ispejjeż tax-xiri tal-assi minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej. Madankollu, jekk membru tal-familja tas-sid oriġinali, jew impjegat wieħed jew aktar, jieħu f’idejh intrapriża żgħira, il-kundizzjoni li l-assi għandhom jinxtraw minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej ma tapplikax.

Investiment ta’ sostituzzjoni għalhekk ma jikkostitwixxix investiment skont it-tifsira ta’ dan il-paragrafu.”

;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   L-ispejjeż marbuta mal-lokazzjoni ta’ assi tanġibbli jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ art u bini, il-lokazzjoni trid tkompli għal tal-anqas tliet snin wara d-data li fiha huwa mistenni li jitlesta l-investiment;

(b)

fil-każ ta’ impjanti jew ta’ makkinarju, il-lokazzjoni trid tieħu l-forma ta’ lokazzjoni finanzjarja u trid tinkludi obbligu għall-benefiċjarju tal-għajnuna sabiex jixtri l-assi malli jiskadi t-terminu tal-lokazzjoni.”;

(c)

il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

għandhom ikunu amortizzabbli;”;

(ii)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

għandhom ikunu inklużi fl-assi tal-impriża li tirċievi l-għajnuna għal tal-anqas tliet snin.”;

(15)

l-Artikoli 9a u 19b huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 19a

Għajnuna għall-spejjeż imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”)

1.   L-għajnuna għall-ispejjeż imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD koperti mir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew mir-Regolament (UE) 2021/1060 għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-ispejjeż li ġejjin, stabbiliti fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jew fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2021/1060, skont liema jkun applikabbli, għandhom ikunu eliġibbli għall-proġetti tas-CLLD:

(a)

l-ispejjeż tal-appoġġ preparatorju, il-bini tal-kapaċità, it-taħriġ u n-networking bil-ħsieb tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġija tas-CLLD;

(b)

l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet approvati;

(c)

it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni;

(d)

l-ispejjeż tat-tmexxija marbutin mal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tas-CCLD;

(e)

l-animazzjoni tal-istrateġija tas-CLLD sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju bejn il-partijiet ikkonċernati biex jipprovdu informazzjoni u jippromwovu l-istrateġija u l-proġetti, u biex jappoġġaw benefiċjarji potenzjali bil-ħsieb li jiżviluppaw operazzjonijiet u jħejju applikazzjonijiet.

3.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż ir-rati massimi tal-appoġġ previsti fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fond li jappoġġa s-CLLD.

Artikolu 19b

Ammonti limitati ta’ għajnuna lill-SMEs li jibbenefikaw minn proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”)

1.   L-għajnuna lill-impriżi li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD jew li jibbenefikaw minnhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19a(1), għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-ammont totali ta’ għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu għal kull proġett ma għandux jaqbeż il-EUR 200 000.”;

(16)

jiddaħħlu l-paragrafi 19c u 19d li ġejjin:

“Artikolu 19c

Għajnuna lill-mikrointrapriżi fil-forma ta’ interventi pubbliċi li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana

1.   L-għajnuna lill-mikrointrapriżi fil-forma ta’ interventi pubbliċi li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I. Dan l-Artikolu għandu japplika għal:

(a)

interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet li jnaqqsu l-prezzijiet applikati mill-fornituri għall-mikrointrapriżi għal kull unità ta’ elettriku, gass jew sħana;

(b)

pagamenti magħmula lill-mikrointrapriżi, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ fornituri, għal kull unità ta’ konsum tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana li jikkumpensaw għal parti mill-ispejjeż ta’ dak il-konsum.

2.   Il-miżuri skont il-paragrafu (1) għandhom:

(a)

la jiddiskriminaw bejn il-fornituri u lanqas bejn il-mikrointrapriżi;

(b)

jipprevedu li l-fornituri kollha jkunu eliġibbli biex jipprovdu offerti għall-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana lill-mikrointrapriżi fuq l-istess bażi;

(c)

jipprevedu mekkaniżmu li, jekk jingħata permezz ta’ fornitur, jiżgura li l-għajnuna tiġi mgħoddija kemm jista’ jkun lill-benefiċjarju finali; u

(d)

jirriżultaw fi prezz li jkun ogħla mill-kost, f’livell fejn tista’ sseħħ kompetizzjoni effettiva fil-prezzijiet.

3.   L-ammont tal-għajnuna għandu jkun daqs il-pagament mogħti jew, fil-każ ta’ interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet, ma għandux jaqbeż id-differenza bejn il-prezz tas-suq li kien ikollu jitħallas għall-elettriku, il-gass u/jew is-sħana totali kkunsmati minn benefiċjarju, u l-prezz li jkollu jitħallas għal dan il-konsum wara l-intervent pubbliku.

Artikolu 19d

Għajnuna lill-SMEs fil-forma ta’ interventi pubbliċi temporanji li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana prodotta mill-gass naturali jew mill-elettriku biex jittaffa l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna

1.   L-għajnuna lill-SMEs fil-forma ta’ interventi pubbliċi li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana, sa fejn tkun prodotta minn gass naturali jew elettriku, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I. Dan l-Artikolu għandu japplika għal:

(a)

interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet li jnaqqsu l-prezzijiet applikati mill-fornituri għal kull unità ta’ elettriku, gass jew sħana;

(b)

pagamenti mogħtija lill-SMEs, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ fornituri, għal kull unità ta’ konsum tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana li jikkumpensaw għal parti mill-ispejjeż ta’ dak il-konsum.

2.   Il-miżuri skont il-paragrafu (1) għandhom:

(a)

ikunu limitati għal massimu ta’ 70 % tal-konsum ta’ elettriku, gass jew sħana mill-benefiċjarju prodott minn gass naturali jew elettriku matul il-perjodu kopert mill-miżura ta’ għajnuna;

(b)

la jiddiskriminaw bejn il-fornituri u lanqas bejn l-SMEs;

(c)

jipprovdu kumpens lill-fornituri, jekk l-intervent pubbliku jkun jeħtieġ li dawn ifornu bi prezz irħas mill-kost;

(d)

jipprevedu li l-fornituri kollha jkunu eliġibbli biex jipprovdu offerti għall-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana fuq l-istess bażi;

(e)

jipprevedu mekkaniżmu li, jekk jingħata permezz ta’ fornitur, jiżgura li l-għajnuna tiġi mgħoddija kemm jista’ jkun lill-benefiċjarju finali; u

(f)

jirriżultaw fi prezz unitarju medju tal-provvisti li jkun tal-anqas ugwali għall-prezz medju għal kull unità ta’ elettriku, gass jew sħana rispettivament għall-klijenti finali fl-Istat Membru kkonċernat matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021.

3.   Il-pagamenti li jsiru lill-fornituri għal provvisti pprovduti lill-SMEs, kif imposti minn interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet taħt il-kost tal-fornitur, għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm:

(a)

l-intervent pubbliku fl-iffissar tal-prezzijiet jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (2); u

(b)

il-ħlas ta’ kumpens ma għandux jaqbeż id-differenza bejn il-prezz li l-fornitur seta’ jistenna li jikseb meta japplika l-prezzijiet tal-provvista bbażati fuq is-suq mingħajr l-intervent u l-prezz stabbilit taħt il-kost mill-intervent pubbliku.

4.   Dan l-Artikolu għandu japplika għall-għajnuna mogħtija għall-kost tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana li tiġi kkunsmata matul perjodu fejn l-interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet għall-benefiċċju tal-SMEs li jirċievu provvisti ta’ kwalunkwe gass, elettriku jew sħana jkunu espressament permessi skont il-leġiżlazzjoni sekondarja bbażata fuq l-Artikolu 122 tat-Trattat. L-għoti tal-għajnuna għandu jseħħ mhux aktar tard minn 12-il xahar wara t-tmiem ta’ dan il-perjodu.

5.   L-ammont tal-għajnuna għandu jkun daqs il-pagament mogħti jew lill-SME jew lill-fornitur, jew, fil-każ ta’ interventi pubbliċi fl-iffissar tal-prezzijiet, ma għandux jaqbeż id-differenza bejn il-prezz tas-suq li kien ikollu jitħallas għall-enerġija totali kkunsmata minn benefiċjarju, u l-prezz li jkollu jitħallas għal dan il-konsum wara l-intervent pubbliku”.

(17)

fl-Artikolu 20a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-ammont totali ta’ għajnuna mogħtija għal kull proġett skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż il-EUR 22 000.”

;

(18)

L-Artikolu 21 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 21

L-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju

1.   Skemi tal-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju favur l-SMEs għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2   L-Istati Membri, direttament jew permezz ta’ entità fdata, għandhom jimplimentaw il-miżura tal-finanzjament ta’ riskju permezz ta’ intermedjarju finanzjarju wieħed jew aktar. L-Istati Membri jew l-entitajiet fdati għandhom jipprovdu kontribuzzjoni pubblika lill-intermedjarji finanzjarji f’konformità mal-paragrafi 9 sa 13; u l-intermedjarji finanzjarji, f’konformità mal-paragrafi 14 sa 17, għandhom jagħmlu investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju f’konformità mal-paragrafi 4 sa 8, f’impriżi eliġibbli li jikkonformaw mal-paragrafu 3. La l-Istati Membri u lanqas l-entitajiet fdati ma għandhom jinvestu direttament fl-impriżi eliġibbli mingħajr l-involviment ta’ intermedjarju finanzjarju.

3.   Impriżi eliġibbli għandhom ikunu impriżi li huma SMEs mhux elenkati u jissodisfaw, fiż-żmien tal-investiment inizjali ta’ finanzjament ta’ riskju , mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma kienu qed joperaw fl-ebda suq;

(b)

kienu qed joperaw fi kwalunkwe suq għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin

(i)

inqas minn 10 snin wara r-reġistrazzjoni tagħhom; jew

(ii)

inqas minn seba’ snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom.

Meta wieħed mill-perjodi ta’ eliġibbiltà msemmija fil-punt (i) u (ii) ikun ġie applikat għal impriża partikolari, dak il-perjodu biss jista’ jiġi applikat ukoll għal kwalunkwe għajnuna sussegwenti għall-finanzjament ta’ riskju lill-istess impriża. Għal impriżi li jkunu akkwistaw impriża oħra jew li ġew iffurmati permezz ta’ fużjoni, il-perjodu ta’ eliġibbiltà applikat għandu jinkludi wkoll l-operazzjonijiet tal-impriża akkwistata jew tal-impriżi fużi, rispettivament, ħlief għal tali impriżi akkwistati jew amalgamati li l-fatturat tagħhom jammonta għal inqas minn 10 % tal-fatturat tal-impriża li qed takkwista fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-akkwist jew, fil-każ ta’ impriżi ffurmati permezz ta’ fużjoni, inqas minn 10 % il-fatturat kombinat li l-impriżi li huma oġġett ta’ fużjoni kellhom fis-sena finanzjarja ta’ qabel il-fużjoni. Rigward il-perjodu ta’ eliġibbiltà msemmi fil-punt (i), jekk jiġi applikat, għal impriżi eliġibbli li ma jkunux soġġetti għal reġistrazzjoni, il-perjodu ta’ eliġibbiltà għandu jibda mill-mument meta l-intrapriża tibda l-attività ekonomika tagħha jew mill-mument meta ssir soġġetta għat-taxxa fir-rigward tal-attività ekonomika tagħha, skont liema minnhom tkun l-ewwel;

(c)

jeħtieġu investiment inizjali li, abbażi ta’ pjan a’ direzzjoni tan-negozju mħejji minħabba attività ekonomika ġdida, ikun ogħla minn 50 % tal-fatturat annwali medju tagħhom fil-ħames snin preċedenti. B’deroga mill-ewwel sentenza, dak il-limitu għandu jkun limitat għal 30 % fir-rigward tal-investimenti li ġejjin, li għandhom jitqiesu bħala investimenti inizjali f’attività ekonomika ġdida:

(i)

investimenti li jtejbu b’mod sinifikanti l-rendiment ambjentali tal-attività skont l-Artikolu 36(2);

(ii)

investimenti ambjentalment sostenibbli oħra kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2020/852;

(iii)

investimenti li għandhom l-għan li jżidu l-kapaċità għall-estrazzjoni, is-separazzjoni, ir-raffinar, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ ta’ materja prima kritika elenkata fl-Anness IV.

4.   L-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju jista’ jkopri wkoll investimenti ta’ segwitu li jsiru f’impriżi eliġibbli, inkluż wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (b), jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

l-ammont totali ta’ finanzjament ta’ riskju msemmi fil-paragrafu 8 ma jinqabiżx;

(b)

il-possibbiltà ta’ investimenti ta’ segwitu kienet prevista fil-pjan ta’ negozju oriġinali;

(c)

l-impriża li qed tirċievi l-investimenti ta’ segwitu ma tkunx saret “intrapriża assoċjata”, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I, ma’ impriża oħra għajr l-intermedjarju finanzjarju jew l-investitur privat indipendenti li jipprovdi l-finanzjament ta’ riskju taħt il-miżura, sakemm l-entità l-ġdida ma tkunx SME.

5.   L-investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju f’impriżi eliġibbli jistgħu jieħdu l-forma ta’ investimenti ta’ ekwità, ta’ kważi ekwità, ta’ self, ta’ garanziji, jew ta’ taħlita tagħhom.

6.   Meta jingħataw garanziji, il-garanzija ma għandhiex taqbeż 80 % tas-self sottostanti lill-impriża eliġibbli.

7.   Għall-investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju fil-forma ta’ investimenti ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità f’impriżi eliġibbli, miżura ta’ finanzjament ta’ riskju tista’ tkopri l-kapital ta’ sostituzzjoni biss jekk dan tal-aħħar ikun ikkombinat ma’ kapital ġdid li jirrappreżenta tal-anqas 50 % ta’ kull serje ta’ investimenti fl-impriżi eliġibbli.

8.   L-ammont totali ta’ finanzjament ta’ riskju pendenti msemmi fil-paragrafu 5 ma għandux jaqbeż EUR 16,5-il miljun għal kull impriża eliġibbli taħt kwalunkwe miżura ta’ finanzjament ta’ riskju. Sabiex jiġi kkalkolat dan l-ammont massimu ta’ investiment ta’ finanzjament ta’ riskju, għandu jitqies dan li ġej:

(a)

fil-każ ta’ self u ta’ investimenti ta’ kważi ekwità strutturati bħala dejn, l-ammont nominali pendenti tal-istrument;

(b)

fil-każ ta’ garanziji, l-ammont nominali pendenti tas-self sottostanti.

9.   Il-kontribuzzjoni pubblika pprovduta lill-intermedjarji finanzjarji tista’ tieħu waħda mill-forom li ġejjin:

(a)

ekwità jew kważi ekwità, jew allokazzjoni finanzjarja sabiex jiġi pprovdut investiment ta’ finanzjament ta’ riskju direttament jew indirettament lil impriżi eliġibbli;

(b)

self sabiex jiġi pprovdut investiment ta’ finanzjament ta’ riskju direttament jew indirettament lil impriżi eliġibbli;

(c)

garanziji biex ikopru t-telf minn investiment ta’ finanzjament ta’ riskju direttament jew indirettament lil impriżi eliġibbli.

10.   L-arranġamenti ta’ kondiviżjoni tar-riskji u tal-benefiċċji bejn, minn naħa, l-Istat Membru (jew l-entità fdata tiegħu) u, min-naħa l-oħra, l-investituri privati, l-intermedjarji finanzjarji jew il-maniġers tal-fondi, għandhom ikunu adegwati u għandhom jikkonformaw ma’ dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għall-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju f’forom għajr garanziji, redditi prijoritizzati mill-profitti (kondiviżjoni tal-profitti asimetrika jew inċentivi għall-gwadann) għandhom jingħataw preferenza fuq il-protezzjoni kontra telf potenzjali (protezzjoni għal ċaqliq l-isfel);

(b)

fil-każ ta’ kondiviżjoni asimmetrika tat-telf bejn investituri pubbliċi u privati, l-ewwel telf imġarrab mill-investitur pubbliku għandu jiġi limitat għal 25 % tal-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju;

(c)

għall-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju fil-forma ta’ garanziji, ir-rata ta’ garanzija għandha tkun limitata għal 80 % u t-telf totali li jassumi l-Istat Membru għandu jiġi limitat għal massimu ta’ 25 % tal-portafoll garantit sottostanti. Huma biss dawk il-garanziji li jkopru telf mistenni tal-portafoll iggarantit sottostanti li jistgħu jiġu pprovduti b’xejn. Jekk garanzija tinkludi wkoll il-kopertura tat-telf mhux mistenni, l-intermedjarju finanzjarju għandu jħallas, għall-parti tal-garanzija li tkopri t-telf mhux mistenni, primjum ta’ garanzija konformi mas-suq.

11.   Meta l-kontribuzzjoni pubblika pprovduta lill-intermedjarju finanzjarju tieħu l-forma ta’ ekwità u kważi ekwità kif imsemmi fil-paragrafu 9, il-punt (a), mhux aktar minn 30 % tal-kontribuzzjonijiet kapitali aggregati tal-intermedjarju finanzjarju u l-kapital impenjat mhux mħallas jistgħu jintużaw għal finijiet ta’ ġestjoni tal-likwidità.

12.   Għall-miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju mmirati biex jipprovdu investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju fil-forma ta’ ekwità, kważi ekwità jew self lil impriżi eliġibbli, il-kontribuzzjoni pubblika pprovduta lill-intermedjarju finanzjarju għandha tingrana finanzjament addizzjonali minn investituri privati indipendenti fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji jew tal-impriżi eliġibbli, sabiex tintlaħaq rata ta’ parteċipazzjoni privata aggregata li tilħaq il-limiti minimi li ġejjin:

(a)

10 % tal-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju mogħti lill-impriżi eliġibbli msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (a);

(b)

40 % tal-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju mogħti lill-impriżi eliġibbli msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b);

(c)

60 % tal-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju mogħti lill-impriżi eliġibbli msemmijin fil-paragrafu 3, il-punt (c), u għal investiment ta’ finanzjament ta’ riskju ta’ segwitu f’impriżi eliġibbli wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà msemmi fil-paragrafu 3, il-punt (b).

Il-finanzjament ipprovdut minn investituri privati indipendenti li jibbenefikaw minn għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju fil-forma ta’ inċentivi tat-taxxa f’konformità mal-Artikolu 21a ma għandux jitqies għall-finijiet li jintlaħqu r-rati ta’ parteċipazzjoni privata aggregati stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

Ir-rati ta’ parteċipazzjoni privata msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (c), għandhom jitnaqqsu għal 20 % taħt il-punt (b) u għal 30 % taħt il-punt (c) għall-investimenti li jew: isiru f’żoni megħjunin deżinjati f’mappa approvata tal-għajnuna reġjonali fis-seħħ fiż-żmien tal-forniment tal-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju b’applikazzjoni tal-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-Trattat; jew li jirċievu appoġġ abbażi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru kif approvat mill-Kunsill ; jew jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għad-Difiża f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/697 jew taħt il-Programm Spazjali tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (*40) jew li jirċievu appoġġ minn fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża koperti mir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-Regolament (UE) 2021/1060 jew ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*41).

13.   Meta miżura ta’ finanzjament ta’ riskju hija implimentata permezz ta’ intermedjarju finanzjarju li jimmira lejn impriżi eliġibbli fi stadji ta’ żvilupp differenti kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4, l-intermedjarju finanzjarju għandu jikseb rata ta’ parteċipazzjoni privata li tirrappreżenta tal-anqas il-medja peżata bbażata fuq il-volum tal-investimenti individwali fil-portafoll sottostanti u li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-rati minimi ta’ parteċipazzjoni għal tali investimenti kif imsemmija fil-paragrafu 12, sakemm il-parteċipazzjoni meħtieġa minn investituri privati indipendenti ma tinkisibx fil-livell tal-impriżi eliġibbli.

14.   Intermedjarji finanzjarji u maniġers ta’ fondi għandhom jiġu magħżula permezz ta’ proċedura miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f’konformità mal-liġijiet applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jirrekjedu li l-intermedjarji finanzjarji u l-maniġers ta’ fondi eliġibbli jissodisfaw kriterji predefiniti ġġustifikati b’mod oġġettiv min-natura tal-investimenti. Il-proċedura għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi marbutin mal-esperjenza, mal-għarfien espert u mal-kapaċità operazzjonali u finanzjarja, u għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

għandha tiżgura li intermedjarji finanzjarji u maniġers ta’ fondi eliġibbli jkunu stabbiliti f’konformità mal-liġijiet applikabbli;

(b)

ma għandhiex tiddiskrimina bejn intermedjarji finanzjarji u maniġers ta’ fondi abbażi tal-post tal-istabbiliment jew tal-inkorporazzjoni tagħhom fi kwalunkwe Stat Membru;

(c)

għandu jkollha l-għan li tistabbilixxi arranġamenti adegwati ta’ kondiviżjoni tar-riskji u tal-benefiċċji kif imsemmijin fil-paragrafu 10, u deċiżjonijiet xprunati mill-profitt kif imsemmijin fil-paragrafu 15.

15.   Il-miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju għandhom jiżguraw li l-intermedjarji finanzjarji li jirċievu l-kontribuzzjoni pubblika jieħdu deċiżjonijiet xprunati mill-profitt meta jipprovdu lill-impriżi eliġibbli b’investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju. Dan l-obbligu jiġi ssodisfat meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru, jew l-entità fdata bl-implimentazzjoni tal-miżura, għandha tipprovdi għal proċess ta’ diliġenza dovuta sabiex tiżgura strateġija ta’ investiment kummerċjalment soda għall-finijiet ta’ implimentazzjoni tal-miżura ta’ finanzjament ta’ riskju, inkluża politika ta’ diversifikazzjoni tar-riskju xierqa mmirata lejn il-kisba ta’ vijabilità ekonomika u skala effiċjenti f’termini ta’ daqs u kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-portafoll ta’ investimenti rilevanti;

(b)

investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju pprovduti lill-impriżi eliġibbli għandhom ikunu bbażati fuq pjan ta’ direzzjoni tan-negozju vijabbli, li jkun fih dettalji tal-prodott, tal-bejgħ u tal-iżvilupp ta’ profittabilità, li jistabbilixxi vijabilità finanzjarja ex ante;

(c)

strateġija ta’ ħruġ ċara u realistika għandha teżisti għal kull investiment ta’ ekwità u ta’ kważi ekwità.

16.   L-intermedjarji finanzjarji għandhom jiġu mmaniġġati fuq bażi kummerċjali. Dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat meta l-intermedjarju finanzjarju u, skont it-tip ta’ miżura ta’ finanzjament ta’ riskju, il-maniġer tal-fond, jissodisfaw il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

għandhom ikunu obbligati bil-liġi jew b’kuntratt li jaġixxu f’konformità mal-aħjar prattiki u bid-diliġenza ta’ maniġer professjonali li jaġixxi b’rieda tajba u jevita kunflitti ta’ interess; is-superviżjoni regolatorja għandha tapplika, fejn rilevanti;

(b)

ir-remunerazzjoni tagħhom għandha tkun konformi mal-prattiki tas-suq. Dan ir-rekwiżit huwa preżunt li jiġi ssodisfat sakemm dawn jintgħażlu permezz ta’ proċedura ta’ selezzjoni miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f’konformità mal-paragrafu 14;

(c)

għandhom jikkondividu parti mir-riskji ta’ investiment billi jew jikkoinvestu r-riżorsi proprji tagħhom jew jirċievu remunerazzjoni marbuta mar-rendiment, sabiex jiżguraw li l-interessi tagħhom ikunu allinjati b’mod permanenti mal-interessi tal-Istat Membru jew tal-entità fdata tiegħu;

(d)

huma għandhom jistabbilixxu strateġija ta’ investiment, il-kriterji u t-twaqqit propost għall-investimenti;

(e)

l-investituri għandhom jitħallew jiġu rrappreżentati fil-korpi ta’ governanza tal-fond ta’ investiment, bħall-bord ta’ sorveljanza jew il-kumitat konsultattiv, jekk ikun hemm.

17.   F’miżura ta’ finanzjament ta’ riskju fejn l-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju jiġi pprovdut lil impriżi eliġibbli fil-forma ta’ garanziji, self jew investimenti ta’ kważi ekwità strutturati bħala dejn, l-intermedjarju finanzjarju għandu jwettaq investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju f’impriżi eliġibbli li ma kinux jitwettqu jew li kienu jitwettqu b’mod ristrett jew b’mod differenti mingħajr l-għajnuna. L-intermedjarju finanzjarju għandu jkun kapaċi juri li huwa jopera mekkaniżmu li jiżgura li l-vantaġġi kollha jingħaddew kemm jista’ jkun lill-impriżi eliġibbli fil-forma ta’ volumi ogħla ta’ finanzjament, ta’ portafolli aktar riskjużi, ta’ anqas rekwiżiti kollaterali, ta’ primjums ta’ garanzija aktar baxxi jew ta’ rati tal-imgħax aktar baxxi.

18.   Il-miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju li jipprovdu investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju għall-SMEs li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

fil-livell tal-SMEs, l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 (*42), fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 (*43) jew fir-Regolament (UE) Nru 717/2014, skont liema jkun applikabbli;

(b)

il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’dan l-Artikolu jkunu ssodisfati, bl-eċċezzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 3, 4, 8, 12 u/jew 13;

(c)

għall-miżuri ta’ finanzjament ta’ riskju li jipprovdu investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju lil impriżi eliġibbli fil-forma ta’ ekwità, kważi ekwità jew self, il-miżura għandha tingrana finanzjament addizzjonali minn investituri privati indipendenti fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji jew tal-SMEs, sabiex tintlaħaq rata ta’ parteċipazzjoni privata aggregata li tilħaq mill-inqas 60 % tal-finanzjament ta’ riskju pprovdut lill-SMEs.

Ir-rata ta’ parteċipazzjoni privata msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), għandha titnaqqas għal 30 % għall-investimenti li jew: isiru f’żoni megħjunin deżinjati f’mappa approvata tal-għajnuna reġjonali fis-seħħ fiż-żmien tal-forniment tal-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju b’applikazzjoni tal-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-Trattat; jew li jirċievu appoġġ abbażi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru kif approvat mill-Kunsill; jew jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għad-Difiża skont ir--Regolament (UE) 2021/697)jew taħt il-Programm Spazjali tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/696 jew mill-Fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża koperti mir-Regolament (UE) 1303/2013, ir-Regolament (UE) 2021/1060 jew mir-Regolament (UE) 2021/2115”.

(*40)  Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69);"

(*41)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1)."

(*42)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1)."

(*43)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013 p. 9)."

(19)

jiddaħħal l-Artikolu 21a li ġej:

“Artikolu 21a

Għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju fil-forma ta’ inċentivi tat-taxxa għal investituri privati li huma persuni fiżiċi

1.   Skemi ta’ għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju favur l-SMEs fil-forma ta’ inċentivi tat-taxxa lil investituri privati indipendenti li huma persuni fiżiċi li jipprovdu finanzjament ta’ riskju direttament jew indirettament lil impriżi eliġibbli għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-impriżi eliġibbli huma dawk li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 21(3). L-investiment totali ta’ finanzjament tar-riskju previst fl-Artikolu 21 u f’dan l-Artikolu għal kull impriża eliġibbli ma għandux jaqbeż l-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu 21(8).

3.   Meta l-investitur privat indipendenti jipprovdi finanzjament ta’ riskju indirettament permezz ta’ intermedjarju finanzjarju, l-investiment eliġibbli għandu jieħu l-forma tal-akkwiżizzjoni ta’ ishma jew parteċipazzjonijiet fl-intermedjarju finanzjarju, li min-naħa tiegħu għandu jipprovdi investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju lil impriżi eliġibbli f’konformità mal-Artikolu 21(5) sa (8). L-ebda inċentiv fiskali ma jista’ jingħata fir-rigward tas-servizzi pprovduti mill-intermedjarju finanzjarju jew mill-maniġers tiegħu.

4.   Meta l-investitur privat indipendenti jipprovdi finanzjament ta’ riskju direttament lill-impriża eliġibbli, hija biss l-akkwiżizzjoni ta’ ishma ordinarji ta’ riskju sħiħ li jkunu għadhom kif jinħarġu minn impriża eliġibbli li għandha tikkostitwixxi investiment eliġibbli. Dawk l-ishma għandhom jinżammu għal tal-anqas tliet snin. Il-kapital ta’ sostituzzjoni għandu jkun kopert biss skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21(7). Fir-rigward tal-forom possibbli ta’ inċentivi fiskali, it-telf li jirriżulta mid-disponiment tal-ishma jista’ jiġi paċut kontra t-taxxa fuq l-introjtu. Fil-każ ta’ ħelsien mit-taxxa fuq id-dividendi, kwalunkwe dividend riċevut fir-rigward tal-ishma kwalifikanti jista’ jkun eżentat (kompletament jew parzjalment) mit-taxxa fuq l-introjtu. Kwalunkwe profitt fuq il-bejgħ ta’ ishma kwalifikanti jista’ jkun jew (kompletament jew parzjalment) eżentat mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali jew mill-obbligazzjoni tat-taxxa fir-rigward ta’ tali profitt jista’ jiġi differit jekk jerġa’ jiġi investit f’ishma kwalifikanti ġodda fi żmien sena.

5.   Meta l-investitur privat indipendenti jipprovdi finanzjament ta’ riskju direttament lill-impriża eliġibbli, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni adegwata ta’ tali investitur privat indipendenti, f’konformità mal-Artikolu 21(12), il-ħelsien mit-taxxa, meqjus bħala l-ħelsien mit-taxxa massimu kumulattiv mill-inċentivi tat-taxxa kollha kkombinati, ma għandux jaqbeż il-limiti massimi li ġejjin:

(a)

50 % tal-investiment eliġibbli mwettaq mill-investitur privat indipendenti fl-impriżi eliġibbli msemmijin fl-Artikolu 21(3), il-punt (a);

(b)

35 % tal-investiment eliġibbli mwettaq mill-investitur privat indipendenti fl-impriżi eliġibbli msemmijin fl-Artikolu 21(3), il-punt (b);

(c)

20 % tal-investiment eliġibbli mwettaq mill-investitur privat indipendenti fl-impriżi eliġibbli msemmijin fl-Artikolu 21(3), il-punt (c) jew ta’ investiment eliġibbli ta’ segwitu f’impriża eliġibbli wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà msemmi fl-Artikolu 21(3), il-punt (b).

Il-limiti tal-ħelsien mit-taxxa għall-investimenti diretti msemmijin fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiżdiedu sa 65 % taħt il-punt (a), sa 50 % taħt il-punt (b) u sa 35 % taħt il-punt (c) għal investimenti li jew: isiru f’żoni megħjunin deżinjati f’mappa approvata tal-għajnuna reġjonali fis-seħħ fiż-żmien tal-forniment tal-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju b’applikazzjoni tal-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-Trattat; jew li jirċievu appoġġ abbażi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru kif approvat mill-Kunsill ; jew jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għad-Difiża f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/697 jew skont il-Programm Spazjali tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/696; jew li jirċievu appoġġ minn fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża koperta mir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-Regolament (UE) 2021/1060 jew ir-Regolament (UE) 2021/2115.

6.   Meta l-investitur privat indipendenti jipprovdi finanzjament ta’ riskju indirettament permezz ta’ intermedjarju finanzjarju, u f’konformità mal-Artikolu 21(12), il-ħelsien mit-taxxa, li jitqies bħala l-ħelsien massimu kumulattiv mit-taxxa mill-inċentivi tat-taxxa kollha kkombinati, ma għandux jaqbeż it-30 % tal-investiment eliġibbli mwettaq mill-investitur privat indipendenti f’impriża eliġibbli msemmija fl-Artikolu 21(3). Dan il-limitu tal-ħelsien mit-taxxa jista’ jiżdied sa 50 % għall-investimenti li jew: isiru f’żoni megħjunin deżinjati f’mappa approvata tal-għajnuna reġjonali fis-seħħ fiż-żmien tal-forniment tal-investiment ta’ finanzjament ta’ riskju b’applikazzjoni tal-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-Trattat; jew li jirċievu appoġġ abbażi tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru kif approvat mill-Kunsill ; jew jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għad-Difiża f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/697 jew skont il-Programm Spazjali tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/696; jew li jirċievu appoġġ minn fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża koperta mir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-Regolament (UE) 2021/1060 jew ir-Regolament (UE) 2021/2115.”;

(20)

l-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-impriżi eliġibbli għandhom ikunu kwalunkwe intrapriża żgħira li ma tkunx elenkata sa ħames snin wara r-reġistrazzjoni tagħha, li tissodisfa il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

ma tkunx ħadet f’idejha l-attività ta’ impriża oħra, sakemm il-fatturat tal-attività meħuda ma jkunx jammonta għal inqas minn 10 % tal-fatturat tal-impriża eliġibbli fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-akkwist;

(b)

ma tkunx għadha ddistribwiet il-profitti;

(c)

ma tkunx akkwistat impriża oħra jew ma tkunx ġiet iffurmata permezz ta’ fużjoni, sakemm il-fatturat tal-impriża akkwistata ma jkunx jammonta għal inqas minn 10 % tal-fatturat tal-impriża eliġibbli fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-akkwist jew tal-fatturat tal-impriża ffurmata permezz ta’ fużjoni ikun inqas minn 10 % ogħla mill-fatturat ikkombinat li l-impriżi li jkunu l-oġġett ta’ fużjoni kellhom fis-sena finanzjarja ta’ qabel il-fużjoni.

Għal impriżi eliġibbli li ma humiex soġġetti għal reġistrazzjoni, il-perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ ħames snin għandu jibda jew mill-mument meta l-intrapriża tibda l-attività ekonomika tagħha jew mill-mument li ssir soġġetta għat-taxxa fir-rigward tal-attività ekonomika tagħha, skont liema minnhom tkun l-ewwel.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-impriżi ffurmati permezz ta’ fużjoni bejn impriżi eliġibbli għall-għajnuna skont dan l-Artikolu għandhom ukoll jitqiesu bħala impriżi eliġibbli sa ħames snin mid-data tar-reġistrazzjoni tal-eqdem mill-impriżi li jipparteċipa fil-fużjoni.”

;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-għajnuna tal-bidu għandha tieħu l-forma ta’:

(a)

self b’rati tal-imgħax li ma humiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, b’durata ta’ 10 snin u sa ammont nominali massimu ta’ EUR 1,1 miljun, jew ta’ EUR 1,65 miljun għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjunin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, jew ta’ EUR 2,2 miljun għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjunin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-Trattat. Għal self b’durata ta’ bejn ħames u 10 snin, l-ammonti massimi jistgħu jiġu aġġustati billi jiġu mmoltiplikati l-ammonti ta’ hawn fuq bil-proporzjon ta’ bejn 10 snin u d-durata effettiva tas-self. Għal self b’durata ta’ anqas minn ħames snin, l-ammont massimu jkun l-istess bħalma huwa għal self b’durata ta’ ħames snin;

(b)

garanziji bi primjums li ma humiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq, b’durata ta’ 10 snin u sa ammont massimu garantit ta’ EUR 1,65 miljun, jew EUR 2,48 miljun għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjunin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, jew EUR 3,3 miljun għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjunin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-Trattat. Għal garanziji b’durata ta’ bejn ħames u 10 snin, l-ammonti garantiti massimi jistgħu jiġu aġġustati billi jiġu mmoltiplikati l-ammonti ta’ hawn fuq bil-proporzjon ta’ bejn 10 snin u d-durata effettiva tal-garanzija. Għal garanziji b’durata anqas minn ħames snin, l-ammont massimu garantit għandu jkun l-istess bħalma huwa għal garanziji b’durata ta’ ħames snin. Il-garanzija ma għandhiex taqbeż it-80 % tas-self sottostanti;

(c)

l-għotjiet, it-tnaqqis fl-investiment fl-ekwità jew fi kważi ekwità, fir-rata tal-imgħax u fil-primjum ta’ garanzija sa mhux aktar minn EUR 0,5 miljun ta’ ekwivalenti ta’ għotja gross jew minn EUR 0,75 miljun għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjunin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, jew EUR 1 miljun għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjunin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-Trattat;

(d)

inċentivi fiskali għal impriżi eliġibbli sa EUR 0,5 miljun ta’ ekwivalenti ta’ għotja gross jew sa EUR 0,75 miljun għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjunin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat, jew EUR 1 miljun għal impriżi stabbiliti f’żoni megħjunin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-Trattat.”;

(c)

jiżdiedu il-paragrafi 6 u 7 li ġejjin:

“6.   Meta skema ta’ għajnuna tal-bidu tiġi implimentata permezz ta’ intermedjarju finanzjarju wieħed jew aktar, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-intermedjarji finanzjarji stabbiliti fl-Artikolu 21(10), (14), (15), (16) u (17).”;

“7.   Minbarra l-ammonti stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 5, l-iskemi ta’ għajnuna tal-bidu jistgħu jieħdu l-forma ta’ trasferiment ta’ proprjetà intellettwali (IP) jew għotja ta’ drittijiet ta’ aċċess relatati, mingħajr ħlas jew taħt il-valur tas-suq. It-trasferiment jew l-għotja għandhom ikunu minn organizzazzjoni ta’ riċerka u tixrid tal-għarfien, skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (83), li tkun żviluppat l-IP sottostanti permezz tal-attività ta’ riċerka u żvilupp indipendenti jew kollaborattiva tagħha stess, għal impriża eliġibbli skont it-tifsira tal-paragrafu 2. It-trasferiment jew l-għotja għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-iskop tat-trasferiment ta’ IP jew l-għoti ta’ drittijiet ta’ aċċess relatati huwa li prodott jew servizz ġdid jinġieb fis-suq; u

(b)

il-valur tal-IP jkun stabbilit bil-prezz tas-suq tiegħu, li jkun il-każ jekk ikun ġie stabbilit skont wieħed mill-metodi li ġejjin:

(i)

l-ammont ikun ġie stabbilit permezz ta’ proċedura kompetittiva miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja;

(ii)

evalwazzjoni indipendenti minn espert tikkonferma li l-ammont huwa tal-anqas ekwivalenti għall-prezz tas-suq;

(iii)

f’każijiet fejn l-impriża eliġibbli jkollha d-dritt tal-ewwel rifjut fir-rigward tal-IP iġġenerat f’kollaborazzjoni mal-organizzazzjoni tar-riċerka u t-tixrid tal-għarfien, fejn l-organizzazzjoni tar-riċerka u t-tixrid tal-għarfien teżerċita dritt reċiproku li titlob offerti aktar ekonomikament vantaġġużi minn partijiet terzi sabiex l-impriża eliġibbli li tikkollabora jkollha taqbel mal-offerta tagħha kif xieraq.

Il-valur ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni, kemm finanzjarja kif ukoll mhux finanzjarja, tal-impriża eliġibbli għall-ispejjeż tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni tar-riċerka u t-tixrid tal-għarfien li rriżultaw fil-IP kkonċernata jista’ jitnaqqas mill-valur tal-IP msemmi fil-punt (b).

c)

L-ammont ta’ għajnuna tat-trasferiment tal-IP jew tal-għoti tad-drittijiet ta’ aċċess relatati skont dan il-paragrafu ma għandux jaqbeż il-EUR 1 miljun. L-ammont ta’ għajnuna jikkorrispondi għall-valur tal-IP imsemmi fil-punt (b), wara t-tnaqqis imsemmi hawn fuq imsemmi fl-aħħar sentenza tal-punt (b) u wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe remunerazzjoni dovuta mill-benefiċjarju għal dak il-PI. Il-valur tal-PI msemmi fil-punt (b) jista’ jaqbeż il-EUR 1 miljun, f’liema każ tali ammont addizzjonali jista’ jkun kopert mill-impriża eliġibbli b’fondi proprji jew b’mezzi oħrajn.”;

(21)

fl-Artikolu 23(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-miżura ta’ għajnuna tista’ tieħu l-forma ta’ inċentivi fiskali għal investituri privati indipendenti li huma persuni fiżiċi fir-rigward tal-investimenti għall-finanzjament ta’ riskju tagħhom magħmula permezz ta’ pjattaforma tal-kummerċ alternattiva f’impriżi eliġibbli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 21a(2) u (5).”;

(22)

l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu:

(a)

l-ispejjeż għall-iskrinjar inizjali u għad-diliġenza dovuta formali mwettqa mill-maniġers ta’ intermedjarji finanzjarji jew investituri sabiex jidentifikaw l-impriżi eliġibbli skont l-Artikoli 21, 21a u 22;

(b)

l-ispejjeż għar-riċerka dwar l-investiment, kif definiti fl-Artikolu 36(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (*44), f’impriża eliġibbli individwali skont l-Artikoli 21, 21a u 22, dment li din ir-riċerka tixxerred pubblikament, u, jekk tkun inxterdet lill-klijenti tal-fornitur tar-riċerka dwar l-investiment qabel id-disseminazzjoni pubblika, tixxerred pubblikament fl-istess forma u mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-ewwel tixrid lill-klijenti.

3.   Ir-riċerka dwar l-investiment imsemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/565.

(*44)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta’ April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 1).”;"

(b)

jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż 50 % tal-spejjeż eliġibbli.”

;

(23)

l-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 3, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-ispejjeż ġenerali addizzjonali u spejjeż operatorji oħrajn, li jinkludu spejjeż ta’ materjali, ta’ provvisti u ta’ prodotti simili, imġarrbin direttament bħala riżultat tal-proġett; mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(1), it-tielet sentenza, bħala alternattiva, it-tali spejjeż tal-proġett tar-riċerka u żvillup jistgħu jiġu kkalkolati fuq il-bażi ta’ approċċ tal-ispejjeż issimplifikati fil-forma ta’ rata fissa sa 20 %, applikata għall-ispejjeż totali eliġibbli tal-proġett tar-riċerka u żvillup imsemmijin fil-punti (a) sa (d). F’dan il-każ, i-ispejjeż tal-proġett tar-riċerka u żvillup użati għall-kalkolu tal-ispejjeż indiretti għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’ prattiki kontabilistiċi normali u għandhom jinkludu biss l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett tar-riċerka u żvillup imsemmijin fil-punti (a) sa (d).”;

(b)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-intensitajiet tal-għajnuna għar-riċerka industrijali u l-iżvilupp sperimentali jistgħu jiżdiedu sa intensità massima tal-għajnuna ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli f’konformità mal-punti (a) sa (d) li ġejjin, fejn il-punti (b), (c) u (d) ma jridux jiġu kkombinati ma’ xulxin:

(a)

b’10 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali għal intrapriżi żgħar;

(b)

bi 15-il punt perċentwali jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-proġett jinvolvi kollaborazzjoni effettiva:

bejn intrapriżi li fosthom għall-inqas wieħed minnhom huwa SME, jew hija mwettqa għall-inqas f’żewġ Stati Membri, jew fi Stat Membru u f’Parti Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE, u l-ebda intrapriża unika ma ġġorrti iktar minn 70 % tal-ispejjeż eliġibbli, jew

bejn intrapriża u organizzazzjoni waħda jew iktar tar-riċerka u t-tixrid tal-għarfien, meta dawn tal-aħħar iġorru mill-inqas 10 % tal-ispejjeż eliġibbli u għandhom id-dritt li jippubblikaw ir-riżultati tar-riċerka tagħhom;

(ii)

ir-riżultati tal-proġett jixxerrdu sew permezz ta’ konferenzi, pubblikazzjoni, repożitorji b’aċċess miftuħ, jew permezz ta’ software liberu jew b’sors miftuħ;

(iii)

il-benefiċjarju jimpenja ruħu, fuq bażi f’waqtha, li jagħmel disponibbli liċenzji għar-riżultati tar-riċerka ta’ proġetti ta’ riċerka u żvillup megħjuna, li huma protetti bid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, bi prezz tas-suq u fuq bażi mhux esklużiva u mhux diskriminatorja għall-użu mill-partijiet interessati fiż-ŻEE;

(iv)

il-proġett ta’ riċerka u żvillup jitwettaq f’reġjun megħjun li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (a) tat-Trattat;

(c)

b’5 punti perċentwali jekk il-proġett ta’ riċerka u żvillup jitwettaq f’reġjun megħjun li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-Trattat;

(d)

b’25 punti perċentwali jekk il-proġett ta’ riċerka u żvillup:

(i)

ikun intgħażel minn Stat Membru wara sejħa miftuħa biex jifforma parti minn proġett imfassal b’mod konġunt minn tal-inqas tliet Stati Membri jew partijiet kontraenti għall-Ftehim ŻEE; u

(ii)

jinvolvi kollaborazzjoni effettiva bejn l-impriżi f’mill-inqas żewġ Stati Membri jew partijiet kontraenti għall-Ftehim ŻEE meta l-benefiċjarju jkun SME, jew f’mill-inqas tliet Stati Membri jew partijiet kontraenti għall-Ftehim ŻEE meta l-benefiċjarju jkun intrapriża kbira; u

(iii)

jekk tiġi ssodisfata mill-inqas waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

ir-riżultati tal-proġett ta’ riċerka u żvillup jiġu disseminati b’mod wiesa’ f’mill-inqas tliet Stati Membri jew partijiet kontraenti għall-Ftehim ŻEE permezz ta’ konferenzi, pubblikazzjoni, repożitorji b’aċċess miftuħ, jew software b’xejn jew b’sors miftuħ; jew

il-benefiċjarju jimpenja ruħu, fuq bażi f’waqtha, li jagħmel disponibbli liċenzji għar-riżultati tar-riċerka ta’ proġetti ta’ riċerka u żvillup megħjuna, li huma protetti bid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, bi prezz tas-suq u fuq bażi mhux esklużiva u mhux diskriminatorja għall-użu mill-partijiet interessati fiż-ŻEE.”;

(24)

jiddaħħal l-Artikolu 25e li ġej:

“Artikolu 25e

Għajnuna involuta fil-kofinanzjament ta’ proġetti appoġġati mill-Fond Ewropew għad-Difiża jew mill-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża

1.   Għajnuna pprovduta għall-kofinanzjament ta’ proġett ta’ riċerka u ta’ żvilupp iffinanzjat mill-Fond Ewropew għad-Difiża jew mill-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża u li jiġi evalwat, ikklassifikat u li jintgħażel f’konformità mar-regoli tal-Fond Ewropew għad-Difiża jew tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-ispejjeż eliġibbli tal-proġett megħjun għandhom ikunu dawk iddefiniti bħala eliġibbli skont ir-regoli tal-Fond Ewropew għad-Difiża jew tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża.

3.   Il-finanzjament pubbliku totali pprovdut jista’ jilħaq sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġett, li jfisser li l-ispejjeż tal-proġett mhux koperti mill-finanzjament tal-Unjoni jistgħu jiġu koperti mill-għajnuna mill-Istat.

4.   F’każ li l-intensità tal-għajnuna riċevuta mill-benefiċjarju taqbeż l-intensità massima tal-għajnuna li l-benefiċjarju seta’ jirċievi skont l-Artikolu 25, (5) u 7, il-benefiċjarju jeħtieġlu jħallas prezz tas-suq lill-awtorità tal-għoti sabiex juża għal applikazzjonijiet mhux għad-difiża d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jew il-prototipi li jirriżultaw mill-proġett. Fi kwalunkwe każ, l-ammont massimu li għandu jitħallas lill-awtorità tal-għoti għal dan l-użu ma għandux jaqbeż id-differenza bejn l-għajnuna riċevuta mill-benefiċjarju u l-ammont massimu ta’ għajnuna li l-benefiċjarju seta’ jirċievi bl-applikazzjoni tal-intensità massima tal-għajnuna permessa għal dak il-benefiċjarju skont l-Artikolu 25, (5) (6) sa (7).”;

(25)

l-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż 50 % tal-spejjeż eliġibbli. L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied sa 60 % soġġett għal mill-inqas żewġ Stati Membri li jipprovdu l-finanzjament pubbliku, jew għal infrastruttura tar-riċerka evalwata u magħżula fil-livell tal-Unjoni.”

(26)

jiddaħħal l-Artikolu 26a li ġej:

“Artikolu 26a

L-għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni

1.   L-għajnuna għall-kostruzzjoni jew għat-titjib tal-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   Il-prezz mitlub għat-tħaddim jew għall-użu tal-infrastruttura għandu jikkorrispondi għal prezz tas-suq jew, fin-nuqqas ta’ prezz tas-suq, jirrifletti l-ispejjeż tagħhom flimkien ma’ marġni raġonevoli.

3.   L-aċċess għall-infrastruttura għandu jkun miftuħ għal diversi utenti u jingħata fuq bażi trasparenti u mhux diskriminatorja. L-impriżi li jkunu ffinanzjaw tal-anqas 10 % tal-spejjeż ta’ investiment tal-infrastruttura jistgħu jingħataw aċċess preferenzjali taħt kundizzjonijiet aktar favorevoli. Sabiex jiġi evitat kumpens żejjed, tali aċċess għandu jkun proporzjonali għall-kontribuzzjoni tal-impriża għall-ispejjeż ta’ investiment u dawn il-kundizzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

4.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż ta’ investiment f’assi intanġibbli u tanġibbli.

5.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż l-25 % tal-ispejjeż eliġibbli.

6.   L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied sa intensità massima tal-għajnuna ta’ 40 %, ta’ 50 % u ta’ 60 % tal-ispejjeż tal-investiment eliġibbli ta’ intrapriżi kbar, medji u żgħar rispettivament kif ġej:

a)

b’10 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju u b’20 punt perċentwali għal intrapriżi żgħar;

b

b’10 punti perċentwali addizzjonali għall-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni transfruntiera li huma soġġetti għal tal-anqas żewġ Stati Membri li jipprovdu l-finanzjament pubbliku jew għall-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni evalwati u magħżulin fil-livell tal-Unjoni;

c)

b’5 punti perċentwali addizzjonali għall-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni li minnhom tal-anqas 80 % tal-kapaċità annwali tiġi allokata lill-SMEs.”;

(27)

l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-għajnuna għall-investiment tista’ tingħata lis-sid tal-cluster tal-innovazzjoni. L-għajnuna operatorja tista’ tingħata lill-operatur tal-clustert tal-innovazzjoni. L-operatur, meta jkun differenti mis-sid, jista’ jew ikollu personalità ġuridika jew ikun konsorzju ta’ impriżi mingħajr personalità ġuridika separata. Fil-każijiet kollha, kull impriża trid iżżomm kontabilità separata għall-ispejjeż u għad-dħul ta’ kull attività (sjieda, operat u użu tal-cluster-) skont l-istandards kontabilistiċi applikabbli.”

;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   It-tariffi mitlubin għall-użu tal-faċilitajiet tal-cluster u għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-clusterr- għandhom jikkorrispondu għall-prezz tas-suq jew jirriflettu l-ispejjeż tagħhom inkluż marġni raġonevoli.”

;

(28)

l-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

l-ispejjeż għas-servizzi ta’ konsulenza u ta’ appoġġ għall-innovazzjoni, inklużi dawk is-servizzi pprovduti mill-organizzazzjonijiet tar-riċerka u tat-tixrid tal-għarfien, l-infrastrutturi tar-riċerka, l-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni jew il-clusters tal-innovazzjoni.”;

(b)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Fil-każ partikolari ta’ għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza u appoġġ għall-innovazzjoni, l-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli sakemm l-ammont totali ta’ għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza u appoġġ għall-innovazzjoni ma jaqbiżx EUR 220 000 għal kull impriża fi kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin.”

;

(29)

l-Artikolu 36 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu u l-paragrafu 1 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 36

Għajnuna għall-investiment għall-protezzjoni tal-ambjent, inkluża d-dekarbonizzazzjoni

1.   L-għajnuna għall-investiment għall-protezzjoni tal-ambjent, inkluża l-għajnuna għat-tnaqqis u għat-tneħħija tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal miżuri li għalihom huma stabbiliti regoli aktar speċifiċi fl-Artikoli 36a, 36b u 38 sa 48. Dan l-Artikolu lanqas ma għandu japplika għal investimenti f’tagħmir, f’makkinarju u f’faċilitajiet tal-produzzjoni industrijali li jużaw fjuwils fossili, inklużi dawk li jużaw il-gass naturali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li tingħata għajnuna għall-installazzjoni ta’ komponenti supplimentari li jtejbu l-livell ta’ protezzjoni tal-ambjent ta’ tagħmir, makkinarju u faċilitajiet tal-produzzjoni industrijali eżistenti, f’liema każ l-investiment ma għandu jirriżulta la fl-espansjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni u lanqas f’konsum ogħla ta’ fjuwils fossili.”

;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu 1b li ġej:

“1b.   Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal investimenti f’tagħmir u makkinarju li jużaw, u infrastruttura li tittrasporta, l-idroġenu sal-punt li l-idroġenu użat jew ittrasportat jikkwalifika bħala idroġenu rinnovabbli. Għandu japplika wkoll għal investimenti f’tagħmir u makkinarju li jużaw fjuwils derivati mill-idroġenu li l-kontenut tal-enerġija tagħhom huwa derivat minn sorsi rinnovabbli għajr il-bijomassa u li ġew prodotti f’konformità mal-metodoloġiji stabbiliti għall-fjuwilsi għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika fid-Direttiva (UE) 2018/2001 u l-atti ta’ implimentazzjoni jew delegati tagħha.

Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal għajnuna għal investimenti f’installazzjonijiet, tagħmir u makkinarju li jipproduċu jew jużaw, u l-infrastruttura ddedikata msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (130), l-aħħar sentenzafu , għall-idroġenu prodott mill-elettriku u li ma jikkwalifikax bħala idroġenu rinnovabbli, sal-punt li jkun jista’ jintwera li l-idroġenu bbażat fuq l-elettriku prodott, użat jew ittrasportat jikseb iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ mill-inqas 70 % meta mqabbel ma’ komparatur ta’ fjuwils fossili ta’ 94g CO2eq/MJ . Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja skont dan is-subparagrafu, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra marbuta mal-produzzjoni tal-elettriku użat għall-produzzjoni tal-idroġenu għandhom jiġu ddeterminati mill-unità ta’ ġenerazzjoni marġinali fiż-żona tal-offerti fejn l-elettrolizzatur ikun jinsab fil-perjodi tal-issetiljar tal-iżbilanċ meta l-elettrolizzatur jikkonsma l-elettriku mill-grilja.

Fil-każijiet imsemmijin fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, l-idroġenu biss li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk is-subparagrafi għandu jintuża, jiġi ttrasportat jew – fejn rilevanti – prodott matul il-ħajja tal-investiment. L-Istat Membru għandu jikseb impenn għal dak l-għan.”

;

(d)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

għandu jippermetti l-implimentazzjoni ta’ proġett li jwassal għal żieda fil-protezzjoni tal-ambjent tal-attivitajiet tal-benefiċjarju, lil hinn mill-istandards tal-Unjoni fis-seħħ, irrispettivament mill-preżenza ta’ standards nazzjonali obbligatorji li jkunu aktar stretti mill-istandards tal-Unjoni; għal proġetti marbutin ma’ jew li jinvolvu infrastruttura dedikata msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (130) l-aħħar paragrafu, għall-idroġenu skont it-tifsira tal-paragrafu 1b, sħana mormija jew CO2, jew li jinkludu konnessjoni mal-infrastruttura tal-enerġija għall-idroġenu skont it-tifsira tal-paragrafu 1b, sħana mormija jew CO2, iż-żieda fil-protezzjoni tal-ambjent tista’ tirriżulta wkoll mill-attivitajiet ta’ entità oħra involuta fil-katina tal-infrastruttura; jew

(b)

għandu jippermetti l-implimentazzjoni ta’ proġett li jwassal għal żieda fil-protezzjoni tal-ambjent tal-attivitajiet tal-benefiċjarju fl-assenza ta’ standards tal-Unjoni; għal proġetti marbutin ma’ jew li jinvolvu infrastruttura dedikata msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (130) l-aħħar sentenza għall-idroġenu skont it-tifsira tal-paragrafu 1b, sħana mormija jew CO2, jew li jinkludu konnessjoni mal-infrastruttura tal-enerġija għall-idroġenu skont it-tifsira tal-paragrafu 1b, sħana mormija jew CO2, iż-żieda fil-protezzjoni tal-ambjent tista’ tirriżulta wkoll mill-attivitajiet ta’ entità oħra involuta fil-katina tal-infrastruttura; jew”;

(ii)

jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

għandu jippermetti l-implimentazzjoni ta’ proġett li jwassal għal żieda fil-protezzjoni tal-ambjent tal-attivitajiet tal-benefiċjarju sabiex jikkonforma mal-istandards tal-Unjoni li jkunu ġew adottati iżda li għadhom ma humiex fis-seħħ; għal proġetti marbutin ma’ jew li jinvolvu infrastruttura dedikata msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (130), l-aħħar sentenza, għall-idroġenu skont it-tifsira tal-paragrafu 1b, sħana mormija jew CO2, jew li jimplikaw konnessjoni mal-infrastruttura tal-enerġija għall-idroġenu skont it-tifsira tal-paragrafu 1b, sħana mormija jew CO2, iż-żieda fil-protezzjoni tal-ambjent tista’ tirriżulta wkoll mill-attivitajiet ta’ entità oħra involuta fil-katina tal-infrastruttura.”;

(e)

jiddaħħlu l-paragrafi 2a u 2b li ġejjin:

“2a.   L-investimenti fil-qbid u t-trasport ta’ CO2 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

il-qbid u/jew it-trasport ta’ CO2, inklużi elementi individwali tal-katina CCS jew CCU, għandhom jiġu integrati f’katina sħiħa tas-CCS u/jew tas-CCU;

(b)

il-valur preżenti nett (“VPN”) tal-proġett ta’ investiment matul il-ħajja tiegħu għandu jkun negattiv. Għall-fini tal-kalkolu tal-VPN tal-proġett, għandhom jitqiesu l-spejjeż evitati tal-emissjonijiet ta’ CO2;

(c)

l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu esklussivament l-ispejjeż addizzjonali ta’ investiment li jirriżultaw mill-qbid tas-CO2 minn installazzjoni li temetti s-CO2 (installazzjoni industrijali jew impjant tal-enerġija) jew direttament mill-arja ambjentali kif ukoll mill-ħżin tal-bafer u mit-trasportazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 maqbuda.

2b.   Meta l-għajnuna jkollha l-għan li tnaqqas jew tevita emissjonijiet diretti, l-għajnuna ma tridx sempliċiment tispostja l-emissjonijiet ikkonċernati minn settur għal ieħor u trid b’mod ġenerali tnaqqas l-emissjonijiet fil-mira; b’mod partikolari, meta l-għajnuna jkollha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, l-għajnuna ma tridx sempliċement tispostja dawn l-emissjonijiet minn settur għal ieħor u trid tnaqqashom b’mod ġenerali.”

;

(f)

il-paragrafi 3 sa 6 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“3.   L-għajnuna ma għandhiex tingħata meta jsiru investimenti biex jiġi żgurat li l-impriżi sempliċiment jikkonformaw mal-istandards tal-Unjoni fis-seħħ. Għajnuna li tippermetti lill-impriżi jikkonformaw ma’ standards tal-Unjoni li jkunu ġew adottati iżda li ma jkunux għadhom iddaħħlu fis-seħħ tista’ tingħata skont dan l-Artikolu dment li l-investiment li għalih tingħata l-għajnuna jiġi implimentat u ffinalizzat tal-anqas 18-il xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandard ikkonċernat.

4.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż ta’ investiment addizzjonali ddeterminati billi jitqabblu l-ispejjeż tal-investiment ma’ dawk ta’ xenarju kontrofattwali li kieku jseħħ fin-nuqqas tal-għajnuna, kif ġej:

(a)

meta x-xenarju kontrofattwali jikkonsisti fit-twettiq ta’ investiment anqas ekoloġiku li jikkorrispondi għall-prattika kummerċjali normali fis-settur jew għall-attività kkonċernata, l-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fid-differenza bejn il-spejjeż tal-investiment li għalih tingħata l-għajnuna mill-Istat u l-spejjeż tal-investiment kontrofattwali anqas ekoloġiku;

(b)

meta x-xenarju kontrofattwali jkun jikkonsisti fit-twettiq tal-istess investiment aktar tard, l-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fid-differenza bejn il-spejjeż tal-investiment li għalih tingħata l-għajnuna mill-Istat u l-Valur Preżenti Nett tal-ispejjeż tal-investiment aktar tard, skontati sal-mument meta kieku jsir l-investiment megħjun;

(c)

meta x-xenarju kontrofattwali jikkonsisti fiż-żamma tal-operat tal-installazzjonijiet u tat-tagħmir eżistenti, l-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fid-differenza bejn l-ispejjeż tal-investiment li għalih tingħata l-għajnuna mill-Istat u l-Valur Preżenti Nett tal-investimenti fil-manutenzjoni, fit-tiswija u fil-modernizzazzjoni tal-installazzjonijiet u tat-tagħmir eżistenti, skontati sal-mument meta kieku jsir l-investiment megħjun;

(d)

fil-każ ta’ tagħmir soġġett għal ftehimiet ta’ lokazzjoni, l-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fid-differenza fil-Valur Preżenti Nett bejn il-lokazzjoni ta’ tagħmir li għalih tingħata l-għajnuna mill-Istat u l-lokazzjoni tat-tagħmir anqas ekoloġiku li kieku jingħata b’lokazzjoni fin-nuqqas tal-għajnuna; l-ispejjeż tal-lokazzjoni ma għandhomx jinkludu ispejjeż relatati mal-operat tat-tagħmir jew tal-installazzjoni (spejjeż tal-fjuwil, assigurazzjoni, manutenzjoni, oġġetti konsumabbli oħrajn), irrispettivament minn jekk humiex parti mill-kuntratt ta’ lokazzjoni.

Fis-sitwazzjonijiet kollha elenkati fil-punti (a) sa (d), ix-xenarju kontrofattwali għandu jikkorrispondi għal investiment b’kapaċità ta’ output u tul ta’ ħajja komparabbli jikkonforma mal-istandards tal-Unjoni diġà fis-seħħ. Ix-xenarju kontrofattwali għandu jkun kredibbli fid-dawl tar-rekwiżiti legali, tal-kundizzjonijiet tas-suq u tal-inċentivi ġġenerati mis-sistema tal-EU ETS.

Meta l-investiment li għalih tingħata l-għajnuna mill-Istat ikun jikkonsisti fl-installazzjoni ta’ komponent supplimentari għal faċilità diġà eżistenti, li għaliha ma jkun hemm l-ebda investiment kontrofattwali anqas ekoloġiku, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-spejjeż totali tal-investiment.

Meta l-investiment li għalih tingħata l-għajnuna mill-Istat jikkonsisti fil-kostruzzjoni ta’ infrastruttura dedikata msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (130), l-aħħar sentenza, għall-idroġenu skont it-tifsira tal-paragrafu 1b, sħana mormija jew CO2, dak huwa neċessarju sabiex ikun jista’ jiżdied il-livell ta’ protezzjoni tal-ambjent kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 2a, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż totali tal-investiment. L--ispejjeż għall-kostruzzjoni jew għat-titjib tal-faċilitajiet ta’ ħżin, bl-eċċezzjoni tal-faċilitajiet ta’ ħżin għall-idroġenu rinnovabbli u għall-idroġenu koperti mill-paragrafu 1b, it-tieni subparagrafu ma għandhomx ikunu eliġibbli.

L--spejjeż li ma humiex marbuta direttament mal-kisba ta’ livell ogħla ta’ protezzjoni tal-ambjent ma għandhomx ikunu eliġibbli.

5.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż l-40 % tal-ispejjeż eliġibbli. Fejn l-investiment, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jiddependu fuq l-użu tal-bijomassa, jirriżulta fi tnaqqis ta’ 100 % tal-emissjonijiet diretti ta’ gassijiet serra, l-intensità tal-għajnuna tista’ tilħaq il-50 %.

6.   Fil-każ ta’ investimenti relatati mas-CCS u/jew mas-CCU, l-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż it-30 % tal-ispejjeż eliġibbli.”

;

(g)

jiżdiedu l-paragrafi 9, 10 u 11 li ġejjin:

“9.   L-intensità tal-għajnuna tista’ tilħaq 100 % tal-ispejjeż eliġibbli tal-investiment meta l-għajnuna tingħata fi proċess kompetittiv ta’ offerti, li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punt (38):

(a)

l-għoti tal-għajnuna għandu jkun ibbażat fuq kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla oġġettivi, ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji, definiti ex ante u ppubblikati tal-anqas sitt ġimgħat qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, sabiex tkun tista’ ssir kompetizzjoni effettiva;

(b)

matul l-implimentazzjoni ta’ skema, fil-każ ta’ proċess ta’ offerti fejn l-offerenti kollha jirċievu għajnuna, it-tfassil ta’ dan il-proċess għandu jiġi kkoreġut sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-kompetizzjoni effettiva fil-proċessi sussegwenti tal-offerti, pereżempju, billi jitnaqqas il-baġit jew il-volum;

(c)

għandhom jiġu esklużi aġġustamenti ex post għall-eżitu tal-proċess ta’ offerti (bħal negozjati sussegwenti dwar ir-riżultati tal-offerti);

(d)

mill-inqas 70 % tal-kriterji tal-għażla totali użati għall-klassifikazzjoni tal-offerti u, fl-aħħar mill-aħħar, għall-allokazzjoni tal-għajnuna fil-proċess kompetittiv tal-offerti għandhom jiġu definiti f’termini ta’ għajnuna fir-rigward tal-kontribut tal-proġett għall-objettivi ambjentali tal-miżura, pereżempju l-għajnuna mitluba għal kull unità ta’ protezzjoni ambjentali li għandha titwassal.

10.   Alternattivament għall-paragrafi 4 sa 9, l-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż id-differenza bejn l-ispejjeż tal-investiment marbuta direttament mal-kisba ta’ livell ogħla ta’ protezzjoni ambjentali u l-profitt operatorju tal-investiment. L-introjtu operatorju għandu jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli ex ante, fuq il-bażi ta’ projezzjonijiet raġonevoli u vverifikati ex post permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru.

11.   B’deroga mill-paragrafi 4(a), l-ewwel subparagrafu, il-punti(a) sa 4(d), u l-paragrafi (9) u (10), l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jiġu ddeterminati mingħajr l-identifikazzjoni tax-xenarju kontrofattwali u fin-nuqqas ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti. F’dak il-każ, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż tal-investiment marbuta direttament mal-kisba ta’ livell ogħla ta’ protezzjoni ambjentali u l-intensitajiet u l-bonusijiet applikabbli tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafi 5 sa 8 8 jitnaqqsu b’50 %.”

;

(30)

l-Artikolu 36a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 36a

Għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment

1.   L-għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   Dan l-Artikolu għandu jkopri biss l-għajnuna mogħtija għall-infrastrutturi tal-irriċarġjar jew tar-riforniment li jfornu l-vetturi, it-tagħmir terminali mobbli jew it-tagħmir mobbli tas-servizzi fuq l-art bl-elettriku jew bl-idroġenu. Għall-infrastruttura tar-riforniment megħjuna li tforni l-idroġenu, l-Istat Membru għandu jikseb impenn mill-benefiċjarju li sa mhux aktar tard mill- 31 ta’ Diċembru 2035, l-infrastruttura tar-riforniment tibda tforni biss idroġenu rinnovabbli. Dan l-Artikolu ma japplikax għal għajnuna għal investimenti relatati mal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment fil-portijiet.

3.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż għall-kostruzzjoni, għall-installazzjoni, għat-titjib jew għall-estensjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment. Dawk il-spejjeż jistgħu jinkludu l-spejjeż tal-infrastruttura tal-irriċċarġjar jew tar-riforniment innifisha u tat-tagħmir tekniku relatat, tal-installazzjoni jew tat-titjib ta’ komponenti elettriċi jew oħrajn, inklużi kejbils tal-elettriku u transformers tal-potenza, li huma meħtieġa għall-konnessjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment mal-grilja jew ma’ unità lokali tal-produzzjoni jew tal-ħżin tal-elettriku jew tal-idroġenu, kif ukoll xogħlijiet tal-inġinerija ċivili, adattamenti tal-art jew tat-toroq, l-ispejjeż tal-installazzjoni u spejjeż għall-kisba tal-permessi relatati.

L--ispejjeż eliġibbli jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż ta’ investiment tal-produzzjoni fuq il-post tal-elettriku rinnovabbli jew tal-idroġenu rinnovabbli, u l-ispejjeż ta’ investiment tal-unitajiet ta’ ħżin għall-ħżin tal-elettriku jew tal-idroġenu rinnovabbli. Il-kapaċità tal-produzzjoni nominali tal-installazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli jew tal-idroġenu rinnovabbli fuq il-post ma għandhiex taqbeż l-output jew il-kapaċità ta’ riforniment massima tal-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment li tkun konnessa magħha.

4.   L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tingħata fi proċess kompetittiv ta’ offerti, li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punt (38):

(a)

l-għoti tal-għajnuna għandu jkun ibbażat fuq kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla oġġettivi, ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji, definiti ex ante u ppubblikati tal-anqas sitt ġimgħat qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, sabiex tkun tista’ ssir kompetizzjoni effettiva;

(b)

matul l-implimentazzjoni ta’ skema, fil-każ ta’ proċess ta’ offerti fejn l-offerenti kollha jirċievu għajnuna, it-tfassil ta’ dan il-proċess għandu jiġi kkoreġut sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-kompetizzjoni effettiva fil-proċessi sussegwenti tal-offerti, pereżempju, billi jitnaqqas il-baġit jew il-volum;

(c)

għandhom jiġu esklużi aġġustamenti ex post għall-eżitu tal-proċess ta’ offerti (bħal negozjati sussegwenti dwar ir-riżultati tal-offerti);

(d)

mill-inqas 70 % tal-kriterji tal-għażla totali użati għall-klassifikazzjoni tal-offerti u, fl-aħħar mill-aħħar, għall-allokazzjoni tal-għajnuna fil-proċess kompetittiv tal-offerti għandhom jiġu definiti f’termini ta’ għajnuna fir-rigward tal-kontribut tal-proġett għall-objettivi ambjentali tal-miżura, pereżempju l-għajnuna mitluba għal kull punt ta’ rriċarġjar jew ta’ riforniment.

5.   Meta l-għajnuna tingħata fi proċess kompetittiv ta’ offerti li jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-intensità tal-għajnuna tista’ tilħaq sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli.

6.   B’deroga mill-paragrafu 4, l-għajnuna tista’ tingħata fin-nuqqas ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti meta l-għajnuna tingħata abbażi ta’ skema ta’ għajnuna. F’dan il-każ, l-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż l-20 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’20 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju u b’30 punt perċentwali għal intrapriżi żgħar. L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied ukoll b’15-il punt perċentwali għal investimenti li jinsabu f’żoni megħjunin deżinjati f’mappa tal-għajnuna reġjonali approvata fis-seħħ fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna b’applikazzjoni tal-Artikolu 107(3), il-punt (a), tat-Trattat jew b’5 punti perċentwali għal investimenti li jinsabu f’żoni megħjunin deżinjati f’mappa approvata tal-għajnuna reġjonali fis-seħħ fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna b’applikazzjoni tal-Artikolu 107(3), il-punt (c), tat-Trattat.

7.   L-għajnuna mogħtija lil kwalunkwe impriża ma għandhiex taqbeż l-40 % tal-baġit totali tal-iskema kkonċernata.

8.   Meta l-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment tkun miftuħa għall-aċċess minn utenti għajr il-benefiċjarju jew il-benefiċjarji tal-għajnuna, l-għajnuna għandha tingħata biss għall-kostruzzjoni, għall-installazzjoni, għall-aġġornament jew għall-estensjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku u li tipprovdi aċċess mhux diskriminatorju għall-utenti, inkluż fir-rigward tat-tariffi, tal-awtentikazzjoni u tal-metodi ta’ pagament u ta’ termini u kundizzjonijiet oħrajn tal-użu. It-tariffi imposti fuq l-utenti għajr il-benefiċjarju jew il-benefiċjarji tal-għajnuna għall-użu tal-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment għandhom jikkorrispondu għall-prezzijiet tas-suq.

9.   L-operaturi tal-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment li joffru jew jippermettu pagamenti bbażati fuq kuntratt fuq l-infrastruttura tagħhom ma għandhomx jiddiskriminaw bejn il-fornituri ta’ servizzi tal-mobilità, pereżempju billi japplikaw kundizzjonijiet ta’ aċċess preferenzjali, jew permezz ta’ differenzjazzjoni fil-prezzijiet mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva.

10.   Il-ħtieġa ta’ għajnuna għall-investiment fl-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment tal-istess kategorija bħal dik li għandha tiġi appoġġata bl-għajnuna (pereżempju, għall-infrastruttura tal-irriċarġjar: potenza normali jew għolja) għandha tiġi stabbilita permezz ta’ konsultazzjoni pubblika miftuħa ex ante jew studju indipendenti tas-suq, li ma jkunux eqdem minn sena fil-mument tad-dħul fis-seħħ tal-miżura ta’ għajnuna. B’mod partikolari, għandu jiġi stabbilit li l-ebda investiment bħal dan mhu x’aktarx li se jseħħ bit-termini kummerċjali fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tal-miżura ta’ għajnuna.

L-obbligu li titwettaq konsultazzjoni pubblika miftuħa ex ante jew studju tas-suq indipendenti stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal għajnuna għall-kostruzzjoni, għall-installazzjoni, għall-aġġornament jew għall-estensjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment li ma hijiex aċċessibbli għall-pubbliku.

11.   B’deroga mill-paragrafu 10, il-ħtieġa ta’ għajnuna għall-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment għall-vetturi tat-triq għandha tiġi preżunta meta l-vetturi mħaddmin b’mod esklużiv bl-elettriku (għall-infrastrutturi tal-irriċarġjar) jew il-vetturi mħaddmin tal-anqas parzjalment bl-idroġenu (għall-infrastrutturi tar-riforniment) ikunu jirrappreżentaw rispettivament anqas minn 3 % tan-numru totali ta’ vetturi tal-istess kategorija rreġistrati fl-Istat Membru kkonċernat. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief għandhom jitqiesu bħala parti mill-istess kategorija ta’ vetturi.

12.   Kwalunkwe konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza sabiex topera l-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment għandha tiġi assenjata fuq bażi kompetittiva, trasparenti u mhux diskriminatorja, filwaqt li jitqiesu kif xieraq ir-regoli applikabbli dwar l-akkwist.

13.   Meta tingħata għajnuna għall-iskjerament- ta’ infrastruttura ġdida tal-irriċarġjar li tippermetti trasferiment tal-elettriku b’output tal-potenza ta’ 22 kW jew anqas, l-infrastruttura trid tkun kapaċi tappoġġa funzjonalitajiet intelliġenti tal-irriċarġjar.”;

(31)

jiddaħħal l-Artikolu 36b li ġej:

“Artikolu 36b

Għajnuna għall-investiment għall-akkwist ta’ vetturi nodfa jew ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u għall-modifika retroattiva ta’ vetturi

1.   L-għajnuna għall-investiment għall-akkwist ta’ vetturi nodfa jew ta’ vetturi b’emissjonijiet żero għat-trasport bit-triq, ferrovjarju, fuq passaġġi fuq l-ilma interni u trasport marittimu u għall-modifika retroattiva ta’ vetturi għajr inġenji tal-ajru sabiex jikkwalifikaw bħala vetturi nodfa jew bħala vetturi b’emissjonijiet żero għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha tingħata għax-xiri jew għal-lokazzjoni għal durata ta’ mill-inqas 12-il xahar ta’ vetturi nodfa li jaħdmu tal-anqas parzjalment bl-elettriku jew bl-idroġenu jew ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u għall-modifika retroattiva ta’ vetturi sabiex ikunu jistgħu jikkwalifikaw bħala vetturi nodfa jew vetturi b’emissjonijiet żero.

3.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

għal investimenti li jikkonsistu fix-xiri ta’ vetturi nodfa jew ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, l-ispejjeż addizzjonali għax-xiri tal-vettura nadifa jew tal-vettura b’emissjonijiet żero. Dawk għandhom jiġu kkalkolati bħala d-differenza bejn l-ispejjeż tal-investiment għax-xiri tal-vettura nadifa jew tal-vettura b’emissjonijiet żero u l-ispejjeż tal-investiment għax-xiri ta’ vettura tal-istess kategorija li tikkonforma mal-istandards tal-Unjoni applikabbli diġà fis-seħħ u li kieku kienet tiġi akkwistata mingħajr l-għajnuna;

(b)

għal investimenti li jikkonsistu fil-lokazzjoni ta’ vetturi nodfa jew ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, l-ispejjeż addizzjonali tal-lokazzjoni tal-vettura nadifa jew tal-vettura b’emissjonijiet żero. Dawk għandhom jiġu kkalkolati bħala d-differenza bejn il-valur preżenti nett tal-lokazzjoni tal-vettura nadifa jew tal-vettura b’emissjonijiet żero u l-valur preżenti nett tal-lokazzjoni ta’ vettura tal-istess kategorija li tikkonforma mal-istandards tal-Unjoni applikabbli diġà fis-seħħ u li kieku kienet tittieħed b’lokazzjoni mingħajr l-għajnuna. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli, l-ispejjeż operatorji marbutin mat-tħaddim tal-vettura, inklużi l-ispejjeż tal-enerġija, l-ispejjeż tal-assigurazzjoni u l-ispejjeż tal-manutenzjoni ma għandhomx jitqiesu, irrispettivament minn jekk ikunux inklużi fl-kuntratt tal-lokazzjoni;

(c)

għall-investimenti li jikkonsistu fil-modifika retroattiva ta’ vetturi li permezz tagħha jkunu jistgħu jikkwalifikaw bħala vetturi nodfa jew vetturi b’emissjonijiet żero, l-ispejjeż tal-investiment fil-modifika retroattiva.

4.   L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tingħata fi proċess kompetittiv ta’ offerti, li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punt (38):

(a)

l-għoti tal-għajnuna għandu jkun ibbażat fuq kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla oġġettivi, ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji, definiti ex ante u ppubblikati tal-anqas sitt ġimgħat qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, sabiex tkun tista’ ssir kompetizzjoni effettiva;

(b)

matul l-implimentazzjoni ta’ skema, fil-każ ta’ proċess ta’ offerti fejn l-offerenti kollha jirċievu għajnuna, it-tfassil ta’ dan il-proċess għandu jiġi kkoreġut sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-kompetizzjoni effettiva fil-proċessi sussegwenti tal-offerti, pereżempju, billi jitnaqqas il-baġit jew il-volum;

(c)

għandhom jiġu esklużi aġġustamenti ex post għall-eżitu tal-proċess ta’ offerti (bħal negozjati sussegwenti dwar ir-riżultati tal-offerti);

(d)

mill-inqas 70 % tal-kriterji tal-għażla totali użati għall-klassifikazzjoni tal-offerti u, fl-aħħar mill-aħħar, għall-allokazzjoni tal-għajnuna fil-proċess kompetittiv tal-offerti għandhom jiġu definiti f’termini ta’ għajnuna fir-rigward tal-kontribut tal-proġett għall-objettivi ambjentali tal-miżura, pereżempju l-għajnuna mitluba għal kull vettura nadifa jew b’emissjonijiet żero.

5.   Meta l-għajnuna tingħata fi proċess kompetittiv ta’ offerti li jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-paragrafu 4, l-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż:

(a)

100 % tal-ispejjeż eliġibbli għax-xiri jew għal-lokazzjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew għall-modifika retroattiva ta’ vetturi sabiex ikunu jistgħu jikkwalifikaw bħala vetturi b’emissjonijiet żero;

(b)

80 % tal-ispejjeż eliġibbli għax-xiri jew għal-lokazzjoni ta’ vetturi nodfa, jew għall-modifika retroattiva tal-vetturi sabiex ikunu jistgħu jikkwalifikaw bħala vetturi nodfa.

6.   B’deroga mill-paragrafu 4, l-għajnuna tista’ tingħata barra minn proċess kompetittiv ta’ offerti meta l-għajnuna tingħata abbażi ta’ skema ta’ għajnuna.

F’dawk il-każijiet, l-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż l-20 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’10 punti perċentwali għal vetturi b’emissjonijiet żero u b’20 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju jew b’30 punt perċentwali għal intrapriżi żgħar.

7.   B’deroga mill-paragrafu 4, l-għajnuna tista’ tingħata wkoll barra minn proċess kompetittiv ta’ offerti meta l-għajnuna tingħata għal impriżi li jkunu ngħataw kuntratt ta’ servizz pubbliku għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri fuq l-art, bil-ferrovija jew bl-ilma wara offerta pubblika miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja biss b’rabta mal-akkwist ta’ vetturi nodfa jew vetturi b’emissjonijiet żero użati għall-forniment tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri soġġetti għall-kuntratt ta’ servizz pubbliku.

F’dan il-każ, l-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż l-40% tal-kost eliġibbli. L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’10 punti perċentwali għal vetturi b’emissjonijiet żero.”;

(32)

l-Artikolu 37 huwa mħassar.

(33)

l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 38

Għajnuna għall-investiment għal miżuri ta’ effiċjenza fl-enerġija minbarra fil-bini”;

(b)

il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.   L-għajnuna għall-investiment li tippermetti lill-intrapriżi sabiex itejbu l-effiċjenza fl-enerġija għajr fil-bini għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u f’Kapitolu I.”;

2.   Ma għandhiex tingħata għajnuna skont dan l-Artikolu għal investimenti mwettqa sabiex jikkonformaw mal-istandards tal-Unjoni li ġew adottati u li huma fis-seħħ. L-għajnuna tista’ tingħata skont dan l-Artikolu għal investimenti mwettqa sabiex jikkonformaw mal-istandards tal-Unjoni li ġew adottati iżda li għadhom ma humiex fis-seħħ, dment li l-investiment jiġi implimentat u ffinalizzat tal-anqas 18-il xahar qabel ma jidħol fis-seħħ l-istandard.”

;

(c)

jiddaħħlu l-paragrafi 2a u 2b li ġejjin:

“2a.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal għajnuna għall-koġenerazzjoni u għal għajnuna għat-tisħin u/jew għat-tkessiħ distrettwali.

2b.   L-għajnuna għall-installazzjoni ta’ tagħmir tal-enerġija li jaħdem bil-fjuwils fossili, inkluż il-gass naturali, ma għandhiex tkun eżentata skont dan l-Artikolu mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.”

;

(d)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż addizzjonali tal-investiment meħtieġa sabiex jinkiseb livell ogħla ta’ effiċjenza fl-enerġija. Għandhom jiġu ddeterminati billi jitqabblu l-spejjeż tal-investiment ma’ dawk tax-xenarju kontrofattwali li kieku jseħħ fin-nuqqas tal-għajnuna, kif ġej:

(a)

meta x-xenarju kontrofattwali jikkonsisti fit-twettiq ta’ investiment anqas effiċjenza fl-użu tal-enerġija li jikkorrispondi għall-prattika kummerċjali normali fis-settur jew għall-attività kkonċernata, l-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fid-differenza bejn l-ispejjeż tal-investiment li għalih tingħata l-għajnuna mill-Istat u l-ispejjeż tal-investiment kontrofattwali anqas effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

(b)

meta x-xenarju kontrofattwali jkun jikkonsisti fit-twettiq tal-istess investiment aktar tard, l-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fid-differenza bejn l-ispejjeż tal-investiment li għalih tingħata l-għajnuna mill-Istat u l-Valur Preżenti Nett tal-ispejjeż tal-investiment aktar tard, skontati sal-mument meta kieku jsir l-investiment megħjun;

(c)

meta x-xenarju kontrofattwali jikkonsisti fiż-żamma tal-operat tal-installazzjonijiet u tat-tagħmir eżistenti, l-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fid-differenza bejn l-ispejjeż tal-investiment li għalih tingħata l-għajnuna mill-Istat u l-Valur Preżenti Nett tal-investiment fil-manutenzjoni, fit-tiswija u fil-modernizzazzjoni tal-installazzjoni u tat-tagħmir eżistenti, skontati sal-mument meta kieku jsir l-investiment megħjun;

(d)

Fil-każ ta’ tagħmir soġġett għal ftehimiet ta’ lokazzjoni, l-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fid-differenza fil-Valur Preżenti Nett bejn il-lokazzjoni ta’ tagħmir li għalih tingħata l-għajnuna mill-Istat u l-lokazzjoni tat-tagħmir anqas effiċjenti fl-użu tal-enerġija li kieku jingħata b’lokazzjoni fin-nuqqas tal-għajnuna; spejjeż tal-lokazzjoni ma għandhomx jinkludu spejjeż relatati mal-operat tat-tagħmir jew tal-installazzjoni (spejjeż tal-fjuwil, assigurazzjoni, manutenzjoni, oġġetti konsumabbli oħrajn), irrispettivament minn jekk humiex parti mill-kuntratt ta’ lokazzjoni;

Fis-sitwazzjonijiet kollha elenkati fl-ewwel subparagrafu , il-kontrofattwali għandu jikkorrispondi għal investiment b’kapaċità ta’ output u tul ta’ ħajja komparabbli jikkonforma mal-istandards tal-Unjoni diġà fis-seħħ. Il-kontrofattwali għandu jkun kredibbli fid-dawl tar-rekwiżiti legali, tal-kundizzjonijiet tas-suq u tal-inċentivi ġġenerati mis-sistema tal-EU ETS.

Meta l-investiment ikun jikkonsisti f’investiment identifikabbli b’mod ċar immirat biss lejn it-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija, li għalih ma jkun hemm l-ebda investiment kontrofattwali anqas effiċjenti fl-enerġija, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-l-spejjeż totali tal-investiment.

L-ispejjeż mhux direttament marbutin mal-kisba ta’ livell ogħla ta’ effiċjenza fl-enerġija ma għandhomx ikunu eliġibbli.”

;

(e)

il-paragrafu 3a jitħassar;

(f)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   L-intensità tal-għajnuna tista’ tilħaq 100 % tal-spejjeż eliġibbli totali tal-investiment meta l-għajnuna tingħata fi proċess kompetittiv ta’ offerti, li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punt (38):

(a)

l-għoti tal-għajnuna għandu jkun ibbażat fuq kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla oġġettivi, ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji, definiti ex ante u ppubblikati tal-anqas sitt ġimgħat qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, sabiex tkun tista’ ssir kompetizzjoni effettiva;

(b)

matul l-implimentazzjoni ta’ skema, fil-każ ta’ proċess ta’ offerti fejn l-offerenti kollha jirċievu għajnuna, it-tfassil ta’ dan il-proċess għandu jiġi kkoreġut sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-kompetizzjoni effettiva fil-proċessi sussegwenti tal-offerti, pereżempju, billi jitnaqqas il-baġit jew il-volum;

(c)

għandhom jiġu esklużi aġġustamenti ex post għall-eżitu tal-proċess ta’ offerti (bħal negozjati sussegwenti dwar ir-riżultati tal-offerti);

(d)

mill-inqas 70 % tal-kriterji tal-għażla totali użati għall-klassifikazzjoni tal-offerti u, fl-aħħar mill-aħħar, għall-allokazzjoni tal-għajnuna fil-proċess kompetittiv tal-offerti għandhom jiġu definiti f’termini ta’ għajnuna fir-rigward tal-kontribut tal-proġett għall-objettivi ambjentali tal-miżura, pereżempju l-għajnuna mitluba għal kull unità ta’ enerġija ffrankata jew ta’ effiċjenza fl-enerġija gwadanjata. Dawk il-kriterji ma għandhomx jammontaw għal anqas minn 70 % tal-ponderazzjoni tal-kriterji kollha tal-għażla.”;

(g)

jiżdiedl il-paragrafu 8 li ġej:

“8.   B’deroga mill-paragrafi 3, punt (a)) sa (d) u l-paragrafu 7, l-ispejjeż eliġibbli jistgħu jiġu ddeterminati mingħajr l-identifikazzjoni tax-xenarju kontrofattwali u fin-nuqqas ta’ proċess kompetittiv ta’ offerti. F’dak il-każ, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż tal-investiment totali marbuta direttament mal-kisba ta’ livell ogħla ta’ effiċjenza fl-enerġija u l-intensitajiet u l-bonusijiet applikabbli tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafi 4, 5 u 6 jitnaqqsu b’50 %.”

;

(34)

jiddaħħal l-Artikolu 38a li ġej:

“Artikolu 38a

Għajnuna għall-investiment għal miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija fil-bini

1.   L-għajnuna għall-investiment li tippermetti lill-intrapriżi sabiex jiksbu effiċjenza fl-enerġija fil-bini għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   Ma għandhiex tingħata għajnuna skont dan l-Artikolu għal investimenti mwettqa sabiex jikkonformaw mal-istandards tal-Unjoni li ġew adottati u li huma fis-seħħ.

3.   L-għajnuna tista’ tingħata skont dan l-Artikolu għal investimenti mwettqa sabiex jikkonformaw mal-istandards tal-Unjoni li ġew adottati u li għadhom mhumiex fis-seħħ. Meta l-istandards rilevanti tal-Unjoni jkunu standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-għajnuna trid tingħata qabel ma l-istandards isiru obbligatorji għall-impriża kkonċernata. F’dak il-każ, l-Istat Membru jeħtieġlu jiżgura li l-benefiċjarji jipprovdu pjan ta’ rinnovazzjoni u skeda ta’ żmien preċiżi li juru li r-rinnovazzjoni megħjuna hija tal-anqas suffiċjenti sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards minimi tar-rendiment tal-enerġija. Meta l-istandards rilevanti tal-Unjoni jkunu differenti mill-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-investiment irid jiġi implimentat u ffinalizzat mill-inqas 18-il xahar qabel ma jidħol fis-seħħ l-istandard tal-Unjoni.

4.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal għajnuna għall-koġenerazzjoni u għal għajnuna għat-tisħin u/jew għat-tkessiħ distrettwali.

5.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż totali ta’ investiment. L-ispejjeż mhux direttament marbutin mal-kisba ta’ livell ogħla ta’ effiċjenza fl-enerġija fil-bini ma għandhomx ikunu eliġibbli.

6.   L-għajnuna għandha twassal għal titjib fir-rendiment tal-enerġija tal-bini mkejjel fl-enerġija primarja ta’ mill-inqas: (i) 20 % meta mqabbla mas-sitwazzjoni ta’ qabel l-investiment fil-każ ta’ rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti, jew (ii) 10 % meta mqabbla mas-sitwazzjoni ta’ qabel l-investiment fil-każ ta’ miżuri ta’ rinnovazzjoni li jikkonċernaw l-installazzjoni jew is-sostituzzjoni ta’ tip wieħed biss ta’ elementi tal-bini kif definit fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2010/31/UE u tali miżuri ta’ rinnovazzjoni mmirati ma jirrappreżentawx aktar minn 30 % tal-parti tal-baġit tal-iskema ddedikata għall-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija, jew (iii) 10 % meta mqabbla mal-limitu stabbilit għar-rekwiżiti tal-bini b’użu ta’ kważi żero enerġija fil-miżuri nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2010/31/UE fil-każ ta’ bini ġdid. Id-domanda inizjali għall-enerġija primarja u t-titjib stmat għandhom jiġu stabbiliti b’referenza għal Ċertifikat tar-Rendiment tal-Enerġija kif definit fl-Artikolu 2(12) tad-Direttiva 2010/31/UE.

7.   L-għajnuna mogħtija għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija tal-bini tista’ tiġi kkombinata ma’ għajnuna għal kwalunkwe miżura minn dawn li ġejjin jew għalihom kollha:

(a)

l-installazzjoni ta’ tagħmir integrat fuq il-post li jiġġenera l-elettriku, it-tisħin jew it-tkessiħ minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, inkluż iżda mhux limitat għal pannelli fotovoltajċi u għal pompi tas-sħana;

(b)

l-installazzjoni ta’ tagħmir għall-ħżin tal-enerġija ġġenerata mill-installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post. It-tagħmir tal-ħżin għandu jassorbi mill-inqas 75 % tal-enerġija tiegħu minn installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli konnessa direttament, fuq bażi annwali;

(c)

il-konnessjoni ma’ sistema ta’ tisħin u/jew tkessiħ distrettwali effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tagħmir relatat;

(d)

il-kostruzzjoni u l-installazzjoni ta’ infrastruttura għall-irriċarġjar għall-użu mill-utenti tal-bini, u ta’ infrastruttura relatata, bħall-kanali, fejn il-faċilitajiet tal-parkeġġ ikunu jinsabu jew fil-bini jew ikunu fiżikament maġenb il-bini;

(e)

l-installazzjoni ta’ tagħmir għad-diġitalizzazzjoni tal-bini, b’mod partikolari sabiex tiżdied it-tħejjija intelliġenti tiegħu, inklużi wajers passivi interni jew kejbils strutturati għan-networks tad-data u l-parti anċillari tal-infrastruttura tal-broadband fuq il-proprjetà li għaliha jappartjeni l-bini iżda esklużi l-wajers jew il-kejbils għan-networks tad-data barra mill-proprjetà;

(f)

investimenti fi bjut u f’tagħmir ekoloġiċi għaż-żamma u għall-użu tal-ilma tax-xita.

Fil-każ ta’ kwalunkwe xogħol kombinat bħal dan kif stabbilit fil-punti (a) sa (f), il-kost sħiħ tal-investiment tad-diversi stallazzjonijiet u tagħmir għandu jikkostitwixxi l-ispejjeż eliġibbli. Il-spejjeż mhux direttament marbutin mal-kisba ta’ livell ogħla ta’ rendiment tal-enerġija jew ta’ rendiment fl-enerġija ma għandhomx ikunu eliġibbli.

8.   L-għajnuna tista’ tingħata jew lis-sid(ien) tal-bini jew lill-inkwilin(i), skont min qed jikkummissjona l-miżura tal-effiċjenza fl-enerġija.

9.   Tista’ tingħata wkoll għajnuna għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija tat-tagħmir tat-tisħin jew tat-tkessiħ fil-bini.

10.   L-għajnuna għall-installazzjoni ta’ tagħmir tal-enerġija li jaħdem bil-fjuwils fossili, inkluż il-gass naturali, ma għandhiex tkun eżentata skont dan l-Artikolu mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

11.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż it-30 % tal-ispejjeż eliġibbli.

12.   B’deroga mill-paragrafu 11, meta l-investiment ikun jikkonsisti fl-installazzjoni jew fis-sostituzzjoni ta’ tip wieħed biss ta’ element tal-bini kif definit fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2010/31/UE, l-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-25 %.

13.   B’deroga mill-paragrafi 11 u 12, meta l-għajnuna għall-investimenti f’bini li jsir għall-konformità mal-istandards minimi tar-rendiment tal-enerġija li jikkwalifikaw bħala standards tal-Unjoni tingħata anqas minn 18-il xahar qabel ma jidħlu fis-seħħ l-istandards tal-Unjoni, l-intensità tal-għajnuna ma tistax taqbeż il-15 % tal-ispejjeż eliġibbli meta l-investiment ikun jikkonsisti fl-installazzjoni jew fis-sostituzzjoni ta’ tip wieħed biss ta’ element ta’ bini kif definit fl-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2010/31/UE u 20 % fil-każijiet l-oħrajn kollha.

14.   L-intensità tal-għajnuna tista ’ tiżdied b’20 punt perċentwali għal għajnuna mogħtija lil impriżi żgħar u b’10 punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ daqs medju.

15.   L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied bi 15-il punt perċentwali għall-investimenti li jinsabu f’żoni megħjunin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (a) tat-Trattat u b’5 punti perċentwali għall-investimenti li jinstabu f’żoni megħjunin li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3), il-punt (c) tat-Trattat.

16.   L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied bi 15-il punt perċentwali għal għajnuna mogħtija biex tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija ta’ bini eżistenti, fejn l-għajnuna twassal għal titjib fir-rendiment tal-enerġija tal-bini mkejjel f’enerġija primarja ta’ mill-inqas 40 % meta mqabbel mas-sitwazzjoni ta’ qabel l-investiment. Din iż-żieda fl-intensità tal-għajnuna ma tapplikax meta l-investiment ma jtejjibx ir-rendiment tal-enerġija tal-bini lil hinn mil-livell impost mill-istandards minimi tar-rendiment tal-enerġija li jikkwalifikaw bħala standards tal-Unjoni li jidħlu fis-seħħ fi żmien anqas minn 18-il xahar mill-mument li fih jiġi implimentat u ffinalizzat l-investiment.”;

(35)

jiddaħħal l-Artikolu 38b li ġej:

“Artikolu 38b

Għajnuna għall-faċilitazzjoni tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1.   Għajnuna għall-faċilitazzjoni tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna tista’ tingħata skont dan l-Artikolu għall-faċilitazzjoni tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (27) tad-Direttiva 2012/27/UE.

3.   Eliġibbli għall-għajnuna skont dan l-Artikolu huma l-SMEs u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja li huma fornituri ta’ miżuri għat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u li huma l-benefiċjarji finali tal-għajnuna.

4.   L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ self jew ta’ garanzija superjuri lill-fornitur tal-miżuri għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija skont kuntratt għar--rendiment tal-enerġija, jew tikkonsisti fi prodott finanzjarju mmirat sabiex jiffinanzja lill-fornitur (pereżempju l-fatturament jew il-forfaiting);

5.   Id-durata tas-self jew tal-garanzija lill-fornitur ta’ miżuri tat-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija ma għandhiex taqbeż l-10 snin.

6.   Meta l-għajnuna tieħu l-forma ta’ self superjuri, il-koinvestiment minn fornituri kummerċjali ta’ finanzjament tad-dejn ma għandux ikun anqas minn 30 % tal-valur tal-portafoll sottostanti tal-kuntratti għrl-rendiment tal-enerġija, u r-ripagament mill-fornitur ta’ miżuri ta’ titjib tal-effiċjenza fl-enerġija għandu jkun tal-anqas daqs l-ammont nominali tas-self.

7.   Meta l-għajnuna tingħata fil-forma ta’ garanzija, il-garanzija ma għandhiex taqbeż it-80 % tal-kapital tas-self sottostanti u t-telf jiġġarrab b’mod proporzjonali u bl-istess kundizzjonijiet mill-istituzzjoni ta’ kreditu u mill-Istat. L-ammont iggarantit għandu jonqos proporzjonalment, b’tali mod li l-garanzija qatt ma tkun tkopri aktar minn 80 % tas-self pendenti.

8.   L-ammont nominali tal-finanzjament totali pendenti pprovdut għal kull benefiċjarju ma għandux jaqbeż l-EUR 30 miljun.”;

(36)

l-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2, 2a u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   Eliġibbli għall-għajnuna skont dan l-Artikolu huma investimenti li jtejbu l-effiċjenza enerġetika tal-bini.

2a.   L-għajnuna mogħtija għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija tal-bini tista’ tiġi kkombinata ma’ għajnuna għal kwalunkwe miżura minn dawn li ġejjin jew għalihom kollha:

(a)

l-installazzjoni ta’ tagħmir integrat fuq il-post li jiġġenera l-elettriku, it-tisħin jew it-tkessiħ minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, inkluż iżda mhux limitat għal pannelli fotovoltajċi u għal pompi tas-sħana;

(b)

l-installazzjoni ta’ tagħmir għall-ħżin tal-enerġija ġġenerata mill-installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post. It-tagħmir tal-ħżin għandu jassorbi mill-inqas 75 % tal-enerġija tiegħu minn installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli konnessa direttament, fuq bażi annwali;

(c)

investimenti fil-konnessjoni ma’ sistema ta’ tisħin u/jew ta’ tkessiħ distrettwali effiċjenti fl-enerġija u ma’ tagħmir relatat;

(d)

il-kostruzzjoni u l-installazzjoni ta’ infrastruttura għall-irriċarġjar għall-użu mill-utenti tal-bini, u ta’ infrastruttura relatata, bħall-kanali, fejn il-faċilitajiet tal-parkeġġ ikunu jinsabu jew fil-bini jew ikunu fiżikament maġenb il-bini;

(e)

l-installazzjoni ta’ tagħmir għad-diġitalizzazzjoni tal-bini, b’mod partikolari sabiex jiżdied il-potenzjal ta’ intelliġenza tiegħu. L-investimenti eliġibbli jistgħu jinkludu interventi limitati għal wajers passivi interni jew għal kejbils strutturati għan-networks tad-data u għall-parti anċillari tal-infrastruttura tal-broadband fuq il-proprjetà li għaliha jappartjeni l-bini, iżda huma esklużi l-wajers jew il-kejbils għan-networks tad-data barra mill-proprjetà;

(f)

investimenti fi bjut u f’tagħmir ekoloġiċi għaż-żamma u għall-użu tal-ilma tax-xita.

3.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż totali tal-proġett tal-effiċjenza fl-enerġija, ħlief għall-bini msemmi fil-paragrafu 2a, fejn l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-spejjeż totali tal-proġett tal-effiċjenza fl-enerġija kif ukoll il-kost ta’ investiment tad-diversi biċċiet ta’ tagħmir elenkati fil-paragrafu 2a.”

;

(b)

fil-paragrafu 5, l-ewwel u t-tieni sentenza huma sostitwiti b’dan li ġej:

“5.   Il-fond għall-effiċjenza fl-enerġija jew intermedjarju finanzjarju ieħor għandu jagħti self jew garanziji lill-proġetti eliġibbli għall-effiċjenza fl-enerġija. Il-valur nominali tas-self jew tal-ammont garantit ma għandux jaqbeż l-EUR 25 miljun għal kull benefiċjarju finali u proġett, ħlief fil-każ ta’ investimenti kombinati msemmijin fil-paragrafu 2a, meta ma għandux jaqbeż it-EUR 30 miljun.”

;

(c)

il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   L-għajnuna għall-effiċjenza fl-enerġija għandha tingrana aktar investiment minn investituri privati indipendenti kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (72), li jilħaq tal-anqas it-30 % tal-finanzjament totali pprovdut għal proġett tal-effiċjenza fl-enerġija. Meta l-għajnuna tiġi pprovduta minn fond għall-effiċjenza fl-enerġija, l-ingranaġġ ta’ investiment privat bħal dan jista’ jsir f’livell ta’ fond għall-effiċjenza fl-enerġija u/jew f’livell ta’ proġetti għall-effiċjenza fl-enerġija, sabiex jintlaħaq l-aggregat minimu ta’ 30 % tal-finanzjament totali pprovdut għal proġett tal-effiċjenza fl-enerġija.”

;

(d)

fil-paragrafu 8, il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

Il-fond għall-effiċjenza fl-enerġija jew l-intermedjarju finanzjarju għandhom jiġu stabbiliti skont il-liġijiet applikabbli u l-Istat Membru għandu jiżgura proċess ta’ diliġenza dovuta sabiex jivverifika li se tiġi applikata strateġija ta’ investiment kummerċjalment soda għall-finijiet ta’ implimentazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna għall-effiċjenza fl-enerġija.”;

(e)

il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10.   L-għajnuna ma għandhiex tingħata skont dan l-Artikolu għal investimenti mwettqa sabiex jikkonformaw mal-istandards tal-Unjoni li ġew adottati u li huma fis-seħħ.”

;

(f)

Jiddaħħlu l-paragrafi 11 sa 14 li ġejjin:

“11.   L-għajnuna tista’ tingħata skont dan l-Artikolu għal investimenti mwettqa sabiex jikkonformaw mal-istandards tal-Unjoni li ġew adottati u li għadhom mhumiex fis-seħħ. Meta l-istandards rilevanti tal-Unjoni jkunu standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-għajnuna trid tingħata qabel ma l-istandards isiru obbligatorji għall-impriża kkonċernata. F’dak il-każ, l-Istat Membru jeħtieġlu jiżgura li l-benefiċjarji jipprovdu pjan ta’ rinnovazzjoni u skeda ta’ żmien preċiżi li juru li r-rinnovazzjoni megħjuna hija tal-anqas suffiċjenti sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards minimi tar-rendiment tal-enerġija. Meta l-istandards rilevanti tal-Unjoni jkunu differenti mill-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-investiment irid jiġi implimentat u ffinalizzat mill-inqas 18-il xahar qabel ma jidħol fis-seħħ l-istandard.

12.   Tista’ tingħata wkoll għajnuna għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija tat-tagħmir tat-tisħin jew tat-tkessiħ fil-bini.

13.   L-għajnuna għall-installazzjoni ta’ tagħmir tal-enerġija li jaħdem bil-fjuwils fossili, inkluż il-gass naturali, ma għandhiex tkun eżentata skont dan l-Artikolu mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

14.   L-Istat Membru jista’ jassenja l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna lil entità fdata.”

;

(37)

l-Artikolu 40 huwa mħassar;

(38)

l-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu u l-paragrafu 1 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 41

Għajnuna għall-investiment għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, tal-idroġenu rinnovabbli u tal-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja

1.   L-għajnuna għall-investiment għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, tal-idroġenu rinnovabbli u tal-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja, bl-eċċezzjoni ta’ elettriku prodott mill-idroġenu rinnovabbli, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   L-għajnuna għall-investiment għal proġetti ta’ ħżin tal-elettriku skont dan l-Artikolu għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat biss sal-punt li tingħata għal proġetti kombinati ta’ enerġija rinnovabbli u ta’ ħżin (wara l-miter), meta ż-żewġ elementi jkunu komponenti ta’ investiment wieħed jew meta l-ħżin ikun konness ma’ installazzjoni ta’ ġenerazzjoni rinnovabbli eżistenti. Il-komponent tal-ħżin għandu jassorbi mill-inqas 75 % tal-enerġija tiegħu minn installazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli konnessa direttament, fuq bażi annwali. Il-komponenti kollha ta’ investiment (ġenerazzjoni u ħżin) jitqiesu li jikkostitwixxu proġett integrat wieħed għall-verifika tal-konformità mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4. L-istess regoli għandhom japplikaw għall-ħżin termali konness direttament ma’ installazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli.”

;

(c)

il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“2.   L-għajnuna għall-investiment għall-produzzjoni u għall-ħżin ta’ bijofjuwils, ta’ bijolikwidi, ta’ bijogass (inkluż il-bijometan) u ta’ fjuwils tal-bijomassa għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat biss sal-punt li l-fjuwils megħjunin ikunu konformi mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u tal-atti ta’ implimentazzjoni jew delegati tagħha u jsiru mill-materja prima elenkat fl-Anness IX ta’ dik id-Direttiva. Il-komponent tal-ħżin għandu jikseb tal-anqas 75 % tal-kontenut tal-fjuwil tiegħu minn installazzjonijiet tal-produzzjoni ta’ bijofjuwils, ta’ bijolikwidi, ta’ bijogass (inkluż il-bijometan) u ta’ fjuwils tal-bijomassa konnessi direttament, fuq bażi annwali. Il-komponenti kollha tal-investiment (il-produzzjoni u l-ħżin) jitqiesu li jikkostitwixxu proġett integrat uniku għall-verifika tal-konformità mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-għajnuna għall-investiment għall-produzzjoni tal-idroġenu għandha tiġi eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat biss għal installazzjonijiet li jipproduċu esklussivament idroġenu rinnovabbli. Għall-proġetti tal-idroġenu rinnovabbli li jikkonsistu f’elettrolizzatur u unità tal-ġenerazzjoni rinnovabbli waħda jew aktar wara punt ta’ konnessjoni tal-grilja wieħed, il-kapaċità tal-elettrolizzatur ma għandhiex taqbeż il-kapaċità kkombinata tal-unitajiet tal-ġenerazzjoni rinnovabbli. L-għajnuna għall-investiment tista’ tkopri infrastruttura ddedikata għat-trażmissjoni jew għad-distribuzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli, kif ukoll faċilitajiet ta’ ħżin għall-idroġenu rinnovabbli.

4.   L-għajnuna għall-investiment għal unitajiet ta’ koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat biss sal-punt li tipprovdi ffrankar tal-enerġija primarja ġenerali meta mqabbel mal-produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku kif previst mid-Direttiva 2012/27/UE jew kwalunkwe leġiżlazzjoni sussegwenti li tissostitwixxi dan l-att bis-sħiħ jew parzjalment. L-għajnuna għall-investiment għal proġetti ta’ ħżin tal-elettriku u termali konnessi direttament ma’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja bbażata fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat bil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1a ta’ dan ir-Regolament.”

;

(d)

jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

“4a.   L-għajnuna għall-investiment għal koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat biss jekk ma tkunx għal installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni mħaddma mill-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni tal-gass naturali fejn il-konformità mal-miri klimatiċi tal-2030 u l-2050 hija żgurata f’konformità mat-Taqsima 4.30 tal-Anness 1 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 (*45)”.

(*45)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2139 tal-4 ta’ Ġunju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra (ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1)–il-paragrafi 5, 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:"

 

 

“5.   L-għajnuna għall-investiment għandha tingħata fir-rigward ta' kapaċitajiet li jkunu għadhom kif ġew installati jew rinnovati. L-ammont tal-għajnuna għandu jkun indipendenti mill-output.

6.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-kost totali ta’ investiment.

7.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż:

(a)

45 % tal-ispejjeż eliġibbli għal investimenti fil-produzzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inklużi pompi tas-sħana konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2018/2001, idroġenu rinnovabbli u koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja bbażata fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

(b)

30 % tal-ispejjeż eliġibbli għal kwalunkwe investiment ieħor kopert minn dan l-Artikolu.”;

(e)

il-paragrafu 9 jitħassar;

(f)

il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10.   L-intensità tal-għajnuna tista’ tilħaq 100 % tal-ispejjeż eliġibbli meta l-għajnuna tingħata fi proċess kompetittiv ta’ offerti, li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punt (38):

(a)

l-għoti tal-għajnuna għandu jkun ibbażat fuq kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla oġġettivi, ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji, definiti ex ante u ppubblikati tal-anqas sitt ġimgħat qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, sabiex tkun tista’ ssir kompetizzjoni effettiva;

(b)

matul l-implimentazzjoni ta’ skema, fil-każ ta’ proċess ta’ offerti fejn l-offerenti kollha jirċievu għajnuna, it-tfassil ta’ dan il-proċess għandu jiġi kkoreġut sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-kompetizzjoni effettiva fil-proċessi sussegwenti tal-offerti, pereżempju, billi jitnaqqas il-baġit jew il-volum;

(c)

għandhom jiġu esklużi aġġustamenti ex post għall-eżitu tal-proċess ta’ offerti (bħal negozjati sussegwenti dwar ir-riżultati tal-offerti analiżi operattiva jew ir-razzjonalizzar);

(d)

mill-inqas 70 % tal-kriterji tal-għażla totali użati għall-klassifikazzjoni tal-offerti u, fl-aħħar mill-aħħar, għall-allokazzjoni tal-għajnuna fil-proċess kompetittiv tal-offerti għandhom jiġu definiti f’termini ta’ għajnuna għal kull unità ta’ kapaċità tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jew koġenerazzjoni b’effiċjenza għolja.”;

(39)

l-Artikolu 42 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 sa 7 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“1.   L-għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, bl-eċċezzjoni ta’ elettriku prodott mill-idroġenu rinnovabbli, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għandha tingħata fi proċess kompetittiv ta’ offerti, li jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punt (38):

(a)

l-għoti tal-għajnuna għandu jkun ibbażat fuq kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla oġġettivi, ċari, trasparenti u mhux diskriminatorji, definiti ex ante u ppubblikati tal-anqas sitt ġimgħat qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, sabiex tkun tista’ ssir kompetizzjoni effettiva;

(b)

matul l-implimentazzjoni ta’ skema, fil-każ ta’ proċess ta’ offerti fejn l-offerenti kollha jirċievu għajnuna, it-tfassil ta’ dan il-proċess għandu jiġi kkoreġut sabiex terġa’ tiġi stabbilita l-kompetizzjoni effettiva fil-proċessi sussegwenti tal-offerti, pereżempju, billi jitnaqqas il-baġit jew il-volum;

(c)

għandhom jiġu esklużi aġġustamenti ex post għall-eżitu tal-proċess ta’ offerti (bħal negozjati sussegwenti dwar ir-riżultati tal-offerti jew ir-razzjonalizzar);

(d)

mill-inqas 70 % tal-kriterji tal-għażla totali użati għall-klassifikazzjoni tal-offerti u, fl-aħħar mill-aħħar, għall-allokazzjoni tal-għajnuna fil-proċess kompetittiv tal-offerti għandhom jiġu definiti f’termini ta’ għajnuna għal kull unità ta’ output jew kapaċità tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli.

Il-proċess ta’ offerti għandu jkun miftuħ għall-ġeneraturi kollha li jipproduċu l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq bażi mhux diskriminatorja.

3.   Il-proċess tal-offerti jista’ jkun limitat għal teknoloġiji speċifiċi fejn:

(a)

miżura għandha l-għan speċifiku li tappoġġa proġetti ta’ dimostrazzjoni;

(b)

miżura għandha l-għan li tindirizza mhux biss id-dekarbonizzazzjoni iżda wkoll il-kwalità tal-arja jew tniġġis ieħor;

(c)

Stat Membru jidentifika raġunijiet biex jistenna li setturi eliġibbli jew teknoloġiji innovattivi għandhom il-potenzjal li jagħtu kontribut importanti u kosteffettiv għall-protezzjoni ambjentali u d-dekarbonizzazzjoni profonda fit-tul;

(d)

hija meħtieġa miżura biex tinkiseb id-diversifikazzjoni meħtieġa biex jiġi evitat li kwistjonijiet relatati mal-istabbiltà tan-netwerk jiġu aggravati;

(e)

approċċ aktar selettiv jista’ jkun mistenni li jwassal għal spejjeż aktar baxxi biex tinkiseb il-protezzjoni ambjentali (pereżempju permezz ta’ tnaqqis fl-ispejjeż tal-integrazzjoni tas-sistema bħala riżultat tad-diversifikazzjoni, inkluż bejn l-enerġija rinnovabbli, li tista’ tinkludi wkoll ir-rispons għad-domanda u/jew il-ħżin), u/jew jirriżulta f’inqas distorsjoni tal-kompetizzjoni.

L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni ddettaljata dwar l-applikabbiltà ta’ dawn il-kondizzjonijiet u jirrappurtawha lill-Kummissjoni skont il-modalitajiet deskritti fl-Artikolu 11(1), il-punt (a).

4.   Meta l-proċess tal-offerti jkun limitat għal teknoloġija innovattiva waħda jew aktar, l-għajnuna mogħtija lil dawn it-teknoloġiji ma għandhiex taqbeż il-5 % tal-kapaċità tal-elettriku l-ġdida ppjanata minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-sena b’kollox.

5.   L-għajnuna għandha tingħata bħala primjum flimkien mal-prezz tas-suq jew fil-forma ta’ kuntratt għad-differenza li bih il-ġeneraturi jbigħu l-elettriku tagħhom direttament fis-suq.

6.   Il-benefiċjarji tal-għajnuna għandhom ibigħu l-elettriku tagħhom direttament fis-suq u jkunu soġġetti għal responsabbiltajiet standard ta’ bbilanċjar. Il-benefiċjarji jistgħu jesternalizzaw ir-responsabbiltajiet ta’ bbilanċjar għand intrapriżi oħrajn, bħal aggregaturi. Barra minn hekk, l-għajnuna ma għandhiex titħallas għal kwalunkwe perjodu meta l-prezzijiet ikunu negattivi. Sabiex jiġi evitat id-dubju, dan japplika mill-mument meta l-prezzijiet isiru negattivi.

7.   L-installazzjonijiet tal-elettriku rinnovabbli fuq skala żgħira jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna fil-forma ta’ appoġġ dirett għall-prezzijiet li tkopri l-ispejjeż kollha tal-operat u minn eżenzjoni mir-rekwiżit li jbigħu l-elettriku prodott fis-suq, f’konformità mal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. L-installazzjonijiet jitqiesu bħala fuq skala żgħira għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu jekk il-kapaċità tagħhom tkun anqas mil-limitu applikabbli skont l-Artikolu 5(2), il-punt(b) jew l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2019/943.”

;

(b)

il-paragrafi 8, 9 u 10 huma mħassra;

(c)

il-paragrafu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“11   L-għajnuna għandha tingħata biss matul il-ħajja tal-proġett.”

;

(40)

l-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu u l-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 43

Għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u tal-idroġenu rinnovabbli fi proġetti żgħar u f’komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli

1.   L-għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u tal-idroġenu rinnovabbli fi proġetti żgħar u f’komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, bl-eċċezzjoni ta’ elettriku prodott mill-idroġenu rinnovabbli, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-proġetti żgħar huma definiti kif ġej:

(i)

għall-ġenerazzjoni jew għall-ħżin tal-elettriku – proġetti ta’ 1 MW jew anqas f’kapaċità installata;

(ii)

għall-konsum tal-elettriku – proġetti b’domanda massima ta’ 1 MW jew anqas;

(iii)

għat-teknoloġiji tal-ġenerazzjoni tas-sħana u tal-produzzjoni tal-gass – proġetti b’1 MW jew inqas f’kapaċità installata jew l-ekwivalenti;

(iv)

għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli – proġetti ta’ 3 MW jew anqas f’kapaċità installata jew l-ekwivalenti;

(v)

għall-produzzjoni ta’ bijofjuwils, bijolikwidi, bijogass (inkluż il-bijometan) u fjuwils mill-bijomassa – proġetti ta’ kapaċità installata ta’ 50 000 tunnellata/sena jew inqas;

(vi)

għal proġetti u proġetti ta’ dimostrazzjoni bi sjieda ta’ 100 % tal-SMEs – proġetti b’kapaċità installata jew domanda massima ta’ 6 MW jew inqas;

(vii)

għal proġetti li 100 % minnhom huma proprjetà ta’ intrapriżi mikro jew żgħar għall-ġenerazzjoni eolika biss – proġetti ta’ kapaċità installata ta’ 18 MW jew inqas.”;

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi 2a u 2b li ġejjin:

“2a.   L-għajnuna lill-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat biss għal proġetti b’kapaċità installata jew b’domanda massima ta’ 6 MW jew anqas mis-sorsi rinnovabbli kollha ħlief għall-enerġija eolika biss, li għaliha għandha tingħata għajnuna lil installazzjonijiet b’kapaċità installata ta’ 18-il MW jew anqas.

2b.   L-għajnuna operatorja għall-produzzjoni tal-idroġenu għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat biss għal installazzjonijiet li jipproduċu idroġenu esklussivament rinnovabbli.”

;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-għajnuna operatorja għall-produzzjoni ta’ bijofjuwils, ta’ bijolikwidi, ta’ bijogass (inkluż il-bijometan) u ta’ fjuwils tal-bijomassa għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat biss sal-punt li l-fjuwils megħjunin ikunu konformi mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u tal-atti ta’ implimentazzjoni jew delegati tagħha u jsiru mill-materja prima elenkat fl-Anness IX ta’ dik id-Direttiva.”

(d)

il-paragrafu 4 jitħassar;

(e)

il-paragrafi 5, 6 u 7 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“5.   L-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ għat-twettiq tal-proġett jew tal-attività megħjuna. Din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk l-għajnuna tikkorrispondi għall-kost addizzjonali nett (“diskrepanza fil-finanzjament”) neċessarju sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-miżura ta’ għajnuna, meta mqabbel max-xenarju kontrofattwali fin-nuqqas tal-għajnuna. Ma tkunx meħtieġa valutazzjoni dettaljata ta’ dan il-kost żejjed nett jekk l-ammonti tal-għajnuna jiġu ddeterminati permezz ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti, minħabba li dan tal-aħħar jipprovdi stima affidabbli tal-għajnuna minima meħtieġa mill-benefiċjarji potenzjali.

6.   L-għajnuna għandha tingħata biss matul il-ħajja tal-proġett.

7.   L-għajnuna għandha tingħata bħala primjum flimkien mal-prezz tas-suq jew fil-forma ta’ kuntratt għad-differenza li bih il-ġeneraturi jbigħu l-elettriku tagħhom direttament fis-suq.”

;

(f)

jiżdiedu l-paragrafi 8 u 9 li ġejjin:

“8.   Il-benefiċjarji tal-għajnuna għandhom ikunu soġġetti għal responsabbiltajiet standard ta’ bilanċjar. Il-benefiċjarji jistgħu jesternalizzaw ir-responsabbiltajiet ta’ bbilanċjar għand intrapriżi oħrajn, bħal aggregaturi. Barra minn hekk, l-għajnuna ma għandhiex titħallas għal kwalunkwe perjodu meta l-prezzijiet huma negattivi. Sabiex jiġi evitat id-dubju, dan japplika mill-mument meta l-prezzijiet isiru negattivi.

9.   L-installazzjonijiet u l-proġetti ta’ dimostrazzjoni tal-elettriku rinnovabbli fuq skala żgħira jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna fil-forma ta’ appoġġ dirett għall-prezzijiet li tkopri l-ispejjeż kollha tal-operat u minn eżenzjoni mir-rekwiżit li jbigħu l-elettriku prodott fis-suq, f’konformità mal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. L-installazzjonijiet jitqiesu bħala fuq skala żgħira għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu jekk il-kapaċità tagħhom tkun anqas mil-limitu applikabbli skont l-Artikolu 5(2)(b) jew l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) 2019/943.”

;

(41)

L-Artikolu 44 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 44

Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi skont id-Direttiva 2003/96/KE

1.   L-iskemi ta’ għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-Direttiva 2003/96/KE għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   Il-benefiċjarji tat-tnaqqis fit-taxxa għandhom jintgħażlu abbażi ta’ kriterji trasparenti u oġġettivi.

3.   Il-benefiċjarji tat-tnaqqis fit-taxxa għandhom iħallsu mill-inqas il-livell minimu ta’ tassazzjoni stabbilit fl-Anness I tad-Direttiva 2003/96/KE, ħlief għat-tnaqqis:

(a)

mogħti abbażi tal-Artikolu 15(1), il-punt (a) tad-Direttiva 2003/96/KE, għal prodotti taxxabbli użati taħt kontroll fiskali fil-qasam ta’ proġetti pilota għall-iżvilupp teknoloġiku ta’ prodotti li jirrispettaw aktar l-ambjent jew fir-rigward ta’ fjuwils minn riżorsi rinnovabbli;

(b)

mogħti abbażi tal-Artikolu 15(1), il-punt (b), l-ewwel, it-tieni, ir-raba’ u l-ħames inċiż tad-Direttiva 2003/96/KE, għall-elettriku (i) ta’ oriġini solari, mir-riħ, mill-mewġ, mill-marea jew ġeotermali, (ii) ta’ oriġini idrawlika prodotta f’installazzjonijiet idroelettriċi, (iii) iġġenerat minn metan emess minn minjieri tal-faħam abbandunati, u (iv) iġġenerat miċ-ċelloli tal-fjuwil;

(c)

mogħtija abbażi tal-Artikolu 15(1), il-punt (b), it-tielet inċiż tad-Direttiva 2003/96/KE, għall-elettriku ġġenerat mill-bijomassa jew minn prodotti prodotti mill-bijomassa, sal-punt li l-bijomassa tkun konformi mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u l-atti ta’ implimentazzjoni jew delegati tagħha;

(d)

mogħti abbażi tal-Artikolu 15(1), il-punt (d) tad-Direttiva 2003/96/KE, għall-elettriku prodott minn ġenerazzjoni kkombinata ta’ sħana u enerġija, dment li l-koġenerazzjoni mill-ġeneraturi kkombinati tkun koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja kif definita fl-Artikolu 2(34) tad-Direttiva 2012/27/UE;

(e)

mogħti abbażi tal-Artikolu 15(1), il-punt (l) tad-Direttiva 2003/96/KE, għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2705 użati għal skopijiet ta’ tisħin;

(f)

mogħti abbażi tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/96/KE.

4.   L-iskemi ta’ għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi jistgħu jkunu bbażati fuq tnaqqis tar-rata tat-taxxa applikabbli jew fuq il-ħlas ta’ ammont ta’ kumpens fiss jew fuq kombinament ta’ dawn il-mekkaniżmi.

5.   It-tnaqqis fit-taxxa mogħti abbażi tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2003/96/KE għandu jkun eżentat mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat biss sal-punt li l-fjuwils megħjuna jkunu konformi mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà u l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u tal-atti ta’ implimentazzjoni jew delegati tagħha, u jsiru mill-materja prima elenkat fl-Anness IX ta’ dik id-Direttiva.”;

(42)

jiddaħħal l-Artikolu 44a li ġej:

“Artikolu 44a

Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali jew fl-imposti parafiskali

1.   L-iskemi ta’ għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali jew fl-imposti parafiskali għandhom ikunu kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal tnaqqis fit-taxxi jew imposti fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, definiti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/96/KE.

2.   L-għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali jew fl-imposti parafiskali għandha tkun kompatibbli biss meta t-tnaqqis jippermetti li jinkiseb livell ogħla ta’ protezzjoni tal-ambjent billi fl-ambitu tat-taxxa ambjentali jew tal-imposti jiġu inklużi impriżi li ma jkunux jistgħu jwettqu l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom mingħajr it-tnaqqis.

3.   Huma biss dawk l-impriżi li ma jkunux jistgħu jwettqu l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom mingħajr it-tnaqqis li jkunu eliġibbli għall-għajnuna. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, dan jitqies bħala l-każ għall-impriżi li l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħhom jiżdiedu sostanzjalment minħabba t-taxxa ambjentali jew l-imposta parafiskali mingħajr it-tnaqqis u li ma jistgħux jgħaddu dik iż-żieda lill-klijenti. Iż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni għandha tiġi kkalkolata bħala proporzjon tal-valur miżjud gross għal kull settur jew kategorija ta’ benefiċjarji.

4.   Il-benefiċjarji għandhom jintgħażlu abbażi ta’ kriterji trasparenti, mhux diskriminatorji u oġġettivi. L-għajnuna għandha tingħata bl-istess mod lill-impriżi eliġibbli kollha li joperaw fl-istess settur ta’ attività ekonomika li jkunu fl-istess sitwazzjoni fattwali jew simili fir-rigward tal-objettivi tal-miżura ta’ għajnuna.

5.   L-ekwivalenti gross tal-għotja tal-għajnuna ma għandux jaqbeż it-80 % tar-rata nominali tat-taxxa jew tal-imposta.

6.   L-iskemi ta’ għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali jew fl-imposti parafiskali jistgħu jkunu bbażati fuq tnaqqis tar-rata tat-taxxa applikabbli jew fuq il-ħlas ta’ ammont ta’ kumpens fiss jew fuq kombinament ta’ dawn il-mekkaniżmi.”;

(43)

l-Artikoli 45 u 46 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 45

Għajnuna għall-investiment għar-rimedjar tal-ħsara ambjentali, għar-riabilitazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-ekosistemi, għall-protezzjoni jew għar-restawr tal-bijodiversità u għall-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.   L-għajnuna għall-investiment għar-rimedjar tal-ħsara ambjentali, għar-riabilitazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-ekosistemi, għall-protezzjoni jew għar-restawr tal-bijodiversità u għall-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna skont dan l-Artikolu tista’ tingħata għall-attivitajiet li ġejjin:

(a)

ir-rimedjar ta’ ħsara ambjentali, inkluża ħsara lill-kwalità tal-ħamrija, tal-ilma tal-wiċċ jew tal-ilma ta’ taħt l-art jew lill-ambjent tal-baħar;

(b)

ir-riabilitazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-ekosistemi minn stat degradat;

(c)

il-protezzjoni jew ir-restawr tal-bijodiversità jew tal-ekosistemi li jikkontribwixxu għall-kisba tal-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi jew għall-protezzjoni tal-ekosistemi li diġà huma f’kundizzjoni tajba;

(d)

l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

3.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali, bħat-terremoti, valangi, iż-żerżiq minn ġnub l-għoljiet, l-għargħar, it-tornadoes, l-uragani, l-eruzzjonijiet vulkaniċi u n-nirien selvaġġi ta’ oriġini naturali.

4.   Dan l-Artikolu lanqas ma għandu japplika għall-għajnuna għar-rimedjar jew ir-riabilitazzjoni wara l-għeluq tal-impjanti tal-enerġija u l-operazzjonijiet ta’ tħaffir jew estrazzjoni.

5.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*46) jew għal regoli rilevanti oħrajn tal-Unjoni dwar ir-responsabbiltà għall-ħsara ambjentali, meta tiġi identifikata l-entità jew l-impriża responsabbli għall-ħsara ambjentali skont il-liġi applikabbli f’kull Stat Membru, dik l-entità jew l-impriża għandha tiffinanzja x-xogħlijiet meħtieġa għall-prevenzjoni u għall-korrezzjoni tad-degradazzjoni u tal-kontaminazzjoni ambjentali f’konformità mal-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, u ma għandha tingħata l-ebda għajnuna għax-xogħlijiet li l-entità jew l-impriża tkun legalment meħtieġa twettaq. L-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji kollha, inkluża azzjoni legali, sabiex jidentifika l-entità jew l-impriża responsabbli li minnha toriġina l-ħsara ambjentali u jġegħilha ġġarrab l-ispejjeż rilevanti. Meta l-entità jew l-impriża responsabbli skont il-liġi applikabbli ma tkunx tista’ tiġi identifikata jew tinżamm responsabbli għall-ispejjeż tar-rimedjar tal-ħsara ambjentali li tkun ikkawżat, b’mod partikolari minħabba li l-impriża responsabbli ma tkunx għadha teżisti legalment u l-ebda impriża oħra ma tkun tista’ titqies bħala s-suċċessur legali jew ekonomiku tagħha, jew meta ma jkunx hemm biżżejjed garanzija finanzjarja sabiex tilħaq l-ispejjeż tar-rimedjar, tista’ tingħata għajnuna sabiex jiġu appoġġati x-xogħlijiet ta’ rimedjar jew ta’ riabilitazzjoni. L-għajnuna ma għandhiex tingħata għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kumpens imsemmija fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (*47). L-għajnuna tista’ tingħata skont dan l-Artikolu biex tkopri l-ispejjeż addizzjonali meħtieġa sabiex jiżdied il-kamp ta’ applikazzjoni jew l-ambizzjoni ta’ dawk il-miżuri, lil hinn mill-obbligi legali skont l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE.

6.   Għal investimenti fir-rimedjar ta’ ħsara ambjentali jew fir-riabilitazzjoni ta’ ħabitats naturali u ekosistemi, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż imġarrbin għax-xogħlijiet ta’ rimedjar jew ta’ riabilitazzjoni, wara li titnaqqas iż-żieda fil-valur tal-art jew tal-proprjetà.

7.   L-evalwazzjonijiet taż-żieda fil-valur tal-art jew tal-proprjetà li tirriżulta minn rimedjar jew minn riabilitazzjoni għandhom jitwettqu minn espert kwalifikat indipendenti.

8.   Għall-investimenti fil-protezzjoni jew fir-restawr tal-bijodiversità u fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż totali tax-xogħlijiet li jirriżultaw fil-kontribuzzjoni għall-protezzjoni jew għar-restawr tal-bijodiversità jew fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

9.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż:

(a)

100 % tal-ispejjeż eliġibbli għal investimenti fir-rimedjar ta’ ħsara ambjentali jew fir-riabilitazzjoni ta’ ħabitats u ta’ ekosistemi naturali;

(b)

70 % tal-ispejjeż eliġibbli għal investimenti fil-protezzjoni jew fir-restawr tal-bijodiversità u f’soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

10.   L-intensità tal-għajnuna għall-investimenti fil-protezzjoni jew fir-restawr tal-bijodiversità u fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tista’ tiżdied b’20 punt perċentwali għall-għajnuna mogħtija lil impriżi żgħar u b’10 punti perċentwali għall-għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ daqs medju.

Artikolu 46

Għajnuna għall-investiment għall-effiċjenza fl-enerġija fit-tisħin u/jew fit-tkessiħ distrettwali

1.   L-għajnuna għall-investiment għall-kostruzzjoni, l-estensjoni jew it-titjib ta’ sistemi ta’ tisħin u/jew tkessiħ distrettwali effiċjenti fl-użu tal-enerġija, li tinkludi l-kostruzzjoni, l-estensjoni jew l-aġġornament ta’ installazzjonijiet ta’ ġenerazzjoni tat-tisħin jew tat-tkessiħ u/jew soluzzjonijiet ta’ ħżin termali u/jew in-netwerk ta’ distribuzzjoni, għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu ssodisfati.

2.   L-għajnuna għandha tingħata biss għall-kostruzzjoni, l-estensjoni jew it-titjib ta’ sistemi ta’ tisħin u ta’ tkessiħ distrettwali li huma jew li għandhom isiru effiċjenti fl-enerġija kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (41), tad-Direttiva 2012/27/UE. Meta s-sistema tkun għadha ma saritx kompletament effiċjenti fl-użu tal-enerġija b’riżultat tax-xogħlijiet appoġġati fuq in-network ta’ distribuzzjoni, l-aġġornamenti addizzjonali meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex wieħed jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ tisħin u/jew tkessiħ distrettwali effiċjenti fl-użu tal-enerġija għandhom, għall-faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni tat-tisħin u/jew tat-tkessiħ li huma soġġetti għall-għajnuna, jibdew fi żmien tliet snin mill-bidu tax-xogħlijiet appoġġati fuq in-network ta’ distribuzzjoni.

3.   Tista’ tingħata għajnuna għall-ġenerazzjoni tal-enerġija bbażata fuq sorsi rinnovabbli, inklużi pompi tas-sħana konformi mal-Anness VII tad-Direttiva (UE) 2018/2001, sħana mormija jew koġenerazzjoni effiċjenti ħafna, kif ukoll soluzzjonijiet ta’ ħżin termali. L-għajnuna għall-ġenerazzjoni tal-enerġija bbażata fuq l-iskart tista’ tkun ibbażata jew fuq skart li jissodisfa d-definizzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew ta’ skart użat għal installazzjonijiet tal-fjuwil li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja. L-iskart użat bħala fjuwil tal-input ma jridx jevita l-prinċipju tal-ġerarkija tal-iskart kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE.

4.   L-għajnuna ma għandhiex tingħata għall-kostruzzjoni jew għat-titjib ta’ faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni bbażati fuq il-fjuwils fossili, ħlief għall-gass naturali. L-għajnuna għall-kostruzzjoni jew it-titjib ta’ faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni bbażati fuq il-gass naturali tista’ tingħata biss meta l-konformità mal-miri klimatiċi tal-2030 u l-2050 tkun żgurata f’konformità mal-Anness 1, it-Taqsima 4.30 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139.

5.   L-għajnuna għat-titjib tan-networks tal-ħżin u tad-distribuzzjoni li jittrażmettu t-tisħin u t-tkessiħ iġġenerati abbażi tal-fjuwils fossili tista’ tingħata biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

in-network ta’ distribuzzjoni huwa jew isir adatt għat-trażmissjoni tat-tisħin jew it-tkessiħ iġġenerat minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u/jew sħana mormija;

(b)

it-titjib ma jirriżultax f’żieda fil-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-fjuwils fossili ħlief għall-gass naturali. F’każ ta’ aġġornament għall-ħżin jew għan-network li jiddistribwixxi t-tisħin u t-tkessiħ iġġenerat mill-gass naturali, sa fejn l-aġġornament jirriżulta f’żieda fil-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-gass naturali, dawk il-faċilitajiet ta’ ġenerazzjoni jeħtieġ li jkunu konformi mal-miri klimatiċi tal-2030 u tal-2050, f’konformità tal-Anness 1 tat-taqsima 4.31 tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2139.

6.   L--ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż ta’ investiment relatati mal-kostruzzjoni jew mat-titjib ta’ sistema tat-tisħin u/jew tat-tkessiħ distrettwali effiċjenti fl-enerġija.

7.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż it-30 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-intensità tal-għajnuna tista ’ tiżdied b’20 punt perċentwali għal għajnuna mogħtija lil impriżi żgħar u b’10 punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ daqs medju.

8.   L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied bi 15-il punt perċentwali għal investimenti li jużaw biss sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, sħana mormija, jew kombinazzjoni tat-tnejn, inkluża l-koġenerazzjoni rinnovabbli.

9.   Bħala alternattiva għall-paragrafu 7, l-intensità tal-għajnuna tista’ tilħaq sa 100 % tad-diskrepanza fil-finanzjament. L-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ għat-twettiq tal-proġett jew tal-attività megħjuna. Din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk l-għajnuna tikkorrispondi għad-diskrepanza tal-finanzjament kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (118). Ma tkunx meħtieġa valutazzjoni dettaljata ta’ dan il-kost żejjed nett jekk l-ammonti tal-għajnuna jiġu ddeterminati permezz ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti, minħabba li dan tal-aħħar jipprovdi stima affidabbli tal-għajnuna minima meħtieġa mill-benefiċjarji potenzjali.

(*46)  Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedjar għal danni ambjentali (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56)."

(*47)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).”;"

(44)

l-Artikolu 47 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu u l-paragrafi 1 sa 8 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 47

Għajnuna għall-investiment għall-effiċjenza fir-riżorsi u għall-appoġġ tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

1.   L-għajnuna għall-investiment għall-effiċjenza fir-riżorsi u għaċ-ċirkolarità għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu ssodisfati.

2.   L-għajnuna għandha tingħata għat-tipi ta’ investimenti li ġejjin:

(a)

investimenti li jtejbu l-effiċjenza fir-riżorsi permezz ta’ wieħed jew it-tnejn minn dawn li ġejjin:

(i)

tnaqqis nett fir-riżorsi kkonsmati fil-produzzjoni ta’ kwantità partikolari ta’ output meta mqabbel ma’ proċess ta’ produzzjoni preeżistenti użat mill-benefiċjarju jew ma’ proġetti jew ma’ attivitajiet alternattivi elenkati taħt il-paragrafu 7. Ir-riżorsi kkonsmati għandhom jinkludu r-riżorsi materjali kollha kkonsmati, bl-eċċezzjoni tal-enerġija, u t-tnaqqis għandu jiġi ddeterminat billi jitkejjel jew jiġi stmat il-konsum qabel u wara l-implimentazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna, filwaqt li jitqies kwalunkwe aġġustament għall-kundizzjonijiet esterni li jista’ jaffettwa l-konsum tar-riżorsi;

(ii)

is-sostituzzjoni ta’ materja prima jew ta’ feedstock primarju b’materja prima jew b’feedstock sekondarju (użat mill-ġdid jew irkuprat, inkluż riċiklat);

(b)

investimenti għall-prevenzjoni u għat-tnaqqis tal-ġenerazzjoni ta’ skart, għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għad-dekontaminazzjoni u għar-riċiklaġġ tal-iskart iġġenerat mill-benefiċjarju jew investimenti għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għad-dekontaminazzjoni u għar-riċiklaġġ tal-iskart iġġenerat minn partijiet terzi u li kieku ma jintużax, jintrema, jew jiġi ttrattat abbażi ta’ operazzjoni ta’ trattament li tinsab aktar ’l isfel fl-ordni ta’ prijorità tal-ġerarkija tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 4, il-punt (1) tad-Direttiva 2008/98/KE jew b’mod anqas effiċjenti fir-riżorsi, jew li jkun iwassal għal kwalità aktar baxxa tal-output tar-riċiklaġġ;

(c)

investimenti għall-ġbir, għall-għażla, għad-dekontaminazzjoni, għat-trattament minn qabel u għat-trattament ta’ prodotti, ta’ materjali jew ta’ sustanzi oħrajn iġġenerati mill-benefiċjarju jew minn partijiet terzi u li kieku ma jintużawx jew jintużaw b’mod anqas effiċjenti fir-riżorsi;

(d)

investimenti għall-ġbir separat u għall-għażla tal-iskart bil-ħsieb tat-tħejjija tiegħu għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ.

3.   L-għajnuna għall-operazzjonijiet ta’ rimi tal-iskart u ta’ rkupru tal-iskart sabiex tiġi ġġenerata l-enerġija ma għandhiex tiġi eżentata skont dan l-Artikolu mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

4.   L-għajnuna ma għandhiex teħles lill-impriżi li jiġġeneraw l-iskart minn kwalunkwe kost jew obbligu relatat mat-trattament tal-iskart li għalih huma responsabbli skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, inkluż taħt skemi ta’ responsabbiltà estiża tal-produtturi, jew minn spejjeż li jenħtieġ li jitqiesu bħala spejjeż normali għal impriża.

5.   L-għajnuna ma tridx tinċentiva l-ġenerazzjoni tal-iskart jew użu akbar ta’ riżorsi.

6.   L-investimenti relatati ma’ teknoloġiji li jikkostitwixxu prattika kummerċjali stabbilita diġà bi profitt fl-Unjoni kollha ma għandhomx jiġu eżentati skont dan l-Artikolu mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

7.   Il-spejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż addizzjonali tal-investiment iddeterminati billi jitqabblu l-ispejjeż totali ta’ investiment tal-proġett ma’ dawk ta’ proġett jew ta’ attività li jagħmlu aktar ħsara lill-ambjent li għandhom ikunu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

xenarju kontrofattwali li jikkonsisti f’investiment komparabbli li jitwettaq b’mod kredibbli fi proċess ta’ produzzjoni ġdid jew preeżistenti mingħajr għajnuna u li ma jiksibx l-istess livell ta’ effiċjenza fir-riżorsi;

(b)

xenarju kontrofattwali li jikkonsisti fit-trattament tal-iskart ibbażat fuq operazzjoni ta’ trattament li tinsab aktar ’l isfel fl-ordni ta’ prijorità tal-ġerarkija tal-iskart imsemmija fl-Artikolu 4, il-punt (1) tad-Direttiva 2008/98/KE jew it-trattament tal-iskart, ta’ prodotti, ta’ materjali jew ta’ sustanzi oħrajn b’mod anqas effiċjenti fir-riżorsi;

(c)

xenarju kontrofattwali li jikkonsisti f’investiment komparabbli fi proċess ta’ produzzjoni konvenzjonali bl-użu ta’ materja prima primarja, jew materja prima, jekk il-prodott sekondarju (użat mill-ġdid jew irkuprat) miksub ikun teknikament u ekonomikament sostitwibbli mal-prodott primarju.

Fis-sitwazzjonijiet kollha elenkati taħt l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (c), ix-xenarju kontrofattwali għandu jikkorrispondi għal investiment b’kapaċità ta’ output komparabbli u tul ta’ ħajja li jikkonforma mal-istandards tal-Unjoni diġà fis-seħħ. Ix-xenarju kontrofattwali għandu jkun kredibbli fid-dawl tar-rekwiżiti legali, tal-kundizzjonijiet tas-suq u tal-inċentivi.

Meta l-investiment jikkonsisti fl-installazzjoni ta’ komponent supplimentari ma’ faċilità diġà eżistenti, li għaliha ma jkun hemm l-ebda ekwivalenti anqas ekoloġiku, jew meta l-applikant għall-għajnuna jkun jista’ juri li ma jseħħ l-ebda investiment fin-nuqqas tal-għajnuna, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż totali tal-investiment.

8.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż l-40 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’20 punt perċentwali għal għajnuna mogħtija lil impriżi żgħar u b’10 punti perċentwali għal għajnuna mogħtija lil impriżi ta’ daqs medju.”;

(b)

il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10.   L-għajnuna ma għandhiex tingħata skont dan l-Artikolu għal investimenti mwettqa sabiex jikkonformaw mal-istandards tal-Unjoni li ġew adottati u li huma fis-seħħ. L-għajnuna tista’ tingħata skont dan l-Artikolu għal investimenti mwettqa sabiex jikkonformaw mal-istandards tal-Unjoni li ġew adottati iżda li għadhom ma humiex fis-seħħ, dment li l-investiment jiġi implimentat u ffinalizzat tal-anqas 18-il xahar qabel ma jidħol fis-seħħ l-istandard.”

;

(45)

l-Artikoli 48 u 49 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 48

Għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-enerġija

1.   L-għajnuna għall-investiment għall-kostruzzjoni jew it-titjib ta’ infrastrutturi tal-enerġija għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentat mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-għajnuna għall-infrastruttura tal-enerġija li hija parzjalment jew kompletament eżentata mir-regolamentazzjoni dwar l-aċċess jew it-tariffi ta’ partijiet terzi f’konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija ma għandhiex tiġi eżentata skont dan l-Artikolu mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

3.   L-għajnuna għall-investimenti fi proġetti ta’ ħżin tal-elettriku u tal-gass ma għandhiex tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika skont dan l-Artikolu.

4.   L-għajnuna għall-infrastruttura tal-gass għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat biss meta l-infrastruttura inkwistjoni tkun dedikata għall-użu tal-idroġenu u/jew għall-gassijiet rinnovabbli, jew użata għat-trasport ta’ aktar minn 50 % idroġenu u gassijiet rinnovabbli.

5.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż totali ta’ investiment.

6.   L-intensità tal-għajnuna tista’ tilħaq sa 100 % tad-diskrepanza fil-finanzjament. L-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ għat-twettiq tal-proġett jew tal-attività megħjuna. Din il-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk l-għajnuna tikkorrispondi għad-diskrepanza tal-finanzjament kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (118). Ma tkunx meħtieġa valutazzjoni dettaljata ta’ dan il-kost żejjed nett jekk l-ammonti tal-għajnuna jiġu ddeterminati permezz ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti, minħabba li jipprovdi stima affidabbli tal-għajnuna minima meħtieġa mill-benefiċjarji potenzjali.

Artikolu 49

Għajnuna għal studji u servizzi ta’ konsulenza dwar kwistjonijiet ta’ protezzjoni ambjentali u tal-enerġija

1.   L-għajnuna għall-istudji jew għas-servizzi ta’ konsulenza, inkluż l-awditjar tal-enerġija, direttament marbuta mal-investimenti eliġibbli għall-għajnuna skont din it-Taqsima għandha tkun kompatibbi mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I jiġu ssodisfati.

2.   Meta l-istudju jew is-servizz ta’ konsulenza kollu jkun jikkonċerna investimenti eliġibbli għall-għajnuna skont din it-Taqsima, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż tal-istudju jew tas-servizz ta’ konsulenza. Meta parti biss mill-istudju jew mis-servizz ta’ konsulenza tikkonċerna investimenti eliġibbli għall-għajnuna skont din it-Taqsima, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż tal-parti tal-istudju jew tas-servizz ta’ konsulenza relatati ma’ dawk l-investimenti.

2a.   L-għajnuna għandha tingħata irrispettivament minn jekk is-sejbiet tal-istudju jew tas-servizz ta’ konsulenza humiex segwiti minn investiment eliġibbli għall-għajnuna skont din it-Taqsima.

3.   L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż is-60 % tal-ispejjeż eliġibbli.

4.   L-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied b’20 punt perċentwali għal studji jew għal servizzi ta’ konsulenza li jsiru f’isem impriżi żgħar u b’10 punti perċentwali għal studji jew għal servizzi ta’ konsulenza li jsiru f’isem impriżi ta’ daqs medju.

5.   L-għajnuna ma għandhiex tingħata għal awditjar tal-enerġija mwettaq għall-konformità mad-Direttiva 2012/27/UE, sakemm l-awditjar tal-enerġija ma jitwettaqx flimkien mal-awditjar obbligatorju tal-enerġija skont dik id-Direttiva.”;

(46)

l-Artikoli 52 u 52a huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 52

Għajnuna għal networks fissi tal-broadband

1.   L-għajnuna għall-iskjeramentta’ network ta’ broadband fiss għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L--ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż kollha għall-kostruzzjoni, għall-ġestjoni u għall-operat ta’ network fiss tal-broadband. L-ammont massimu ta’ għajnuna għal proġett għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ proċess kompetittiv tal-għażla kif stabbilit fil-paragrafu 6, il-punt (a). Meta investiment jitwettaq f’konformità mal-paragrafu 6, il-punt (b), mingħajr proċess kompetittiv ta’ għażla, l-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż id-differenza bejn l-ispejjeż eliġibbli u l-introjtu operatorju normali tal-investiment. L-introjtu operatorju għandu jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli ex ante fuq il-bażi ta’ projezzjonijiet raġonevoli u vverifikati ex post permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru. Il-projezzjoni raġonevoli tal-miżura tirrikjedi li l-ispejjeż kollha u d-dħul kollu, li huma mistennija li jiġġarrbu matul il-ħajja ekonomika tal-investiment, għandhom jiġu kkunsidrati.

3.   It-tipi alternattivi ta’ investiment li ġejjin huma eliġibbli:

(a)

skjerament ta’ network fiss tal-broadband sabiex jiġu konnessi unitajiet domestiċi u muturi soċjoekonomiċi f’żoni fejn ma jkun hemm l-ebda network li jipprovdi veloċità ta’ download ta’ mill-inqas 100 Mbps fil-kundizzjonijiet tal-eqqel ħin (veloċità limitu) eżistenti jew ippjanat b’mod kredibbli sabiex jiġi skjerat fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. Dan għandu jiġi vverifikat permezz tal-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-paragrafu 4;

(b)

skjerament ta’ network fiss tal-broadband sabiex jiġu konnessi biss il-fatturi soċjoekonomiċi f’żoni fejn ikun hemm biss network wieħed li jipprovdi veloċità ta’ download ta’ mill-inqas 100 Mbps fil-kundizzjonijiet tal-eqqel ħin iżda anqas minn 300 Mbps fil-kundizzjonijiet tal-eqqel ħin (veloċità limitu) eżistenti jew ippjanat b’mod kredibbli sabiex jiġi skjerat fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. Dan għandu jiġi vverifikat permezz tal-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-paragrafu 5.

4.   Żoni fejn hemm mill-inqas netwerk wieħed li jista’ jiġi aġġornat biex jipprovdi veloċità ta’ mill-inqas 1 Gbps download f’kundizzjonijiet tal-eqqel ħin mhumiex eliġibbli għal interventi skont is-subparagrafi (a) u (b) tal-paragrafu 3. Network jitqies li jista’ jiġi aġġornat biex jipprovdi veloċità ta’ mill-inqas 1 Gbps download f’kundizzjonijiet tal-eqqel ħin jekk ikun jista’ jipprovdi din il-veloċità b’investiment marġinali, bħal titjib tat-tagħmir attiv, mingħajr investiment sinifikanti fl-infrastruttura tal-broadband.

5.   L-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika għall-finijiet tal-paragrafu 3 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin b’mod kumulattiv:

(a)

l-immappjar għandu jidentifika ż-żoni ġeografiċi fil-mira ppjanati li jkunu koperti taħt l-intervent tal-Istat u għandu jqis in-netwerks tal-broadband fissi eżistenti kollha. L-immappjar għandu jitwettaq:

(i)

għal networks fissi bil-fili, fil-livell tal-indirizz fuq il-bażi ta’ bini mgħoddi;

(ii)

għan-netwerks tal-aċċess fissi bla fili, fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini mgħoddi jew abbażi ta’ grilji massimi ta’ 100x100 metru.

Meta l-implimentazzjoni tan-network tkun tinkludi, fl-istess ħin, l-introduzzjoni ta’ network tal-aċċess u introduzzjoni limitata tan-network backhaul anċillari meħtieġ biex ikun jista’ jiffunzjona n-network tal-aċċess, mhuwiex meħtieġ immappjar tan-networks backhaul.

L-elementi kollha tal-metodoloġija u l-kriterji tekniċi sottostanti użati għall-immappjar taż-żoni fil-mira jridu jkunu disponibbli għall-pubbliku. L-immappjar għandu dejjem jiġi vverifikat permezz ta’ konsultazzjoni pubblika;

(b)

il-konsultazzjoni pubblika għandha titwettaq mill-awtorità pubblika kompetenti permezz tal-pubblikazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-intervent tal-Istat ippjanat u l-lista taż-żoni ġeografiċi fil-mira identifikati fl-eżerċizzju ta’ mmappjar f’konformità mal-punt (a). Dik l-informazzjoni trid tkun disponibbli fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku fil-livell reġjonali u nazzjonali. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tistieden lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar l-intervent ippjanat mill-Istat u jissottomettu informazzjoni sostanzjata f’konformità mal-punt (a) rigward in-networks tagħhom filwaqt li jipprovdu l-veloċitajiet limitu stabbiliti fil-paragrafu 3 eżistenti jew ippjanati b’mod kredibbli sabiex jiġu skjerati fiż-żona fil-mira fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. Il-konsultazzjoni pubblika għandha ddum tal-anqas 30 jum.

6.   L-intervent għandu jġib titjib sinifikanti (qabża sostanzjali) meta mqabbel man-netwerks eżistenti jew ippjanati b’mod kredibbli li għandhom jiġu implimentati fil-perjodu ta’ żmien rilevanti, kif identifikat permezz tal-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika mwettqa f’konformità mal-paragrafu 5. Networks ippjanati b’mod kredibbli għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-qabża sostanzjali biss jekk, waħedhom, kieku jipprovdu rendiment simili għal dik tan-network iffinanzjat mill-Istat ippjanat fiż-żoni fil-mira fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. Qabża sostanzjali isseħħ jekk, bħala riżultat tal-intervent sussidjat, isir investiment sinifikanti ġdid fin-network tal-broadband u n-network sussidjat iġib miegħu kapaċitajiet ġodda sinifikanti fis-suq f’termini ta’ disponibbiltà u kapaċità tas-servizz tal-broadband, ta’ veloċitajiet u ta’ kompetizzjoni meta mqabblin man-networks eżistenti jew ippjanati b’mod kredibbli fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. L-intervent għandu jinkludi aktar minn 70 % ta’ investimenti fl-infrastruttura tal-broadband. Fi kwalunkwe każ, intervent eliġibbli, kif stabbilit fil-paragrafu 3, irid jirriżulta tal-anqas fit-titjib li ġej:

(a)

għall-interventi skont il-paragrafu 3, il-punt (a), in-network iffinanzjat mill-Istat għandu mill-inqas jittriplika l-veloċità tad-download meta mqabbla ma’ tan-networks eżistenti (veloċità fil-mira);

(b)

għall-interventi skont il-paragrafu 3, il-punt (b), in-network iffinanzjat mill-Istat għandu mill-inqas jittriplika l-veloċità tad-download meta mqabbla ma’ tan-networks eżistenti u għandu jipprovdi veloċità ta’ mill-inqas 1 Gbps download f’kundizzjonijiet tal-eqqel ħin (veloċità fil-mira).

7.   L-għajnuna għandha tingħata kif ġej:

(a)

l-għajnuna għandha tiġi allokata fuq il-bażi ta’ proċedura tal-għażla kompetittiva miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja f’konformità mal-prinċipji tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u li tirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika fuq il-bażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża;

(b)

meta l-għajnuna tingħata mingħajr proċedura ta’ selezzjoni kompetittiva lil awtorità pubblika sabiex tiskjera u timmaniġġa, direttament jew permezz ta’ entità interna, network fiss tal-broadband, l-awtorità pubblika jew l-entità interna, skont il-każ, għandha tipprovdi biss servizzi bl-ingrossa bl-użu tan-network issussidjat. Kwalunkwe konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza sabiex tibni jew topera n-network għandha tiġi allokata permezz ta’ proċedura ta’ selezzjoni kompetittiva miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, f’konformità mal-prinċipji tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u b’rispett għall-prinċipju tan-newtralità teknoloġika fuq il-bażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

8.   In-netwerk issussidjat għandu joffri aċċess bl-ingrossa, kif definit fil-punt (139) tal-Artikolu 2, b’kundizzjonijiet ġusti u mhux diskriminatorji. B’deroga, l-interventi eliġibbli skont il-paragrafu (3), il-punt (a) jistgħu joffru separazzjoni virtwali minflok separazzjoni fiżika jekk il-prodott tal-aċċess għas-separazzjoni virtwali jiġi approvat minn qabel mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn awtorità kompetenti oħra. L-aċċess attiv għall-operaturi għandu jingħata għal mill-inqas għaxar snin mill-bidu tal-operat tan-network u l-aċċess għall-operaturi għall-infrastruttura tal-broadband għandu jingħata għat-tul tal-ħajja tal-elementi kkonċernati. L-aċċess ibbażat fuq is-separazzjoni virtwali jrid jingħata għal perjodu ta’ żmien ugwali għat-tul tal-ħajja tal-infrastruttura li għaliha s-separazzjoni virtwali hija sostitut. L-istess kundizzjonijiet ta’ aċċess għandhom japplikaw għan-network kollu kemm hu, inkluż fuq il-partijiet tan-network fejn intużaw infrastrutturi eżistenti. L-obbligi ta’ aċċess għandhom jiġu infurzati irrispettivament minn kwalunkwe bidla fis-sjieda, fil-ġestjoni jew fl-operat tan-network. In-netwerk għandu jipprovdi aċċess lil mill-inqas tliet persuni li jfittxu aċċess u għandu jagħmel disponibbli mill-inqas 50 % tal-kapaċità għal dawk li jfittxu aċċess. Sabiex l-aċċess għall-operaturi jsir effettiv u biex dawk li jfittxu l-aċċess ikunu jistgħu jipprovdu servizzi, l-aċċess għall-operaturi għandu jingħata wkoll lil partijiet tan-netwerk li ma jkunux ġew iffinanzjati mill-Istat jew li setgħu ma jkunux ġew implimentati mill-benefiċjarju tal-għajnuna, pereżempju billi jingħata aċċess għal tagħmir attiv anki jekk l-infrastruttura tal-broadband biss tkun iffinanzjata.

9.   Il-prezz tal-aċċess għall-operaturi għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-punti ta’ riferiment u l-prinċipji tal-ipprezzar li ġejjin:

(a)

il-prezzijiet tal-aċċess għall-operaturi medji ppubblikati li jipprevalu f’żoni oħra komparabbli u aktar kompetittivi tal-Istat Membru;

(b)

il-prezzijiet regolati diġà stabbiliti jew approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali għas-swieq u s-servizzi kkonċernati; jew

(c)

orjentazzjoni tal-ispejjeż jew metodoloġija obbligatorja skont il-qafas regolatorju settorjali.

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità regolatorja nazzjonali skont il-qafas regolatorju, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiġi kkonsultata dwar il-prodotti ta’ aċċess għall-operaturi, it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess, inkluż dwar il-prezzijiet, u dwar tilwim relatat mal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

10.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ rkupru jekk l-ammont tal-għajnuna mogħtija għall-proġett jaqbeż l-EUR 10 miljun.

11.   Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tibqa’ proporzjonali u ma twassalx għal kumpens żejjed jew għal sussidjar reċiproku ta’ attivitajiet mhux megħjunin, il-benefiċjarju tal-għajnuna għandu jiżgura separazzjoni kontabilistika bejn il-fondi użati għall-iskjerament u għat-tħaddim tan-network iffinanzjat mill-Istat u fondi oħrajn għad-dispożizzjoni tiegħu.

Artikolu 52a

Għajnuna għan-networks mobbli 4G u 5G

1.   L-għajnuna għall-iskjerament ta’ network ta’ 4G u 5G għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I.

2.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż kollha għall-kostruzzjoni, għall-ġestjoni u għat-tħaddim ta’ komponenti passivi u attivi ta’ network mobbli. L-ammont massimu ta’ għajnuna għal proġett għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ proċess kompetittiv tal-għażla kif stabbilit fil-paragrafu 7, il-punt (a). Meta investiment jitwettaq f’konformità mal-paragrafu 7, il-punt (b), mingħajr proċess kompetittiv ta’ għażla, l-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż id-differenza bejn l-ispejjeż eliġibbli u l-introjtu operatorju normali tal-investiment. L-introjtu operatorju għandu jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli ex ante fuq il-bażi ta’ projezzjonijiet raġonevoli u vverifikati ex post permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru. Il-projezzjoni raġonevoli tal-miżura tirrikjedi li l-ispejjeż kollha u d-dħul kollu, li huma mistennija li jiġġarrbu matul il-ħajja ekonomika tal-investiment, għandhom jiġu kkunsidrati.

3.   L-introduzzjoni tan-network mobbli 5G għandha tkun tinsab f’żoni fejn ma jkun hemm l-ebda network mobbli 4G u 5G eżistenti jew ippjanat b’mod kredibbli li jkun se jiġi skjerat fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. L-introduzzjoni tan-network mobbli 4G għandha tkun tinsab f’żoni fejn ma jkun hemm l-ebda network mobbli 3G, 4G jew 5G eżistenti jew ippjanat b’mod kredibbli li jkun se jiġi skjerat fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu vverifikati permezz tal-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-paragrafu 4.

4.   L-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika għall-finijiet tal-paragrafu 3 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin b’mod kumulattiv:

(a)

l-immappjar għandu jidentifika b’mod ċar iż-żoni ġeografiċi fil-mira ppjanati li jkunu koperti taħt l-intervent tal-Istat u għandu jqis in-netwerks mobbli eżistenti kollha. L-immappjar għandu jsir fuq il-bażi ta’ grilji massimi ta’ 100x100 metru. L-elementi kollha tal-metodoloġija u l-kriterji tekniċi sottostanti użati għall-immappjar taż-żoni fil-mira jridu jkunu disponibbli għall-pubbliku. L-immappjar għandu dejjem jiġi vverifikat permezz ta’ konsultazzjoni pubblika;

Meta l-implimentazzjoni tan-network tkun tinkludi, fl-istess ħin, l-introduzzjoni ta’ network tal-aċċess u introduzzjoni limitata tan-network backhaul anċillari meħtieġ biex ikun jista’ jiffunzjona n-network tal-aċċess, mhuwiex meħtieġ immappjar separat tan-networks backhaul;

(b)

il-konsultazzjoni pubblika għandha titwettaq mill-awtorità pubblika kompetenti permezz tal-pubblikazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-intervent tal-Istat ippjanat u l-lista taż-żoni ġeografiċi fil-mira identifikati fl-eżerċizzju ta’ mmappjar f’konformità mal-punt (a). Dik l-informazzjoni trid tkun disponibbli fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku fil-livell reġjonali u nazzjonali. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tistieden lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw dwar l-intervent ippjanat mill-Istat u sabiex jissottomettu informazzjoni sostanzjata f’konformità mal-punt (a) rigward in-networks mobbli tagħhom bil-karatteristiċi stabbiliti fil-paragrafu 3 li huma eżistenti jew ippjanati b’mod kredibbli sabiex jiġu skjerati fiż-żona fil-mira fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. Il-konsultazzjoni pubblika għandha ddum tal-anqas 30 jum.

5.   L-infrastruttura megħjuna ma għandhiex titqies biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ kopertura tal-operaturi tan-networks mobbli li jirriżultaw mill-kundizzjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-użu tal-ispettru 4G u 5G.

6.   L-intervent għandu jġib titjib sinifikanti (qabża sostanzjali) meta mqabbel man-netwerks mobbli eżistenti jew ippjanati b’mod kredibbli li għandhom jiġu implimentati fil-perjodu ta’ żmien rilevanti, kif identifikat permezz tal-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika mwettqa f’konformità mal-paragrafu 4. Networks ippjanati b’mod kredibbli għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-qabża sostanzjali biss jekk, waħedhom, kieku jipprovdu rendiment simili għal dik tan-network iffinanzjat mill-Istat ippjanat fiż-żoni fil-mira fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. Qabża sostanzjali isseħħ jekk, bħala riżultat tal-intervent sussidjat, isir investiment sinifikanti ġdid fin-network mobbli u n-network sussidjat iġib miegħu kapaċitajiet ġodda sinifikanti fis-suq f’termini ta’ disponibbiltà u kapaċità tas-servizz mobbli, ta’ veloċitajiet u ta’ kompetizzjoni meta mqabblin man-networks eżistenti jew ippjanati b’mod kredibbli fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. L-intervent għandu jinkludi aktar minn 50 % ta’ investiment fl-infrastruttura tal-broadband.

7.   L-għajnuna għandha tingħata kif ġej:

(a)

l-għajnuna għandha tiġi allokata fuq il-bażi ta’ proċedura tal-għażla kompetittiva miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja f’konformità mal-prinċipji tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u li tirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika fuq il-bażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża;

(b)

meta l-għajnuna tingħata mingħajr proċedura ta’ selezzjoni kompetittiva lil awtorità pubblika sabiex timplimenta u timmaniġġa, direttament jew permezz ta’ entità interna, network mobbli, l-awtorità pubblika jew l-entità interna, skont il-każ, għandha tipprovdi biss servizzi bl-ingrossa bl-użu tan-network issussidjat. Kwalunkwe konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza sabiex tibni jew topera n-network għandha tiġi allokata permezz ta’ proċess ta’ selezzjoni kompetittiva miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, f’konformità mal-prinċipji tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u b’rispett għall-prinċipju tan-newtralità teknoloġika fuq il-bażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

8.   L-operat tan-netwerk issussidjat għandu joffri aċċess għall-operaturi, f’konformità mal-Artikolu 2, il-punt (139), b’kundizzjonijiet ġusti u mhux diskriminatorji. L-aċċess attiv għall-operaturi għandu jingħata għal mill-inqas għaxar snin mill-bidu tal-operat tan-network u l-aċċess għall-operaturi għall-infrastruttura tal-broadband għandu jingħata għat-tul tal-ħajja tal-elementi kkonċernati. L-istess kondizzjonijiet ta’ aċċess għandhom japplikaw fuq in-network kollu kemm hu, inkluż fuq il-partijiet ta’ tali network fejn intużaw infrastrutturi eżistenti. L-obbligi ta’ aċċess għandhom jiġu infurzati irrispettivament minn kwalunkwe bidla fis-sjieda, fil-ġestjoni jew fl-operat tan-network. Sabiex l-aċċess għall-operaturi jsir effettiv u biex dawk li jfittxu l-aċċess ikunu jistgħu jipprovdu servizzi, l-aċċess għall-operaturi għandu jingħata wkoll lil partijiet tan-netwerk li ma jkunux ġew iffinanzjati mill-Istat jew li setgħu ma jkunux ġew implimentati mill-benefiċjarju tal-għajnuna, pereżempju billi jingħata aċċess għal tagħmir attiv anki jekk l-infrastruttura tal-broadband biss tkun iffinanzjata.

9.   Il-prezz tal-aċċess għall-operaturi għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-punti ta’ riferiment u l-prinċipji tal-ipprezzar li ġejjin:

(a)

il-prezzijiet għall-operaturi medji ppubblikati li jipprevalu f’żoni oħra komparabbli u aktar kompetittivi tal-Istat Membru;

(b)

il-prezzijiet regolati diġà stabbiliti jew approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali għas-swieq u s-servizzi kkonċernati;

(c)

orjentazzjoni tal-ispejjeż jew metodoloġija obbligatorja skont il-qafas regolatorju settorjali.

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità regolatorja nazzjonali skont il-qafas regolatorju, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiġi kkonsultata dwar il-prodotti ta’ aċċess għall-operaturi, it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess, inkluż dwar il-prezzijiet, u dwar tilwim relatat mal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

10.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ rkupru jekk l-ammont tal-għajnuna mogħtija għall-proġett jaqbeż l-EUR 10 miljun.

11.   L-użu tan-network mobbli ffinanzjat mill-Istat tar-4G jew tal-5G sabiex jiġu pprovduti servizzi ta’ aċċess fiss bla fili għandu jkun permess biss f’żoni fejn ma jkun hemm l-ebda network li jipprovdi veloċitajiet ta’ download ta’ mill-inqas 100 Mbps fil-kundizzjonijiet tal-eqqel ħin eżistenti jew ippjanat b’mod kredibbli sabiex jiġi skjerat fil-perjodu ta’ żmien rilevanti, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

l-eżerċizzju ta’ mmappjar u ta’ konsultazzjoni pubblika jqis in-networks fissi tal-broadband eżistenti jew ippjanati b’mod kredibbli ddeterminati skont l-Artikolu 52(4);

(b)

in-network appoġġat ta’ aċċess fiss bla fili tar-4G jew tal-5G għandu tal-anqas jittrippla l-veloċità tat-download meta mqabbla man-networks eżistenti jew ippjanati b’mod kredibbli (il-veloċità fil-mira) skont l-Artikolu 52(5).

12.   Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tibqa’ proporzjonali u ma twassalx għal kumpens żejjed jew għal sussidjar reċiproku ta’ attivitajiet mhux megħjunin, il-benefiċjarju tal-għajnuna għandu jiżgura separazzjoni kontabilistika bejn il-fondi użati għal skjerament u għat-tħaddim tan-network iffinanzjat mill-Istat u fondi oħrajn għad-dispożizzjoni tiegħu.”;

(47)

l-Artikolu 52c huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 52c

Vawċers tal-konnettività

1.   Għajnuna fil-forma ta’ skema ta’ vawċers tal-konnettività għall-konsumaturi, biex tiffaċilita t-telexogħol, l-edukazzjoni online, is-servizzi ta’ taħriġ, jew għall-SMEs għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta’ dan il-Kapitolu.

2.   Id-durata ta’ skema ta’ vawċers ma għandhiex taqbeż it-3 snin. Il-validità tal-vawċers għall-utenti finali ma tistax taqbeż is-sentejn.

3.   Il-kategoriji li ġejjin ta’ vawċers għandhom ikunu eliġibbli:

(a)

vawċers disponibbli għall-konsumaturi u l-SMEs biex jabbonaw għal servizz broadband ġdid jew jaġġornaw l-abbonament eżistenti għal servizz li jipprovdi veloċitajiet ta’ mill-inqas 30 Mbps download taħt kundizzjonijiet tal-eqqel ħin, sakemm il-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li jipprovdu veloċitajiet ta’ mill-inqas 30 Mbps download taħt kundizzjonijiet tal-eqqel ħin ikunu eliġibbli taħt l-iskema. Ma għandhomx jingħataw vawċers għall-bdil tal-fornituri li jipprovdu l-istess veloċitajiet bħall-veloċitajiet diġà disponibbli taħt l-abbonament eżistenti jew għal aġġornamenti ta’ abbonament eżistenti ta’ mill-inqas 30 Mbps download f’kundizzjonijiet tal-eqqel ħin;

(b)

vawċers disponibbli għall-SMEs biex jabbonaw għal servizz broadband ġdid jew jaġġornaw l-abbonament eżistenti għal servizz li jipprovdi veloċitajiet ta’ mill-inqas 100 Mbps download taħt kundizzjonijiet tal-eqqel ħin, sakemm il-fornituri kollha ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika li jipprovdu veloċitajiet ta’ mill-inqas 100 Mbps download taħt kundizzjonijiet tal-eqqel ħin ikunu eliġibbli taħt l-iskema. Ma għandhomx jingħataw vawċers għall-bdil tal-fornituri li jipprovdu l-istess veloċitajiet bħall-veloċitajiet diġà disponibbli taħt l-abbonament eżistenti jew għal aġġornamenti ta’ abbonament eżistenti ta’ mill-inqas 100 Mbps download f’kundizzjonijiet tal-eqqel ħin.

4.   Il-vawċers għandhom ikopru sa 50 % tal-ispejjeż eliġibbli. L-ispejjeż eliġibbli huma t-tariffa ta’ kull xahar, l-ispejjeż ta’ twaqqif standard u t-tagħmir terminali meħtieġ għall-utenti finali biex jużaw is-servizzi tal-broadband bil-veloċitajiet speċifikati fil-paragrafu 3. l-ispejjeż għall-wajers interni u l-iskjerament limitat fil-proprjetajiet privati tal-utenti finali jew fil-proprjetà pubblika qrib ħafna tal-proprjetajiet privati tal-utenti finali huma eliġibbli wkoll sa fejn ikunu meħtieġa u anċillari għall-forniment tas-servizz. Il-vawċer għandu jitħallas mill-awtoritajiet pubbliċi direttament lill-utenti finali jew direttament lill-fornitur tas-servizz magħżul mill-utenti finali.

5.   Il-vawċers ma għandhomx jiġu pprovduti għal żoni fejn ma jkun hemm l-ebda netwerk li jipprovdi s-servizzi eliġibbli speċifikati fil-paragrafu 3. L-Istati Membri jridu jwettqu konsultazzjoni pubblika permezz tal-pubblikazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-iskema u tal-lista taż-żoni ġeografiċi fil-mira fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku fil-livell reġjonali u nazzjonali. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tistieden lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar l-abbozz tal-miżura u biex jissottomettu informazzjoni sostanzjata rigward in-networks eżistenti tagħhom li kapaċi jipprovdu b’mod affidabbli l-veloċità speċifikata fil-paragrafu 3. Il-konsultazzjoni pubblika għandha ddum tal-anqas 30 jum.

6.   Il-vawċers għandhom ikunu teknoloġikament newtrali. L-iskemi għandhom jiżguraw trattament ugwali tal-fornituri tas-servizzi kollha possibbli u għandhom joffru lill-utenti finali l-aktar għażla wiesgħa possibbli ta’ fornituri irrispettivament mit-teknoloġiji użati. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi reġistru online tal-fornituri tas-servizzi eliġibbli kollha jew jimplimenta metodu alternattiv ekwivalenti biex jiżgura l-ftuħ, it-trasparenza u n-natura nondiskriminatorja tal-intervent tal-Istat. L-utenti finali għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkonsultaw din l-informazzjoni dwar l-impriżi kollha li jistgħu jipprovdu servizzi eliġibbli. L-impriżi kollha li kapaċi jipprovdu servizzi eliġibbli għandu jkollhom id-dritt, fuq talba, li jiġu inklużi fir-reġistru online jew fi kwalunkwe post alternattiv magħżul mill-Istat Membru.

7.   Sabiex jiġu minimizzati d-distorsjonijiet tas-suq, l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tas-suq li tidentifika l-fornituri eliġibbli preżenti fiż-żona u tiġbor informazzjoni biex tikkalkula s-sehem mis-suq tagħhom, l-użu ta’ servizzi eliġibbli u l-prezzijiet tagħhom. L-għajnuna għandha tingħata biss jekk il-valutazzjoni tas-suq tiddetermina li l-iskema tkun imfassla b’mod wiesa’ biżżejjed sabiex ma tibbenefikax indebitament lil għadd limitat ta’ fornituri u li l-iskema ma twassalx għat-tisħiħ tas-saħħa (lokali) fis-suq ta’ ċerti fornituri.

8.   Biex ikun eliġibbli, meta fornitur ta’ servizzi tal-broadband ikun integrat vertikalment u jkollu sehem mis-suq bl-imnut ogħla minn 25 %, huwa għandu joffri, fis-suq tal-aċċess bl-ingrossa korrispondenti, prodotti ta’ aċċess lill-operaturi li abbażi tagħhom kwalunkwe persuna li tfittex aċċess tkun tista’ tipprovdi s-servizzi eliġibbli bil-veloċità speċifikata fil-paragrafu 3, taħt kundizzjonijiet miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorji.

Il-prezz tal-aċċess għall-operaturi għandu jkun stabbilit fuq wieħed mill-punti ta’ riferiment u l-prinċipji tal-ipprezzar li ġejjin:

(a)

il-prezzijiet għall-operaturi medji ppubblikati li jipprevalu f’żoni oħra komparabbli u aktar kompetittivi tal-Istat Membru;

(b)

il-prezzijiet regolati diġà stabbiliti jew approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali għas-swieq u s-servizzi kkonċernati;

(c)

orjentazzjoni tal-ispejjeż jew metodoloġija obbligatorja skont il-qafas regolatorju settorjali.

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità regolatorja nazzjonali skont il-qafas regolatorju, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiġi kkonsultata dwar il-prodotti ta’ aċċess għall-operaturi, it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess, inkluż dwar il-prezzijiet, u dwar tilwim relatat mal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu”.

(48)

jiddaħħal l-Artikolu 52d li ġej:

“Artikolu 52d

Għajnuna għal networks backhaul

1.   L-għajnuna għall-iskjerament ta’ networks backhaul għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u fil-Kapitolu I ta; dan ir-Regolament.

2.   L-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż kollha għall-kostruzzjoni, għall-ġestjoni u għall-operat ta’ networks backhaul. L-ammont massimu ta’ għajnuna għal proġett għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ proċess kompetittiv tal-għażla kif stabbilit fil-paragrafu 6, il-punt (a). Meta investiment jitwettaq f’konformità mal-paragrafu 6, il-punt (b), mingħajr proċess kompetittiv ta’ għażla, l-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż id-differenza bejn l-ispejjeż eliġibbli u l-introjtu operatorju normali tal-investiment. L-introjtu operatorju għandu jitnaqqas mill-ispejjeż eliġibbli ex ante fuq il-bażi ta’ projezzjonijiet raġonevoli u vverifikati ex post permezz ta’ mekkaniżmu ta’ rkupru. Il-projezzjoni raġonevoli tal-miżura tirrikjedi li l-ispejjeż kollha u d-dħul kollu, li huma mistennija li jiġġarrbu matul il-ħajja ekonomika tal-investiment, għandhom jiġu kkunsidrati.

3.   L-investiment fl-implimentazzjoni tan-network backhaul għandu jingħata f’żoni fejn ma jkun hemm l-ebda network backhaul ibbażat fuq il-fibra jew fuq teknoloġiji oħrajn li jistgħu jipprovdu l-istess livell ta’ rendiment u ta’ affidabbiltà bħall-fibra eżistenti jew ippjanat b’mod kredibbli sabiex jiġi skjerat fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. Dan għandu jiġi vverifikat permezz tal-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika f’konformità mal-paragrafu 4.

4.   L-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika għall-finijiet tal-paragrafu 3 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin b’mod kumulattiv:

(a)

l-immappjar għandu jidentifika l-oqsma fil-mira għall-intervent tal-Istat fuq in-networksbackhaul u għandu jqis in-networks backhaul eżistenti kollha. L-elementi kollha tal-metodoloġija u l-kriterji tekniċi sottostanti użati għall-immappjar taż-żoni fil-mira jridu jkunu disponibbli għall-pubbliku. L-immappjar għandu dejjem jiġi vverifikat permezz ta’ konsultazzjoni pubblika;

(b)

il-konsultazzjoni pubblika għandha titwettaq mill-awtorità pubblika kompetenti permezz tal-pubblikazzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-intervent tal-Istat ippjanat u l-lista taż-żoni identifikati fl-eżerċizzju ta’ mmappjar f’konformità mal-punt (a). Dik l-informazzjoni trid tkun disponibbli fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku fil-livell reġjonali u nazzjonali. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tistieden lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw dwar l-intervent ippjanat mill-Istat u sabiex jissottomettu informazzjoni sostanzjata f’konformità mal-punt (a) rigward in-networksbackhaul eżistenti jew ippjanati b’mod kredibbli sabiex jiġu skjerati fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. Il-konsultazzjoni pubblika għandha ddum tal-anqas 30 jum.

5.   L-intervent għandu jġib titjib sinifikanti (qabża sostanzjali) meta mqabbel man-netwerks backhaul eżistenti jew ippjanati b’mod kredibbli li għandhom jiġu implimentati fil-perjodu ta’ żmien rilevanti, kif identifikat permezz tal-immappjar u l-konsultazzjoni pubblika mwettqa f’konformità mal-paragrafu 4. Networks ippjanati b’mod kredibbli għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-qabża sostanzjali biss jekk, waħedhom, kieku jipprovdu rendiment simili għal dik tan-network iffinanzjat mill-Istat ippjanat fiż-żoni fil-mira fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. Qabża sostanzjali isseħħ jekk, bħala riżultat tal-intervent sussidjat, isir investiment sinifikanti ġdid fin-networksbackhaul u n-network backhaul sussidjat ikun ibbażat fuq il-fibra jew fuq teknoloġiji oħrajn li kapaċi jipprovdu l-istess livell ta’ rendiment bħall-fibra, għall-kuntrarju tan-networks eżistenti jew ippjanati b’mod kredibbli fil-perjodu ta’ żmien rilevanti. L-intervent irid jinkludi aktar minn 70 % ta’ investiment fl-infrastruttura tal-broadband.

6.   L-għajnuna għandha tingħata kif ġej:

(a)

l-għajnuna għandha tiġi allokata fuq il-bażi ta’ proċedura tal-għażla kompetittiva miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja f’konformità mal-prinċipji tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u li tirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika fuq il-bażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża;

(b)

meta l-għajnuna tingħata mingħajr proċedura ta’ selezzjoni kompetittiva lil awtorità pubblika sabiex timplimenta u timmaniġġa, direttament jew permezz ta’ entità interna, network backhaul, l-awtorità pubblika jew l-entità interna, skont il-każ, għandha tipprovdi biss servizzi bl-ingrossa bl-użu tan-network issussidjat. Kwalunkwe konċessjoni jew inkarigu ieħor lil parti terza sabiex tibni jew topera n-network għandha tiġi allokata permezz ta’ proċedura ta’ selezzjoni kompetittiva miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja, f’konformità mal-prinċipji tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku u b’rispett għall-prinċipju tan-newtralità teknoloġika fuq il-bażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

7.   L-operat tan-netwerk issussidjat għandu joffri aċċess bl-ingrossa, f’konformità mal-punt (139) tal-Artikolu 2, b’kundizzjonijiet ġusti u mhux diskriminatorji kemm għan-networks fissi kif ukoll għal dawk mobbli. L-aċċess attiv għall-operaturi għandu jingħata għal mill-inqas għaxar snin mill-bidu tal-operat tan-network u l-aċċess għall-operaturi għall-infrastruttura tal-broadband għandu jingħata għat-tul tal-ħajja tal-elementi kkonċernati. L-istess kundizzjonijiet ta’ aċċess għandhom japplikaw għan-network kollu kemm hu, inkluż fuq il-partijiet tan-network fejn intużaw infrastrutturi eżistenti. L-obbligi ta’ aċċess għandhom jiġu infurzati irrispettivament minn kwalunkwe bidla fis-sjieda, fil-ġestjoni jew fl-operat tan-network. In-network iffinanzjat mill-Istat għandu jipprovdi għan-netwerks fissi u mobbli kollha fiż-żoni fil-mira tal-intervent backhaul u għandu jagħmel disponibbli mill-inqas 50 % tal-kapaċità għal dawk li jfittxu aċċess. Sabiex l-aċċess għall-operaturi jsir effettiv u biex dawk li jfittxu l-aċċess ikunu jistgħu jipprovdu servizzi, l-aċċess għall-operaturi għandu jingħata wkoll lil partijiet tan-netwerk li ma jkunux ġew iffinanzjati mill-Istat jew li setgħu ma jkunux ġew implimentati mill-benefiċjarju tal-għajnuna, pereżempju billi jingħata aċċess għal tagħmir attiv anki jekk l-infrastruttura tal-broadband biss tkun iffinanzjata.

8.   Il-prezz tal-aċċess għall-operaturi għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-punti ta’ riferiment u l-prinċipji tal-ipprezzar li ġejjin:

(a)

il-medja tal-prezzijiet għall-operaturi ppubblikati li jipprevalu f’żoni komparabbli u aktar kompetittivi tal-Istat Membru;

(b)

il-prezzijiet regolati diġà stabbiliti jew approvati mill-awtorità regolatorja nazzjonali għas-swieq u s-servizzi kkonċernati; jew

(c)

orjentazzjoni tal-ispejjeż jew metodoloġija obbligatorja skont il-qafas regolatorju settorjali.

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-awtorità regolatorja nazzjonali skont il-qafas regolatorju, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiġi kkonsultata dwar il-prodotti ta’ aċċess għall-operaturi, it-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess, inkluż dwar il-prezzijiet, u dwar tilwim relatat mal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

9.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ monitoraġġ u ta’ rkupru jekk l-ammont tal-għajnuna mogħtija għal proġett jaqbeż l-EUR 10 miljun.

10.   Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna tibqa’ proporzjonali u ma twassalx għal kumpens żejjed jew għal sussidjar reċiproku ta’ attivitajiet mhux megħjunin, il-benefiċjarju tal-għajnuna għandu jiżgura separazzjoni kontabilistika bejn il-fondi użati għall-iskjerament u għat-tħaddim tan-network iffinanzjat mill-Istat u fondi oħrajn għad-dispożizzjoni tiegħu.”;

(49)

fl-Artikolu 53, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Għal għajnuna li ma taqbiżx iż-EUR 2,2 miljun, l-ammont massimu ta’ għajnuna jista’ jiġi stabbilit għal 80 % tal-spejjeż eleġibbli, bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-metodu msemmi fil-paragrafi 6 u 7.”

;

(50)

fl-Artikolu 55, il-paragrafu 12 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“12.   Għal għajnuna li ma taqbiżx iż-EUR 2,2 miljun, l-ammont massimu ta’ għajnuna jista’ jiġi stabbilit għal 80 % tal-ispejjeż eleġibbli, bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-metodu msemmi fil-paragrafi 10 u 11.”

;

(51)

l-Artikolu 56b huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   L-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandhiex tingħata għall-kostruzzjoni, għall-installazzjoni, jew għat-titjib tal-infrastruttura tar-riforniment li tforni l-bastimenti bi fjuwils ibbażati fuq fjuwils fossili, bħad-diżil, il-gass naturali, f’forma gassuża (gass naturali kkompressat (CNG)) u f’forma likwifikata (gass naturali likwifikat (LNG)), u gass likwifikat miż-żejt (LPG).”

;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   Għall-għajnuna għall-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment li tipprovdi l-elettriku, l-idroġenu, l-ammonijaka u l-metanol, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, tal-installazzjoni, tal-aġġornament jew tal-estensjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar jew tar-riforniment. Dawk l-ispejjeż jistgħu jinkludu l-ispejjeż tal-infrastruttura tal-irriċċarġjar jew tar-riforniment innifisha u tat-tagħmir tekniku relatat, inklużi faċilitajiet fissi, mobbli jew li jżommu fil-wiċċ, tal-installazzjoni jew tat-titjib ta’ komponenti elettriċi jew oħrajn, inklużi kejbils tal-elettriku u transformers tal-potenza, li huma meħtieġa għall-konnessjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment mal-grilja jew ma’ unità lokali tal-produzzjoni jew tal-ħżin tal-elettriku jew tal-idroġenu, kif ukoll xogħlijiet tal-inġinerija ċivili, adattamenti tal-art jew tat-toroq, spejjeż tal-installazzjoni u spejjeż għall-kisba tal-permessi relatati.

L--ispejjeż eliġibbli jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż ta’ investiment tal-produzzjoni fuq il-post tal-elettriku rinnovabbli jew tal-idroġenu rinnovabbli u l-ispejjeż ta’ investiment tal-unitajiet ta’ ħżin għall-ħżin tal-elettriku jew tal-idroġenu rinnovabbli. Il-kapaċità tal-produzzjoni nominali tal-installazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli jew tal-idroġenu rinnovabbli fuq il-post ma għandhiex taqbeż l-output nominali jew il-kapaċità ta’ riforniment massima tal-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment li tkun konnessa magħha.”

;

(c)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.   L-intensità tal-għajnuna għal kull investiment li hemm referenza għalih fil-paragrafu 2, il-punt (a) ma għandhiex taqbeż:

(a)

100 % tal-ispejjeż eleġibbli fejn l-ispejjeż eleġibbli totali tal-proġett ikunu mhux iktar minn EUR 22 miljun;

(b)

80 % tal-ispejjeż eleġibbli fejn l-ispejjeż eleġibbli totali tal-proġett ikunu iktar minn EUR 22 miljun u mhux iktar minn EUR 55 miljun;

(c)

60 % tal-ispejjeż eleġibbli fejn l-ispejjeż eleġibbli totali tal-proġett ikunu iktar minn EUR 55 miljun u mhux iktar mill-ammont stabbilit fl-artiklou 4(1),il-punt (ee) .

L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-100 % tal-ispejjeż eliġibbli ddeterminati fil-paragrafu (2), il-punt (b) u (c) sal-ammont stabbilit fl-Artikolu 4, il-punt (ee).”

;

(d)

jiddaħħal il-paragrafu 8a li ġej:

“8a.   Meta tingħata għajnuna għall-kostruzzjoni, għall-installazzjoni jew għall-aġġornament ta’ infrastruttura ta’ riforniment li tforni l-idroġenu, il-benefiċjarju għandu jieħu impenn li sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2035 l-infrastruttura ta’ riforniment megħjuna tibda tipprovdi biss idroġenu rinnovabbli. Meta tingħata għajnuna għall-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew l-aġġornament ta’ infrastruttura tar-riforniment tal-fjuwil li tforni l-ammonijaka jew il-metanol, il-benefiċjarju għandu jagħti impenn li sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2035 l-infrastruttura megħjuna tar-riforniment tkun se tipprovdi biss ammonijaka jew metanol li l-kontenut tal-enerġija tagħhom ikun derivat minn sorsi rinnovabbli għajr il-bijomassa u li jkunu ġew prodotti f’konformità mal-metodoloġiji stabbiliti għall-fjuwils għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika fid-Direttiva (UE) 2018/2001 u fl-atti ta’ implimentazzjoni jew delegati tagħha.”

;

(e)

il-paragrafu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“9.   Għal għajnuna li ma taqbiżx il-EUR 5,5 miljun, l-ammont massimu ta’ għajnuna jista’ jiġi stabbilit għal 80 % tal-ispejjeż eleġibbli, bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-metodu msemmi fil-paragrafi 4, 5 u 6.”

;

(52)

l-Artikolu 56c huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   L-għajnuna skont dan l-Artikolu ma għandhiex tingħata għall-kostruzzjoni, għall-installazzjoni, jew għat-titjib tal-infrastruttura tar-riforniment li tforni l-bastimenti bi fjuwils ibbażati fuq fjuwils fossili, bħad-diżil, il-gass naturali, f’forma gassuża (gass naturali kkompressat (CNG)) u f’forma likwifikata (gass naturali likwifikat (LNG)), u gass likwifikat miż-żejt (LPG).”

;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   Għall-għajnuna għall-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment li tipprovdi l-elettriku, l-idroġenu, l-ammonijaka u l-metanol, l-ispejjeż eliġibbli għandhom ikunu l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, tal-installazzjoni, tal-aġġornament jew tal-estensjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar jew tar-riforniment. Dawk l-ispejjeż jistgħu jinkludu l-ispejjeż tal-infrastruttura tal-irriċċarġjar jew tar-riforniment innifisha u tat-tagħmir tekniku relatat, inklużi faċilitajiet fissi, mobbli jew li jżommu fil-wiċċ, tal-installazzjoni jew tat-titjib ta’ komponenti elettriċi jew oħrajn, inklużi kejbils tal-elettriku u transformers tal-potenza, li huma meħtieġa għall-konnessjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment mal-grilja jew ma’ unità lokali tal-produzzjoni jew tal-ħżin tal-elettriku jew tal-idroġenu, kif ukoll xogħlijiet tal-inġinerija ċivili, adattamenti tal-art jew tat-toroq, spejjeż tal-installazzjoni u spejjeż għall-kisba tal-permessi relatati.

L-ispejjeż eliġibbli jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż ta’ investiment tal-produzzjoni fuq il-post tal-elettriku rinnovabbli jew tal-idroġenu rinnovabbli u l-ispejjeż ta’ investiment tal-unitajiet ta’ ħżin għall-ħżin tal-elettriku jew tal-idroġenu rinnovabbli. Il-kapaċità tal-produzzjoni nominali tal-installazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli jew tal-idroġenu rinnovabbli fuq il-post ma għandhiex taqbeż l-output nominali jew il-kapaċità ta’ riforniment massima tal-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment li tkun konnessa magħha.”

;

(c)

jiddaħħal il-paragrafu 7a li ġej:

“7a.   Meta tingħata għajnuna għall-kostruzzjoni, għall-installazzjoni jew għall-aġġornament ta’ infrastruttura ta’ riforniment li tforni l-idroġenu, il-benefiċjarju għandu jieħu impenn li sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2035 l-infrastruttura ta’ riforniment megħjuna tibda tipprovdi biss idroġenu rinnovabbli. Meta tingħata għajnuna għall-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew l-aġġornament ta’ infrastruttura tar-riforniment tal-fjuwil li tforni l-ammonijaka jew il-metanol, il-benefiċjarju għandu jagħti impenn li sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2035 l-infrastruttura megħjuna tar-riforniment tkun se tipprovdi biss ammonijaka jew metanol li l-kontenut tal-enerġija tagħhom ikun derivat minn sorsi rinnovabbli għajr il-bijomassa u li jkunu ġew prodotti f’konformità mal-metodoloġiji stabbiliti għall-fjuwils għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika fid-Direttiva (UE) 2018/2001 u fl-atti ta’ implimentazzjoni jew delegati tagħha.”

;

(d)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Għal għajnuna li ma taqbiżx iż-EUR 2,2 miljun, l-ammont massimu ta’ għajnuna jista’ jiġi stabbilit għal 80 % tal-ispejjeż eleġibbli, bħala alternattiva għall-applikazzjoni tal-metodu msemmi fil-paragrafi 4 u 5.”

;

(53)

fl-Artikolu 56d, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-limiti massimi stabbiliti fl-Artikoli 56e u 56f għandhom japplikaw għall-finanzjament totali pendenti, sa fejn dak il-finanzjament ipprovdut taħt kwalunkwe prodott finanzjarju appoġġat mill-Fond InvestEU jkun fih l-għajnuna. Il-limiti massimi għandhom japplikaw:

(a)

għal kull proġett fil-każ ta’ għajnuna bi spejjeż eliġibbli identifikabbli koperti mill-Artikolu 56e(2), (3) u (4), l-Artikolu 56e(5), il-punt (a)(i), u l-Artikolu 56e(6), (7), (8) u (9);

(b)

għal kull benefiċjarju finali fil-każ ta’ għajnuna mingħajr spejjeż eliġibbli identifikabbli koperti mill-Artikolu 56e(5), il-punti (a)(ii), (iii) u (iv), mill-Artikolu 56e(10) u mill-Artikolu 56f.”;

(54)

l-Artikolu 56e huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-għajnuna għall-iskjermaent tan-network tal-broadband fiss u l-għajnuna għall-iskjerament tan-network mobbli 4G u 5G biex jiġu konnessi ċerti motivaturi soċjoekonomiċi eliġibbli għandha tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għajnuna għandha tingħata biss lil proġetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta’ kompatibbiltà stabbiliti rispettivament fl-Artikolu 52 u 52a sakemm ma jkunx indikat mod ieħor fil-punti (c) u (d) ta’ dan il-paragrafu;

(b)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż il-EUR 150 miljun;

(c)

il-proġett jgħaqqad muturi soċjoekonomiċi li huma amministrazzjonijiet pubbliċi jew entitajiet pubbliċi jew privati fdati bl-operat ta’ servizzi ta’ interess ġenerali jew ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali skont it-tifsira tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat. Il-proġetti li jinkludu elementi jew entitajiet minbarra dawk speċifikati taħt dan il-punt huma esklużi;

(d)

b’deroga mill-Artikolu 52(4), il-falliment tas-suq identifikat irid jiġi vverifikat jew permezz ta’ mmappjar xieraq disponibbli jew, meta dan l-immappjar ma jkunx disponibbli, permezz ta’ konsultazzjoni pubblika, kif stabbilit kif ġej:

(i)

l-immappjar jista’ jitqies xieraq jekk ma jkunx eqdem minn 18-il xahar. L-immappjar għandu jidentifika b’mod ċar il-motivaturi soċjoekonomiċi previsti li jkunu koperti taħt l-intervent pubbliku u għandu jinkludi n-networks kollha li jipprovdu, f’kundizzjonijiet tal-eqqel ħin, veloċitajiet ta’ download ta’ mill-inqas 100 Mbps iżda inqas minn 300 Mbps (veloċitajiet ta’ limitu) eżistenti jew ippjanati b’mod kredibbli li jiġu skjerati fil-perjodu ta’ żmien rilevanti li jgħaddu mill-bini tas-sewwieq soċjoekonomiku eliġibbli identifikat kif imsemmi fil-punt (c). L-immappjar għandu jitwettaq mill-awtorità pubblika kompetenti. L-immappjar għandu jitwettaq (1) għal networks purament fissi fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini mgħoddi; (2) għan-networks tal-aċċess fissi bla fili, fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini mgħoddi jew abbażi ta’ grilji massimi ta’ 100x100 metru; (3) għan-networks mobbli abbażi ta’ grilji massimi ta’ 100x100 metru. L-elementi kollha tal-metodoloġija u l-kriterji tekniċi sottostanti użati għall-immappjar taż-żoni fil-mira jridu jkunu disponibbli għall-pubbliku. Sabiex jitrawmu sinerġiji u simplifikazzjoni għall-amministrazzjoni pubblika, stħarriġ ġeografikuli jsir skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jista’ jitqies li jikkostitwixxi mmappjar xieraq skont it-tifsira ta’ dan il-punt, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-punt;

(ii)

il-konsultazzjoni pubblika għandha titwettaq mill-awtorità pubblika kompetenti permezz tal-pubblikazzjoni fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku fil-livell reġjonali u nazzjonali tal-karatteristiċi ewlenin tal-intervent ippjanat mill-Istat. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tistieden lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar l-intervent ippjanat mill-Istat u jissottomettu informazzjoni sostanzjata dwar in-networks li jipprovdu, f’kundizzjonijiet tal-eqqel ħin, veloċitajiet ta’ mill-inqas 100 Mbps download iżda inqas minn 300 Mbps download (veloċitajiet ta’ limitu) eżistenti jew ippjanati b’mod kredibbli li jiġu skjerati fil-perjodu ta’ żmien rilevanti u li jgħaddu mill-bini ta’ sewwieq soċjoekonomiku eliġibbli kif imsemmi fil-punt (c) u identifikat f’konformità mal-punt (i), abbażi ta’ informazzjoni: (1) għal networks purament fissi, fil-livell tal-indirizz fuq il-bażi ta’ bini mgħoddi; (2) għan-networks tal-aċċess fissi bla fili, fil-livell tal-indirizzi abbażi tal-bini mgħoddi jew abbażi ta’ grilji massimi ta’ 100x100 metru; (3) għan-networks mobbli abbażi ta’ grilji massimi ta’ 100x100 metru. Il-konsultazzjoni pubblika għandha ddum tal-anqas 30 jum.”;

(b)

fil-paragrafu 4, il-punti (a) u (b) jiġu sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“(a)

L-għajnuna għandha tingħata biss għal investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija li mhumiex eżentati mill-aċċess ta’ partijiet terzi, mir-regolamentazzjoni tat-tariffi u mis-separazzjoni, abbażi tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern tal-enerġija, għall-kategoriji ta’ proġetti li ġejjin:

(i)

fir-rigward tal-infrastruttura tal-gass, il-proġetti inklużi fil-lista prevalenti tal-Unjoni ta’ Proġetti ta’ Interess Komuni fl-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 347/2013 ; u

(ii)

il-proġetti kollha fir-rigward tal-infrastruttura tal-elettriku, l-infrastruttura tal-idroġenu u l-infrastruttura tad-diossidu tal-karbonju.

(b)

l-għajnuna għall-investiment għall-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

l-għajnuna għandha tingħata biss għal installazzjonijiet ġodda magħżula fuq bażi kompetittiva, trasparenti, oġġettiva u mhux diskriminatorja f’konformità mal-Artikolu 41(10);

(ii)

l-għajnuna tista’ tingħata għal proġetti kkombinati ta’ ħżin rinnovabbli u tal-elettriku jew termali, dment li jiġu isoddisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 41 (1a);

(iii)

l-għajnuna tista’ tingħata għal proġetti ta’ ħżin ta’ bijofjuwils, bijolikwidi, bijogass (inkluż il-bijometan) u fjuwils tal-bijomassa kkombinati, dment li jiġu soddisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 41(2);

(iv)

fil-każ ta’ installazzjonijiet li jipproduċu l-idroġenu rinnovabbli, l-għajnuna għandha tingħata biss għal installazzjoni konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 41(3);

(v)

fil-każ ta’ installazzjonijiet li jipproduċu bijofjuwils, l-għajnuna għandha tingħata biss għal installazzjonijiet li jipproduċu bijofjuwils konformi mal-kriterji tas-sostenibbiltà u dwar l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra msemmijin fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u fl-atti ta’ implimentazzjoni jew delegati tagħha u li jsiru mill-materja prima elenkat fl-Anness IX ta’ dik id-Direttiva”.

(c)

fil-paragrafu 5, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż:

(i)

EUR 110 miljun għal kull proġett għal investimenti fl-infrastruttura użata għall-forniment ta’ servizzi soċjali u għall-edukazzjoni; EUR 165 miljun għal kull proġett għal skopijiet u attivitajiet ta’ konservazzjoni kulturali u tal-patrimonju stabbiliti fl-Artikolu 53(2), inkluż il-wirt naturali;

(ii)

EUR 33 miljun għal attivitajiet relatati mas-servizzi soċjali;

(iii)

EUR 82,5 miljun għal attivitajiet relatati mal-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju; u

(iv)

EUR 5,5 miljun għall-edukazzjoni u t-taħriġ.”;

(d)

il-paragrafu 6 huwa emendat kif-ġej :

(i)

fil-punt (a), il-punt (v) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(v)

infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment li tforni l-vetturi bl-elettriku jew bl-idroġenu. Għall-infrastruttura tar-riforniment megħjuna li tforni l-idroġenu, il-benefiċjarju għandu jieħu impenn li sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2035, l-infrastruttura tar-riforniment tibda tipprovdi biss idroġenu rinnovabbli. Dan il-paragrafu ma japplikax għal għajnuna għal investimenti relatati mal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment fil-portijiet.”;

(ii)

fil-punt (b), paragrafu 6, jiżdied il-punt (iv) b’dan li ġej:

“(iv)

Meta tingħata għajnuna għall-infrastruttura tar-riforniment megħjuna li tforni l-idroġenu, il-benefiċjarju għandu jieħu impenn li sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2035, l-infrastruttura tar-riforniment tibda tipprovdi biss idroġenu rinnovabbli. Meta tingħata għajnuna għall-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew l-aġġornament ta’ infrastruttura tar-riforniment tal-fjuwil li tforni l-ammonijaka jew il-metanol, il-benefiċjarju għandu jagħti impenn li sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2035 l-infrastruttura megħjuna tar-riforniment tkun se tipprovdi biss ammonijaka jew metanol li l-kontenut tal-enerġija tagħhom ikun derivat minn sorsi rinnovabbli għajr il-bijomassa u li jkunu ġew prodotti f’konformità mal-metodoloġiji stabbiliti għall-fjuwils għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika fid-Direttiva (UE) 2018/2001 u fl-atti ta’ implimentazzjoni jew delegati tagħha.”;

(iii)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut taħt il-punt (a) jew (b) lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż il-EUR 165 miljun.”;

(e)

il-paragrafu 7huwa emendat b’dan li ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

il-punt (ii) huwa sostitit b’dan li ġej:

“(ii)

investiment għall-effiċjenza fir-riżorsi u ċ-ċirkolarità f’konformità mal-Artikolu 47(1) sa (6) u (10);”;

jiddaħħal il-punt (v) li ġej:

“(v)

investiment għall-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni;”;

(ii)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kwalunkwe benefiċjarju finali għal kull proġett taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma għandux jaqbeż il-EUR 110 miljun.”;

(f)

il-paragrafu 8) huwa emendat b’dan li ġej:

(i)

il-punt (a) huwa emendat b’dan li ġej:

il-punti (i) u (ii) huwa sostitwiti b’dan li ġej:

“(i)

investimenti li jippermettu lill-impriżi jirrimedjaw jew jipprevjenu d-danni fl-ambjenti fiżiċi (inkluż it-tibdil fil-klima) jew fir-riżorsi naturali mill-attivitajiet proprji ta’ benefiċjarju jew minn attivitajiet ta’ entità oħra li tipparteċipa fl-istess proġett, dment li (i) l-investimenti ma jikkonċernawx tagħmir, makkinarju jew faċilitajiet tal-produzzjoni industrijali li jużaw fjuwils fossili, inkluż il-gass naturali, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li tingħata għajnuna għall-installazzjoni ta’ komponenti supplimentari li jtejbu l-livell ta’ protezzjoni tal-ambjent ta’ tagħmir, ta’ makkinarju u ta’ faċilitajiet tal-produzzjoni industrijali eżistenti, f’liema każ l-ispejjeż ta’ investiment ma għandhomx ikunu relatati ma’ installazzjonijiet li jarmu s-CO2; u (ii) fil-każ ta’ investimenti f’tagħmir, f’makkinarju u f’faċilitajiet tal-produzzjoni industrijali li jużaw l-idroġenu, il-benefiċjarju jieħu impenn li juża esklussivament l-idroġenu rinnovabbli matul il-ħajja tal-investiment. L-għajnuna ma għandhiex tingħata skont dan il-punt għal investimenti mwettqin sabiex tinżamm konformità mal-istandards tal-Unjoni li ġew adottati ħlief jekk l-investiment jiġi implimentat u ffinalizzat tal-anqas 18-il xahar qabel ma jidħol fis-seħħ l-istandard.

“(ii)

miżuri li jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija ta’ bini jew ta’ impriża, dment li l-investimenti ma jkunux jikkonċernaw tagħmir, makkinarju jew produzzjoni industrijali li jużaw fjuwils fossili, inkluż il-gass naturali. L-għajnuna ma għandhiex tingħata skont dan il-punt għal investimenti mwettqa sabiex jikkonformaw mal-istandards tal-Unjoni li ġew adottati, ħlief jekk l-investiment jiġi implimentat u ffinalizzat tal-anqas 18-il xahar qabel ma jidħol fis-seħħ l-istandard. Permezz ta’ deroga, l-għajnuna tista’ tingħata skont dan il-punt għal investimenti f’bini mwettqin sabiex tinżamm konformità mal-istandards minimi tar-rendiment tal-enerġija li jikkwalifikaw bħala standards tal-Unjoni, dment li l-għajnuna tingħata qabel ma l-istandards isiru obbligatorji għall-impriża kkonċernata.”;

jiżdied il-punt (vi) kif ġej:

“(vi)

għajnuna għall-investiment għall-akkwist ta’ vetturi nodfa li jaħdmu tal-anqas parzjalment bl-elettriku jew bl-idroġenu, jew vetturi b’emissjonijiet żero għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni u bil-baħar u għall-modifika retroattiva ta’ vetturi sabiex jikkwalifikaw bħala vetturi nodfa jew bħala vetturi b’emissjonijiet żero;”;

(ii)

il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Mingħajr preġudizzju għall-punt (a), l-għajnuna mogħtija għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija tal-bini tista’ tiġi kkombinata ma’ għajnuna għal kwalunkwe miżura minn dawn li ġejjin jew għalihom kollha:

(i)

l-installazzjoni ta’ tagħmir integrat fuq il-post li jiġġenera l-elettriku, it-tisħin jew it-tkessiħ minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, inkluż iżda mhux limitat għal pannelli fotovoltajċi u għal pompi tas-sħana;

(ii)

l-installazzjoni ta’ tagħmir għall-ħżin tal-enerġija ġġenerata mill-installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post;

(iii)

il-konnessjoni ma’ sistema ta’ tisħin u/jew tkessiħ distrettwali effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tagħmir relatat;

(iv)

il-kostruzzjoni u l-installazzjoni ta’ infrastruttura għall-irriċarġjar għall-użu mill-utenti tal-bini, u ta’ infrastruttura relatata, bħall-kanali, fejn il-faċilitajiet tal-parkeġġ tal-karozzi jkunu jinsabu jew fil-bini jew ikunu fiżikament maġenb il-bini;

(v)

l-installazzjoni ta’ tagħmir għad-diġitalizzazzjoni tal-bini, b’mod partikolari sabiex tiżdied it-tħejjija intelliġenti tiegħu, inklużi wajers passivi interni jew kejbils strutturati għan-networks tad-data u l-parti anċillari tal-infrastruttura tal-broadband fuq il-proprjetà li għaliha jappartjeni l-bini iżda esklużi l-wajers jew il-kejbils għan-networks tad-data barra mill-proprjetà;

(vi)

investimenti fi bjut u f’tagħmir ekoloġiċi għaż-żamma u għall-użu tal-ilma tax-xita.

Il-miżura ta’ għajnuna ma għandhiex tappoġġa l-installazzjoni ta’ tagħmir tal-enerġija li juża fjuwils fossili, inkluż il-gass naturali.

L-għajnuna tista’ tingħata jew lis-sid(ien) tal-bini jew lill-inkwilin(i), skont min jikseb il-finanzjament għall-proġett.”;

(iii)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

l-għajnuna għal miżuri li jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija tista’ tkun relatata wkoll mal-faċilitazzjoni tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, soġġett għall-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(i)

l-appoġġ jkun ipprovdut lil SMEs jew lil kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja li jkunu fornituri ta’ miżuri għat-titjib tar-rendiment tal-enerġija, u li huma l-benefiċjarji finali tal-għajnuna;

(ii)

l-għajnuna tkun ipprovduta għall-faċilitazzjoni tal-ikkuntrattar għar-rendiment tal-enerġija skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (27), tad-Direttiva 2012/27/UE;

(iii)

L-għajnuna tieħu l-forma ta’ self jew ta’ garanzija superjuri lill-fornitur tal-miżuri għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija skont kuntratt għar-rendiment tal-enerġija, jew tkun tikkonsisti fi prodott finanzjarju mmirat sabiex jiffinanzja lill-fornitur (pereżempju l-fatturament jew il-forfaiting);

(iv)

l-ammont nominali tal-finanzjament pendenti totali pprovdut skont dan il-punt għal kull benefiċjarju ma jaqbiżx it-EUR 30 miljun.”;

(g)

il-paragrafu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“10.   L-SMEs jew, fejn applikabbli, il-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja jistgħu, minbarra l-kategoriji ta’ għajnuna previsti fil-paragrafi 2 sa 9, jirċievu wkoll għajnuna fil-forma ta’ finanzjament appoġġat mill-Fond InvestEU dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rispettivi:

(a)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut għal kull benefiċjarju finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma jaqbiżx il-EUR 16,5-il miljun u huwa pprovdut lil:

(i)

SMEs mhux elenkati li għadhom ma bdewx joperaw f’xi suq jew li ilhom joperaw għal anqas minn 10 snin wara r-reġistrazzjoni tagħhom jew anqas minn seba’ snin wara l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom; meta jew il-perjodu ta’ operat għal inqas minn 10 snin wara r-reġistrazzjoni tagħhom jew inqas minn seba’ snin wara li l-ewwel bejgħ kummerċjali tagħhom ikun ġie applikat għal impriża partikolari, dak il-perjodu biss jista’ jiġi applikat ukoll għal kwalunkwe għajnuna sussegwenti taħt l-Artikolu preżenti lill-istess impriża. Għal impriżi li jkunu akkwistaw impriża oħra jew li ġew iffurmati permezz ta’ fużjoni, il-perjodu ta’ eliġibbiltà applikat għandu jinkludi wkoll l-operazzjonijiet tal-impriża akkwistata jew tal-impriżi fużi, rispettivament, ħlief għal tali impriżi akkwistati jew amalgamati li l-valur tal-bejgħ tagħhom jammonta għal inqas minn 10 % tal-fatturat tal-impriża li qed takkwista fis-sena finanzjarja ta’ qabel l-akkwist jew, fil-każ ta’ impriżi ffurmati permezz ta’ fużjoni, inqas minn 10 % tal-fatturat kombinat li l-impriżi li huma oġġett ta’ fużjoni kellhom fis-sena finanzjarja ta’ qabel il-fużjoni. Rigward il-perjodu ta’ eliġibbiltà relatat mar-reġistrazzjoni, jekk jintuża, għal impriżi eliġibbli li ma humiex soġġetti għal reġistrazzjoni, il-perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ għaxar snin jitqies li jibda mill-mument meta l-impriża tibda l-attività ekonomika tagħha jew mill-mument meta ssir soġġetta għat-taxxa fir-rigward tal-attività ekonomika tagħha, liema minnhom tkun l-ewwel. Il-finanzjament taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU jista’ jkopri wkoll investimenti ta’ segwitu f’SMEs mhux elenkati wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà msemmi f’dan il-punt jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (1) l-ammont nominali tal-finanzjament totali msemmi fil-punt (a) ma jinqabiżx, (2) il-possibbiltà ta’ investimenti ta’ segwitu kienet prevista fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju oriġinali u (3) il-benefiċjarju finali li jirċievi l-investiment ta’ segwitu ma jkunx sar “intrapriża assoċjata”, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tal-Anness I, ma’ impriża oħra għajr l-intermedjarju finanzjarju jew investitur privat indipendenti li jipprovdi finanzjament taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU, sakemm l-entità l-ġdida ma tkunx SME;

(ii)

SMEs mhux elenkati li jibdew attività ekonomika ġdida, fejn l-investiment inizjali għandu jkun ogħla minn 50 % tal-fatturat annwali medju fil-ħames snin preċedenti. B’deroga mill-ewwel sentenza, dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala investimenti għal attivitajiet ekonomiċi ġodda, jekk l-investiment inizjali relatat, ibbażat fuq pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, ikun ogħla minn 30 % tal-fatturat annwali medju fil-ħames snin preċedenti: (1) investimenti li jtejbu b’mod sinifikanti ir--rendiment ambjentali tal-attività lil hinn mill-istandards obbligatorji tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 36(2) ta’ dan ir-Regolament, (2) investimenti ambjentalment sostenibbli oħra kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2020/852, u (3) investimenti li għandhom l-għan li jżidu l-kapaċità għall-estrazzjoni, is-separazzjoni, ir-raffinar, l-ipproċessar jew ir-riċiklaġġ ta’ materja prima kritika elenkata fl-Anness IV. Il-karattru ambjentalment sostenibbli tal-investiment għandu jintwera f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, inkluż il-prinċipju “la ma tagħmilx ħsara sinifikanti”, jew permezz ta’ metodoloġiji komparabbli oħrajn, inkluża, fost l-oħrajn, il-verifika tas-sostenibbiltà għall-Fond InvestEU. Għal miżuri li huma identiċi għal miżuri fil-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza kif approvati mill-Kunsill, il-konformità tagħhom mal-Prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” titqies milħuqa peress li din diġà ġiet ivverifikata;

(iii)

SMEs u kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja li huma intrapriżi innovattivi kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (80);

(b)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut għal kull benefiċjarju finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma jaqbiżx is-EUR 16,5-il miljun u jingħata lil SMEs jew kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja li l-attivitajiet prinċipali tagħhom jinsabu f’żoni assistiti sakemm il-finanzjament ma jintużax għar-rilokazzjoni tal-attivitajiet kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (61a);

(c)

l-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut għal kull benefiċjarju finali taħt l-appoġġ tal-Fond InvestEU ma jaqbiżx iż-EUR 2,2 miljuni u jiġi pprovdut lill-SMEs jew lill-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja.”;

(55)

fl-Artikolu 56f, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   L-ammont nominali tal-finanzjament totali pprovdut lil kull benefiċjarju finali permezz tal-intermedjarji finanzjarji kummerċjali kollha ma għandux jaqbeż it EUR 8,25 miljuni.”

;

(56)

fl-Artikolu 58, il-paragrafi 3a u 4 jiġu ssostitwiti b’dawn li ġejjin:

“3a.   Kwalunkwe għajnuna individwali mogħtija bejn l-1 ta’ Lulju 2014 u [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din l-emenda] f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament kif applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna għandha tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Kwalunkwe għajnuna individwali mogħtija qabel l-1 ta’ Lulju 2014 f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 9, kif applikabbli qabel jew wara l-10 ta’ Lulju 2017, qabel jew wara t-3 ta’ Awwissu 2021, jew qabel jew wara [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din l-emenda] għandha tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

4.   Fi tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe skema ta’ għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament għandha tibqa’ eżentata matul perjodu ta’ aġġustament ta’ sitt xhur. L-eżenzjoni tal-għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju skont l-Artikolu 21(9), il-punt (a), għandha tiskadi fit-tmiem tal-perjodu stabbilit fil-ftehim ta’ finanzjament, dment li l-impenn tal-finanzjament pubbliku għall-fond sostnut ta’ investiment tal-ekwità privata jkun sar fuq il-bażi ta’ dan il-ftehim fi żmien 6 xhur minn tmiem il-perjodu ta’ validità ta’ dan ir-Regolament, u l-kundizzjonijiet kollha l-oħrajn għal eżenzjoni jibqgħu ssodisfati.”

;

(57)

fl-Artikolu 59, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2026.”;

(58)

fl-Anness II, il-Parti II hija sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(59)

Jiżdied l-Anness IV li ġej:

“ANNESS IV

Materja prima kritika msemmija fl-Artikolu 21(3)(c) u l-Artikolu 56e(10)(a)(ii)

Il-materja prima li ġejja għandha titqies bħala materja prima kritika kif imsemmi fl-Artikolu 21, il-paragrafu 3, il-punt (c) u l-Artikolu 56e, il-paragrafu 10, il-punt (a)(ii):

(a)

Antimonju

(b)

Arseniku

(c)

Boksajt

(d)

Barit

(e)

Berillju

(f)

Bismut

(g)

Boron

(h)

Kobalt

(i)

Faħam tal-Kokk

(j)

Ram

(k)

Feldspar

(l)

Fluorspar

(m)

Gallju

(n)

Ġermanju

(o)

Afnju

(p)

Elju

(q)

Elementi tal-Materjali tal-Art Rari Tqal

(r)

Elementi tal-Materjali tal-Art Rari Ħfief

(s)

Litju

(t)

Manjeżju

(u)

Manganiż

(v)

Grafit Naturali

(w)

Nikil – grad tal-batteriji

(x)

Nijobju

(y)

Blat fosfatiku

(z)

Fosforu

(aa)

Metalli tal-Grupp tal-Platinu

(bb)

Skandju

(cc)

Metall tas-siliċju

(dd)

Strontzu

(ee)

Tantalju

(ff)

Metall tat-titanju

(gg)

Tungstenu

(hh)

Vanadju

.

Artikolu 2

Fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2022/2473 : jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   Dan l-Artikolu għandu japplika sat-30 ta’ Ġunju 2023.”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(3)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, “Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat”, (ĠU C 153, 29.4.2021, p. 1).

(4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, COM(2019) 640 final.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(6)  Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali” COM/2020/103 final] .

(7)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa” COM/2020/67 final.

(8)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekopnomiku u Soċjali Ewropewu lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija Ewropea għad-data” COM/2020/66 final.

(9)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew , lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa” COM/2020/102 final

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2022/2472 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, 21.12.2022, p. 1).

(11)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1854 tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar intervent ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-prezzijiet għoljin tal-enerġija (ĠU L 261I , 7.10.2022, p. 1).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).

(13)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju (ĠU C508, 16.12.2021, p. 1).

(14)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-Kontroll tal-Idoneità tal-pakkett ta’ modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-2012, il-linji gwida ferrovjarji u l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq terminu qasir (SWD/2020/0257 final).

(15)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija 2022 (ĠU C 80, 18.2.2022, p. 1).

(16)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ewropew u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Pjan REPowerEU” COM/2022/230 final.

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1237 tat-23 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 651/2014 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 270, 29.7.2021, p. 39).

(18)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima”, COM(2020) 301 final.

(19)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(20)  Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.06.2019, p. 125).

(21)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 - Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna”, COM/2020/380 final.

(22)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima – L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima, COM/2021/82 final.

(23)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, Ċikli tal-Karbonju Sostenibbli, COM(2021) 800 final.

(24)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari – Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva, COM/2020/98 final.

(25)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

(26)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2473 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, 21.12.2022, p. 82).

(27)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli - Il-Pjan ta’ Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM/2020/21 final.

(28)  Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149)

(29)  Regolament (UE) 2018/1092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 li jistabbilixxi l-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża bil-għan li jappoġġa l-kompetittività u l-kapaċità ta' innovazzjoni tal-industrija tad-difiża tal-Unjoni (ĠU L 200, 7.8.2018, p. 30)


ANNESS

“PARTI II

trid tiġi pprovduta permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11

Jekk jogħġbok indika skont liema dispożizzjoni tal-GBER hija implimentata l-miżura tal-għajnuna.

Objettiv primarju - Objettivi Ġenerali (elenka)

Objettivi

(elenka)

L-intensità massima tal-għajnuna

f’%

jew Ammont massimu annwali tal-għajnuna fil-munita nazzjonali (f’ammonti sħaħ)

SME – bonusijiet (jekk applikabbli)

f’%

Għajnuna reġjonali - għajnuna għall-investiment (1) (Art. 14)

Skema

…%

…%

Għajnuna ad hoc

…%

…%

Għajnuna reġjonali - għajnuna operatorja (Art. 15)

F’żoni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni (Art. 15(2))

…%

…%

F’żoni b’densità baxxa ħafna ta’ popolazzjoni (Art. 15(3))

…%

…%

Fir-reġjuni ultraperiferiċi (Art. 15(4)(b))

…%

…%

Għajnuna għall-iżvilupp urban reġjonali (Art. 16)

… munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-SMEs (Artikoli 17 – 19d)

Għajnuna għall-investiment lill-SMEs (Art. 17)

…%

…%

Għajnuna għal konsulenza favur l-SMEs (Art. 18)

…%

…%

Għajnuna lill-SMEs għall-parteċipazzjoni fil-fieri (Art. 19)

…%

…%

Għajnuna għall-ispejjeż imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) (l-Artikolu 19a)

…%

…%

Ammonti limitati ta’ għajnuna lill-SMEs li jibbenefikaw minn proġetti ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) (Art 19b) (2)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna lill-mikrointrapriżi fil-forma ta’ interventi pubbliċi li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana (Art. 19c)

…%

…%

Għajnuna lill-SMEs fil-forma ta’ interventi pubbliċi temporanji li jikkonċernaw il-provvista tal-elettriku, tal-gass jew tas-sħana prodotti mill-gass naturali jew mill-elettriku biex jittaffa l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (l-Artikolu 19d)

…%

…%

Għajnuna għal Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Art. 20 – 20a)

Għajnuna għall-ispejjeż imġarrba minn intrapriżi li jipparteċipaw fi proġetti tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Art. 20)

…%

…%

Ammonti limitati ta’ għajnuna lill-impriżi għall-parteċipazzjoni fi proġetti tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Art. 20a) (3)

… munita nazzjonali

…%

Għajnuna biex l-SMEs ikollhom aċċess għall-finanzjament (Artikoli 21-22)

Għajnuna għal finanzjament ta’ riskju (Art. 21)

… munita nazzjonali

Mhux Applikabbli

Għajnuna għall-finanzjament ta’ riskju lill-SMEs fil-forma ta’ inċentivi tat-taxxa għal investituri privati li huma persuni fiżiċi (Art. 21a)

…munita nazzjonali

Mhux Applikabbli

Għajnuna għall-bidu ta’ negozju (Art. 22)

…munita nazzjonali

Mhux Applikabbli

Għajnuna għall-SME - Għajnuna għal pjattaformi alternattivi ta ' negozjar speċjalizzati f’SMEs (Art. 23)

…munita nazzjonali

Mhux Applikabbli

Għajnuna għall-SMEs - Għajnuna għall-ispejjeż tat-tfittix (Art. 24)

…%

Mhux Applikabbli

Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (Art. 25 - 30)

Għajnuna għal proġetti ta’ riċerka u żvilupp (Art. 25)

Riċerka fundamentali

(Art. 25(2)(a))

…%

…%

Riċerka industrijali

(Art. 25(2)b))

…%

…%

Żvilupp sperimentali (Art. 25(2)(c))

…%

…%

Studji tal-vijabbiltà (Art. 25(2)(d))

…%

…%

Għajnuna għal proġetti mogħtija tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza (Art. 25a)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-azzjonijiet Maria Skłodowska-Curie u azzjonijiet ta’ Prova tal-Kunċett tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (Art. 25b)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna involuta fi proġetti kofinanzjati tar-riċerka u l-iżvilupp (Art. 25c)

…%

…%

Għajnuna għal Azzjonijiet għall-Ħolqien ta’ Timijiet (Art. 25d)

…%

…%

Għajnuna involuta fil-kofinanzjament ta’ proġetti appoġġati mill-Fond Ewropew għad-Difiża jew mill-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (Art. 25e)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi ta’ riċerka (Art. 26)

…%

…%

L-għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni (Art. 26a)

…%

…%

Għajnuna għar-ragruppamenti ta’ innovazzjoni (Art. 27)

…%

…%

Għajnuna għall-innovazzjoni lill-SMEs (Art. 28)

…%

…%

Għajnuna għall-innovazzjoni fil-proċess u fl-organizzazzjoni (Art. 29)

…%

…%

Għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura (Art. 30)

…%

…%

Għajnuna għat-taħriġ (Art. 31)

…%

…%

Għajnuna għal ħaddiema żvantaġġati u għal ħaddiema b’diżabilità (Art. 32-35)

Għajnuna għar-reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaġġati fil-forma ta’ sussidji tal-pagi (Art. 32)

…%

…%

Għajnuna għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità fil-forma ta’ sussidji tal-pagi (Art. 33)

…%

…%

Għajnuna li tikkupensa l-ispejjeż addizzjonali għall-impjieg ta’ ħaddiema b’diżabilità (Art. 34)

…%

…%

Għajnuna li tikkumpensa l-ispejjeż tal-assistenza pprovduta lil ħaddiema żvantaġġati (Art. 35)

…%

…%

Għajnuna għall-Protezzjoni Ambjentali (Art. 36-49)

Għajnuna għall-investiment għall-ħarsien tal-ambjent, inkluża d-dekarbonizzazzjoni (Art. 36)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-irriċarġjar jew tar-riforniment (Art. 36a)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għall-akkwist ta’ vetturi nodfa jew ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u għall-modifika retroattiva ta’ vetturi (Art. 36b)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għal miżuri ta’ effiċjenza enerġetika minbarra fil-bini (Art. 38)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għal miżuri għall-effiċjenza enerġetika fil-bini (Art. 38a)

…%

…%

Għajnuna għall-faċilitazzjoni tal-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (Art. 38b)

…munita nazzjonali

Mhux Applikabbli

Għajnuna għall-investiment għal proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija fil-bini fil-forma ta’ strumenti finanzjarji (Art. 39)

…munita nazzjonali

Mhux Applikabbli

Għajnuna għall-investiment għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, tal-idroġenu rinnovabbli u tal-koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja (Art. 41)

…%

…%

Għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli (Art. 42)

…%

…%

Għajnuna operatorja għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u tal-idroġenu rinnovabbli fi proġetti żgħar u f’komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli (Art. 43)

…%

…%

Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi skont id-Direttiva 2003/96/KE (Art. 44)

…%

Mhux Applikabbli

Għajnuna fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxi ambjentali jew fl-imposti parafiskali (Art. 44a)

…%

Mhux Applikabbli

Għajnuna għall-investiment għar-rimedjar tal-ħsara ambjentali, għar-riabilitazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-ekosistemi, għall-protezzjoni jew għar-restawr tal-bijodiversità u għall-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għall-adattament u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (Art. 45)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għall-effiċjenza enerġetika fit-tisħin u/jew it-tkessiħ distrettwali (Art. 46)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għall-effiċjenza fir-riżorsi u għall-appoġġ tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari (Art. 47)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tal-enerġija (Art. 48)

…%

…%

Għajnuna għal studji u servizzi ta’ konsulenza dwar kwistjonijiet ta’ protezzjoni ambjentali u tal-enerġija (Art. 49)

…%

…%

L-iskemi ta’ għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn ċerti diżastri naturali (Art. 50)

L-intensità massima tal-għajnuna

…%

…%

Tip ta’ diżastru naturali

terremot

valanga

uqigħ tal-art

għargħar

tromba tal-arja

uragan

żbruffar vulkaniku

nirien tal-foresti

Id-data ta’ meta seħħ id-diżastru naturali

jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss

Għajnuna soċjali għat-trasport għal residenti f’reġjuni mbiegħda (Art. 51)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għal networks fissi tal-broadband (Art. 52)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għan-networks mobbli 4G u 5G (Art. 52a)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali trans-Ewropea (Art. 52b)

…%

…%

Vawċers tal-konnettività (Art. 52c)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għal networks backhaul (Art. 52d)

…%

…%

Għajnuna għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju (Art. 53)

…%

…%

Skemi ta’ għajnuna għal xogħlijiet awdjoviżivi (Art. 54)

…%

…%

Għajnuna għall-infrastruttura tal-isport u għall-infrastruttura ta’ rikreazzjoni multifunzjonali (Art. 55)

…%

…%

Għajnuna għall-investiment għall-infrastrutturi lokali (Art. 56)

…%

…%

Għajnuna għal ajruporti reġjonali (Art. 56a)

…%

…%

Għajnuna għal portijiet marittimi (Art. 56b)

…%

…%

Għajnuna għal portijiet interni (Art. 56c)

…%

…%

Għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji appoġġati mill-Fond InvestEU (Art. 56d-56f)

Art. 56e

Għajnuna għal proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tal-infrastruttura tal-konnettività diġitali trans-Ewropea ffinanzjati skont ir-[Regolament (UE) 2021/1153 jew li jkunu ngħataw tikketta ta’ kwalità tas-Siġill ta’ Eċċellenza skont dak ir-Regolament (Art. 56e(2))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-implimentazzjoni ta’ network tal-broadband fiss u għajnuna għall-implimentazzjoni ta’ network mobbli 4G u 5G biex jiġu konnessi ċerti muturi soċjoekonomiċi eliġibbli (l-Artikolu 56e(3))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija (Art. 56e(4))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-infrastruttura u l-attivitajiet soċjali, edukattivi, kulturali u tal-wirt naturali (Art. 56e(5))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għat-trasport u għall-infrastrutturi tat-trasport (Art. 56e(6))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għal infrastrutturi oħra (Art. 56e(7)

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għall-protezzjoni ambjentali, inkluża l-protezzjoni tal-klima (Art. 56e(8))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna għar-riċerka, l-iżvilupp, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni (Art. 56e(9))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna fil-forma ta’ finanzjament appoġġat mill-Fond InvestEU pprovduta lill-SMEs jew lill-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja (Art. 56e(10))

…munita nazzjonali

…%

Għajnuna involuta fi prodotti finanzjarji intermedjati mmexxija kummerċjalment appoġġati mill-Fond InvestEU (Art. 56f)

…munita nazzjonali

…%”


(1)  Fil-każ ta’ għajnuna reġjonali ad hoc li tissupplimenta għajnuna mogħtija skont skema/i ta’ għajnuna, jekk jogħġbok indika kemm l-intensità tal-għajnuna mogħtija bl-iskema kif ukoll l-intensità tal-għajnuna ad hoc.

(2)  Skont l-Artikolu 11(1), ir-rappurtar dwar l-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 19b mhuwiex obbligatorju. Ir-rappurtar dwar għajnuna bħal din huwa, għalhekk, sempliċiment fakultattiv.

(3)  Skont l-Artikolu 11(1), ir-rappurtar dwar l-għajnuna mogħtija skont l-Artikolu 20a mhuwiex obbligatorju. Ir-rappurtar dwar għajnuna bħal din huwa, għalhekk, sempliċiment fakultattiv.


Top