This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0748
Council Implementing Regulation (EU) 2022/748 of 16 May 2022 implementing Regulation (EU) 2015/735 concerning restrictive measures in respect of the situation in South Sudan
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/748 tas-16 ta’ Mejju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 2015/735 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/748 tas-16 ta’ Mejju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 2015/735 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
ST/8425/2022/INIT
ĠU L 138, 17.5.2022, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
17.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/748
tas-16 ta’ Mejju 2022
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 2015/735 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/735 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan t'Isfel, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 748/2014 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta’ Mejju 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2015/735. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) 2015/735, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għal dak ir-Regolament. |
(3) |
Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi kontra persuna waħda elenkata fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/735 jenħtieġ li jinżammu u li l-entrata għal dik il-persuna jenħtieġ li tiġi aġġornata u nnumerata mill-ġdid. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2015/735 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/735 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
ANNESS
Fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2015/735, lit-tabella hija sostitwita b'dan li ġej:
|
“Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
1. |
Michael MAKUEI LUETH |
Data tat-twelid: 1947 Post tat-twelid: Bor Sudan (issa s-Sudan t'Isfel) Ġeneru: raġel |
Michael Makuei Leuth ilu jokkupa l-kariga ta' Ministru għall-Informazzjoni u x-Xandir sa mill-2013 u għadu jżomm dik il-pożizzjoni fil-Gvern Tranżizzjonali tal-unità Nazzjonali. Huwa kien ukoll il-kelliem pubbliku għad-delegazzjoni tal-gvern għat-taħditiet ta' paċi tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp mill-2014 sal-2015 u mill-2016 sal-2018. Makuei xekkel il-proċess politiku fis-Sudan t'Isfel, b'mod partikolari billi xekkel permezz ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Konflitt fis-Sudan t'Isfel (ARCSS) ta' Awwissu 2015 (sostitwit f'Settembru 2018 bl-"ARCSS Rivitalizzat" (R-ARCSS)), billi ostakola l-ħidma tal-Kummissjoni Konġunta ta' Monitoraġġ u Evalwazzjoni (JMEC, tal-ARCSS, imsemmija mill-ġdid "JMEC Rikostitwita" skont R-ARCSS) u billi xekkel l-istabbiliment tal-Istituzzjonijiet tal-Ġustizzja Tranżizzjonali tal-ARCSS, li l huwa previst ukoll f’R-ARCSS. Huwa ostakola wkoll l-operazzjonijiet tal-Forza ta' Protezzjoni Reġjonali tan-N azzjonijiet Uniti . Makuei huwa wkoll responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-espressjoni. |
3.2.2018” |