This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0353
Council Implementing Regulation (EU) 2022/353 of 2 March 2022 implementing Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/353 tal-2 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/353 tal-2 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ĠU L 66, 2.3.2022, p. 1–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 66/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/353
tal-2 ta’ Marzu 2022
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
(3) |
Fl-24 ta’ Frar 2022, il-President tal-Federazzjoni Russa ħabbar operazzjoni militari fl-Ukrajna u l-forzi armati Russi bdew attakk kontra l-Ukrajna. Dak l-attakk huwa ksur sfaċċat tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
(4) |
Fl-24 ta’ Frar 2022, ir-Rappreżentant Għoli ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna fl-aktar termini qawwija possibbli l-invażjoni mhux provokata tal-Ukrajna mill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u l-involviment tal-Belarussja f’din l-aggressjoni kontra l-Ukrajna. Ir-Rappreżentant Għoli indika li r-rispons tal-Unjoni ser jinkludi miżuri restrittivi kemm settorjali kif ukoll individwali. |
(5) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022, il-Kunsill Ewropew ikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. Bl-azzjonijiet militari illegali tagħha, ir-Russja qed tikser b’mod serju d-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-NU, u qed iddgħajjef is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea u globali. Il-Kunsill Ewropew ikkundanna bil-qawwa wkoll l-involviment tal-Belarussja f’din l-aggressjoni kontra l-Ukrajna u appellalha biex toqgħod lura minn tali azzjoni u biex tirrispetta l-obbligi internazzjonali tagħha. |
(6) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni u tal-fatt li l-Belarussja qed tipparteċipa f’invażjoni mhux provokata Russa kontra l-Ukrajna billi tippermetti aggressjoni militari mit-territorju tagħha, il-Kunsill iqis li 22 persuna jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(7) |
Ir-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-2 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni għall-Identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“697. |
Leonid Viktorovich KASINSKY (Russu: Леонид Викторович КАСИНСКИЙ; Belarussu: Леанiд Вiктаравiч КАСIНСКI) |
Data tat-twelid: 29.6.1972 Post tat-twelid: Grodno, SSR tal-Belarussja, issa l-Belarussja Funzjoni: Maġġur Ġeneral, Assistent tal-Ministru għad-Difiża għax-Xogħol Ideoloġiku fil-Forzi Armati u Kap tad-Direttorat Ewlieni għax-Xogħol Ideoloġiku fil-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Leonid Kasinsky għandu l-pożizzjoni ta’ assistent tal-Ministru għad-Difiża tal-Belarussja għall-ħidma ideoloġika fil-forzi armati. Huwa wkoll kap tad-Direttorat Ewlieni għall-ħidma ideoloġika fil-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Leonid Kasinsky qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
698. |
Igor Vladimirovich MOZHILOVSKY (Russu: Игорь Владимирович МОЖИЛОВСКИЙ; Belarussu: Iгар Уладзiмiравiч МАЖЫЛОЎСКI) |
Data tat-twelid: 28.2.1971 Post tat-twelid: Dubrovno, SSR tal-Belarussja, issa l-Belarussja Funzjoni: Maġġur Ġeneral, Assistent tal-Ministru għad-Difiża għall-Ekonomija Militari u l-Finanzi u Kap tad-Direttorat Ewlieni għax-Xogħol Ideoloġiku fil-Ministeru għad-Difiża Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Igor Mozhilovsky għandu l-pożizzjoni ta’ assistent tal-Ministru għad-Difiża tal-Belarussja għall-ekonomija militari u l-finanzi. Huwa wkoll kap tad-Dipartiment Ewlieni għall-Finanzi u l-Ekonomija fil-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Igor Mozhilovsky qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
699. |
Oleg Leonidovich VOINOV (Russu: Олег Леонидович ВОИНОВ; Belarussu: Алег Леанiдавiч ВОIНАЎ) |
Data tat-twelid: 26.3.1967 Post tat-twelid: Dnepropetrovsk, SSR tal-Ukrajna, issa Dnipro, l-Ukrajna Funzjoni: Maġġur Ġeneral, Kap tad-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Militari Internazzjonali tal-Ministeru Belarussu għad-Difiża u Assistent tal-Ministru għad-Difiża għall-Kooperazzjoni Militari Internazzjonali Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Oleg Vovinov għandu kariga ta’ Kap tad-Dipartiment tal-Kooperazzjoni Militari Internazzjonali tal-Ministeru għad-Difiża u Assistent tal-Ministru għad-Difiża għall-Kooperazzjoni Militari Internazzjonali. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Oleg Voinov qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
700. |
Sergei Anatolievich SAUTA (Russu: Сергей Анатольевич САУТА; Belarussu: Сяргей Анатольевiч САЎТА) |
Funzjoni: Kurunell, Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ Legali tal-Ministeru għad-Difiża tar-Repubblika tal-Belarussja Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Sergei Sauta għandu l-pożizzjoni ta’ Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ Legali tal-Ministeru għad-Difiża tar-Repubblika tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Sergei Sauta qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
701. |
Ivan Josephovich BOGUSLAVSKY (Russu: Иван Иосифович БОГУСЛАВСКИЙ; Belarussu: Iван Iосiфавiч БАГУСЛАЎСКI) |
Data tat-twelid: 4.8.1968 Post tat-twelid: Kalivaria, SSR tal-Belarussja Funzjoni: Maġġur Ġeneral, Kap tal-Ispettorat Militari tal-Forzi Armati fil-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Ivan Boguslavsky għandu l-pożizzjoni ta’ Kap tal-Ispettorat Militari Ewlieni tal-Forzi Armati fil-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Ivan Boguslavsky qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
702. |
Dmitry Anatolievich MIHOLAP (Russu: Дмитрий Анатольевич МИХОЛАП; Belarussu: Дзмiтрый Анатольевiч МIХАЛАП) |
Data tat-twelid: 28.12.1974 Post tat-twelid: Bukino, SSR tal-Belarussja Funzjoni: Kurunell, Viċi Kmandant tal-Forza tal-Ajru Belorussa u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Dmitry Miholap għandu l-pożizzjoni ta’ viċi kmandant tal-Forza tal-Ajru Belarussa u tal-Forzi għad-Difiża tal-Ajru tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Dmitry Miholap qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
703. |
Anatoliy Anatolievich BULAVKO (Russu: Анатолий Анатольевич БУЛАВКО; Belarussu: Анатоль Анатольевiч БУЛАЎКА) |
Data tat-twelid: 1.5.1969 Post tat-twelid: Kalinkovichi, SSR tal-Belarussja, issa l-Belarussja Funzjoni: Kurunell, viċi kmandant għall-ħidma ideoloġika u kap tal-ħidma ideoloġika tal-Forza tal-Ajru Belarussa u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Anatoliy Bulavko għandu l-pożizzjoni ta’ viċi kmandant għall-ħidma ideoloġika u kap tal-ħidma ideoloġika tal-Forza tal-Ajru Belarussa u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Anatoliy Bulavko qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
704. |
Victor Vladimirovich SOYKO (Russu: Виктор Владимирович СОЙКО; Belarussu: Вiктар Уладзiмiравiч СОЙКА) |
Data tat-twelid: 3.7. 1971 Post tat-twelid: Komsomolskaya, SSR tal-Belarussja Funzjoni: Kurunell, Viċi Kmandant għall-Armamenti u Kap tal-Forza tal-Ajru Belarussa u d-Dipartiment tal-Armamenti tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Victor Soyko għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant għall-Armamenti u Kap tal-Forza tal-Ajru Belarussa u d-Dipartiment tal-Armamenti tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Victor Soyko qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
705. |
Yuri Mikhailovich PEYGANOVICH (Russu: Юрий Михайлович ПЕЙГАНОВИЧ; Belarussu: Юрый Мiхайлавiч ПЕЙГАНОВIЧ) |
Funzjoni: Kurunell, Viċi Kmandant tal-Forza tal-Ajru Belarussa u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru għal-Loġistika u Kap tad-Dipartiment Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Yuri Peyganovich għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant tal-Forza tal-Ajru Belarussa u tal-Forzi tad-Difiża tal-Ajru għal-Loġistika u Kap tad-Dipartiment. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Yuri Peyganovich qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
706. |
Alexander Ivanovich BAS (Russu: Александр Иванович БАС; Belarussu: Аляксандр Iванавiч БАС) |
Data tat-twelid: 17.8.1971 Post tat-twelid: Khotomel, SSR tal-Belarussja, issa l-Belarussja Funzjoni: Kurunell, Viċi Kmandant tal-Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Alexander Bas għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant tal-Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Alexander Bas qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
707. |
Dmitry Leontievich BEKREN (Russu: Дмитрий Леонтьевич БЕКРЕНЬ) |
Data tat-twelid: 16.7.1979 Post tat-twelid: Slonim, SSR tal-Belarussja, issa l-Belarussja Funzjoni: Viċi Kmandant tal-Armata għall-Ideoloġija, Kap tad-Dipartiment tal-Ideoloġija tal-Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja, Kurunell Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Dmitry Leontievich Bekren għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant tal-Armata għall-Ideoloġija, u Kap tad-Dipartiment tal-Ideoloġija tal-Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Dmitry Leontievich Bekren qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
708. |
Vitaly Fridrikhovich KILCHEVSKY (Russu: Виталий Фридрихович КИЛЬЧЕВСКИЙ) |
Data tat-twelid: 31.10.1978 Post tat-twelid: Ir-raħal ta’ Patashnya, SFSR tal-Belarussja, issa l-Belarussja Funzjoni: Viċi Kmandant għall-Armamenti u Kap tal-Armamenti, Kurunell Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Vitaly Fridrikhovich Kilchevsky għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant għall-Armamenti u Kap tal-Armamenti tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vitaly Fridrikhovich Kilchevsky qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
709. |
Sergey Nikolayevich GRINYUK (Russu: Сергей Николаевич ГРИНЮК) |
Data tat-twelid: 11.5.1971 Post tat-Twelid: fi Brest, SSR tal-Belarussja, issa l-Federazzjoni Russa Funzjoni: Viċi Kmandant tat-Truppi għal-Loġistika, Kap tad-Dipartiment tal-Loġistika, Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja, Kurunell Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Sergey Nikolayevich Grinyuk għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant tat-Truppi għal-Loġistika, u ta’ Kap tad-Dipartiment tal-Loġistika, Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Sergey Nikolayevich Grinyuk qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
710. |
Aleksandr Viktorovich NAUMENKO (Russu: Александр Викторович НАУМЕНКО) |
Funzjoni: Kmandant tat-Truppi tal-Kmand Operazzjonali tal-Majjistral tal-Belarussja, Maġġur Ġeneral Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Aleksandr Viktorovich Naumenko għandu l-pożizzjoni ta’ Kmandant tat-Troops tal-Kmand Operazzjonali tal-Majjistral tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Aleksandr Viktorovich Naumenko qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
711. |
Vadim Evgenievich SHADURA (Russu: Вадим Евгеньевич ШАДУРА) |
Funzjoni: Kap tal-Persunal - l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja, Kurunell Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Vadim Evgenievich Shadura għandu l-pożizzjoni ta’ Kap tal-Persunal - l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vadim Evgenievich Shadura qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
712. |
Vladimir Vladimirovich KULAZHIN (Russu: Владимир Владимирович КУЛАЖИН) |
Funzjoni: Viċi Kmandant tat-Truppi tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja, Maġġur Ġeneral Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Vladimir Vladimirovich Kulazhin għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant tat-Truppi tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vladimir Vladimirovich Kulazhin qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
713. |
Valery Ivanovich YANUSHKEVICH (Russu: Валерий Иванович ЯНУШКЕВИЧ) |
Funzjoni: Viċi Kmandant tat-Truppi għall-Ħidma Ideoloġika - Kap tad-Dipartiment tal-Ħidma Ideoloġika tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja, Kurunell Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Valery Ivanovich Yanushkevich għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant tat-Truppi għall-Ħidma Ideoloġika - Kap tad-Dipartiment tal-Ħidma Ideoloġika tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Valery Ivanovich Yanushkevich qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
714. |
Vyacheslav Aleksandrovich LENKEVICH (Russu: Вячеслав Александрович ЛЕНКЕВИЧ) |
Funzjoni: Viċi Kmandant Responsabbli mil-Loġistika, Kap tal-Loġistika tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja, Kurunell Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Vyacheslav Aleksandrovich Lenkevich għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant Responsabbli mil-Loġistika u ta’ Kap tal-Loġistika tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vyacheslav Aleksandrovich Lenkevich qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
715. |
Dmitri Ivanovich SUROVICH (Russu: Дмитрий Иванович СУРОВИЧ) |
Funzjoni: Viċi Kmandant għall-Armamenti, Kap tad-Direttorat tal-Armamenti tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja, Kurunell Nazzjonalità: Belarussa Sess: raġel |
Dmitri Ivanovich Surovich għandu l-pożizzjoni ta’ Viċi Kmandant għall-Armamenti, u tal-Kap tad-Direttorat tal-Armamenti tal-Kmand Operattiv tal-Majjistral tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Dmitri Ivanovich Surovich qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
716. |
Oleg Nikolayevich KOPYL (Russu: Олег Николаевич КОПЫЛ) |
Sess: raġel Funzjoni: Kurunell; l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni - Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ Morali u Psikoloġiku tad-Dipartiment Ewlieni tal-Ħidma Ideoloġika tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja |
Oleg Kopyl huwa l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni - Kap tad-Dipartiment tal-Appoġġ Morali u Psikoloġiku tad-Dipartiment Ewlieni tal-Ħidma Ideoloġika tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Oleg Kopyl qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
717. |
Dmitry Alexandrovich ZABROTSKY (Russu: Дмитрий Александрович ЗАБРОЦКИ) |
Data tat-twelid: 2.7.1971 Funzjoni: Kurunell, l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Finanzjarju u Ekonomiku Ewlieni tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja Sess: raġel |
Dmitry Zabrotsky huwa l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Finanzjarju u Ekonomiku Ewlieni tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Dmitry Zabrotsky qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022 |
718. |
Vadim Anatolyevich LUKASHEVICH (Russu: Вадим Анатольевич ЛУКАШЕВИЧ) |
Funzjoni: Kap tad-dipartiment tal-informazzjoni tad-dipartiment ewlieni tal-ħidma ideoloġika tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja, Kurunell Sess: raġel |
Vadim Lukashevich huwa l-kap tad-dipartiment tal-informazzjoni tad-dipartiment ewlieni tal-ħidma ideoloġika tal-Ministeru għad-Difiża tal-Belarussja. Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta’ persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-karburant għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f’attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja. Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Vadim Lukashevich qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b’appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. |
2.3.2022” |