Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0424

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/424 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approċċ standardizzat alternattiv għar-riskju tas-suq (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2019/9068

ĠU L 84, 11.3.2021, pp. 1–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/424/oj

11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/424

tas-17 ta’ Diċembru 2019

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approċċ standardizzat alternattiv għar-riskju tas-suq

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 461a tiegħu:

(1)

Fl-2019, il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) ippubblika r-Rekwiżiti kapitali minimi għar-riskju tas-suq, li indirizzat id-dgħufijiet fit-trattament prudenzjali tal-attivitajiet tal-portafoll tan-negozju tal-banek (2).

(2)

L-approċċ standardizzat alternattiv stipulat fil-Kapitolu 1a tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 attwalment huwa nieqes minn speċifikazzjonijiet tekniċi biex ikun kompletament operattiv. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li jiġu allinjati mar-rekwiżiti kapitali minimi għar-riskju tas-suq tal-BCBS.

(3)

Ir-rekwiżiti kapitali minimi tal-BCBS għar-riskju tas-suq jispeċifikaw il-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura għall-istrumenti b’opzjonalità. Dak il-kalkolu jinkludi għadd ta’ passi, inklużi kif ix-xokkijiet jiġu applikati għall-fatturi ta’ riskju u kif ir-riskju ta’ kurvatura jiġi aggregat minn fost il-fatturi ta’ riskju. Għall-fatturi tar-riskju tal-kambju, il-kalkolu jeħtieġ li jiġi aġġustat biex jiġi evitat li r-riskji ta’ kurvatura jingħaddu darbtejn. Mingħajr dak l-aġġustament, jista’ jagħti l-każ li r-riskji ta’ kurvatura jingħaddu darbtejn għaliex fir-rekwiżiti kapitali minimi tal-BCBS għar-riskju tas-suq, il-fatturi tar-riskju tal-kambju huma espressi bl-użu tal-munita tar- rapportar ta’ istituzzjoni.

(4)

Jenħtieġ li l-istrumenti mingħajr opzjonalità jkunu soġġetti biss għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju delta għas-sottostanti mhux eżotiku wieħed jew aktar tal-istrumenti, iżda mhux għar-riskju ta’ kurvatura. Madankollu, ir-rekwiżiti kapitali minimi tal-BCBS għar-riskju tas-suq, jagħtu lill-istituzzjonijiet l-għażla li l-istrumenti kollha, inklużi dawk mingħajr opzjonalità, ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura. Dik l-għażla tista’ tgħin lill-istituzzjonijiet li jimmaniġġjaw kif ukoll jiħħeġġjaw pożizzjonijiet bl-opzjonalità u mingħajrha. Madankollu, biex jiġi evitat li dik l-għażla tintuża primarjament bl-iskop li jitnaqqsu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji, jenħtieġ li istituzzjoni li tkun tixtieq tagħmel użu minn dik l-għażla tkun obbligata li tinnotifika lill-awtorità kompetenti tagħha bl-intenzjoni tagħha li tuża dik l-opzjoni, liema awtorità kompetenti jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tirrifjuta l-użu ta’ dik l-opzjoni. Jenħtieġ li l-istess ħaġa tapplika meta istituzzjoni tkun tixtieq li ma tibqax tuża dik l-opzjoni.

(5)

B’rabta mat-trattament tal-pożizzjonijiet f’impriżi ta’ investiment kollettiv (CIUs — collective investment undertakings), l-approċċ look-through huwa l-aktar approċċ preċiż għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-pożizzjonijiet fis-CIUs għaliex dak l-approċċ iserraħ fuq il-kompożizzjoni reali tas-CIUs minflok fuq kompożizzjoni approssimattiva. Id-disponibbiltà tal-approċċ look-through, madankollu, teħtieġ li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet stretti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jitħallew jużaw approċċi oħra, dment li jkunu konxji tal-kontenut tal-mandat tas-CIU u jkunu jistgħu jiksbu kwotazzjonijiet kuljum tal-prezzijiet. F’dik is-sitwazzjoni, l-istituzzjonijiet jistgħu jistabbilixxu portafoll ipotetiku biex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq tal-pożizzjoni fis-CIU. Jenħtieġ li dawn l-istituzzjonijiet ikollhom il-possibbiltà li jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi inklużi fis-CIU bl-użu ta’ approċċ simplifikat meta ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni biex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu abbażi tal-approċċi eżistenti. Jenħtieġ li dik il-possibbiltà tiġi allinjata mal-approċċ simplifikat applikabbli għall-pożizzjonijiet fid-derivattivi inklużi fis-CIUs allokati għall-portafoll mhux tan-negozjar. Minħabba l-għadd ta’ suppożizzjonijiet li jridu jagħmlu l-istituzzjonijiet meta jużaw dak l-approċċ, jenħtieġ li l-użu tiegħu jkun soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti fil-livell ta’ kull CIU individwali.

(6)

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom l-għażla li jittrattaw pożizzjoni f’CIU li ssegwi indiċi bħala pożizzjoni diretta f’dak l-indiċi għall-finijiet ta’ kkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq. Jenħtieġ li dak l-approċċ ikun permess meta d-differenza fir-redditu annwalizzat bejn is-CIU u l-indiċi segwit minnha tibqa’ taħt il-1 % tul perjodu ta’ 12-il xahar. Meta jkun hemm anqas minn 12-il xahar ta’ data disponibbli, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jaraw li jiksbu l-permess mingħand l-awtorità kompetenti tagħhom biex jużaw dak l-approċċ.

(7)

Fil-każijiet l-oħra kollha, jenħtieġ li l-pożizzjonijiet fis-CIUs jiġu assenjati lill-portafoll mhux tan-negozjar u trattati bħala tali għall-finijiet ta’ kkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji ta’ dawk il-pożizzjonijiet.

(8)

Ir-rekwiżiti kapitali minimi tal-BCBS għar-riskju tas-suq jipproponu approċċ ta’ “munita bażi” bħala approċċ addizzjonali għall-iddeterminar tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji delta u ta’ kurvatura għall-fatturi tar-riskju tal-kambju. F’konformità ma’ dak l-approċċ, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet, meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq, ikunu jistgħu jagħżlu munita oħra li ma tkunx il-munita tar-rapportar tagħhom biex jiġu espressi l-fatturi tar-riskju tal-kambju. Jenħtieġ li dak l-approċċ ikun permess meta istituzzjoni tissodisfa għadd ta’ kundizzjonijiet relatati mal-immaniġġjar min-naħa tal-istituzzjoni tar-riskju tal-kambju u jenħtieġ li jkun soġġett għall-approvazzjoni superviżorja.

(9)

Ir-rekwiżiti kapitali minimi tal-BCBS għar-riskju tas-suq jispeċifikaw il-piżijiet tar-riskju applikabbli għas-sensittivitajiet tal-fatturi tar-riskju tar-rata mingħajr riskju, tal-inflazzjoni u għall-fatturi tar-riskju bażi bejn il-muniti, għall-fatturi tar-riskju tal-firxa tal-kreditu għan-nontitolizzazzjonijiet tal-bucket 11 fit-Tabella 4 tal-Artikolu 325ah tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tal-fatturi tar-riskju tal-bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu f’pajjiżi terzi, tal-fatturi tar-riskju tal-firxa tal-kreditu għat-titolizzazzjonijiet inklużi fl-ACTP, tal-fatturi tar-riskju tal-firxa tal-kreditu għat-titolizzazzjonijiet mhux inklużi fl-ACTP, tal-fatturi ta’ riskju tal-ekwità u tal-fatturi ta’ riskju tal-komoditajiet. Il-piżijiet tar-riskju applikabbli għas-sensittivitajiet ta’ dawk il-fatturi tar-riskju fl-approċċ standardizzat alternattiv jenħtieġ li jiġu allinjati mar-rekwiżiti kapitali minimi tal-BCBS għar-riskju tas-suq.

(10)

Ir-rekwiżiti kapitali minimi tal-BCBS għar-riskju tas-suq jispeċifikaw il-korrelazzjonijiet intrabucket għall-fatturi tar-riskju ta’ bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu f’pajjiżi terzi, il-korrelazzjonijiet intrabucket għar-riskju tal-ekwità, u l-korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju tal-ekwità. Jenħtieġ li l-korrelazzjonijiet applikabbli fl-approċċ standardizzat alternattiv jiġu allinjati mar-rekwiżiti tal-Kapital minimu tal-BCBS għar-riskju tas-suq.

(11)

Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat skont dan.

(12)

Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jingħataw biżżejjed żmien biex jimplimentaw il-bidliet għall-approċċ standardizzat alternattiv għar-riskju tas-suq li ddaħħlu permezz ta’ dan ir-Regolament Delegat. Jenħtieġ għalhekk li l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament Delegat tiġi ddifferita,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 325e huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

il-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti b’opzjonalità għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għar-riskji li mhumiex sottostanti eżotiċi tal-istrumenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325u(2);

(b)

il-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti mingħajr opzjonalità għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għar-riskji li mhumiex sottostanti eżotiċi tal-istrumenti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 325u(2).”;

(b)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 2, istituzzjoni tista’ tagħżel li tissoġġetta l-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti mingħajr opzjonalità għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1.

Istituzzjoni li tagħżel li tadotta l-approċċ stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika b’dan lill-awtorità kompetenti tagħha minn tal-anqas tliet xhur qabel ma tadottah għall-ewwel darba. Wara li dawk it-tliet xhur ikunu għaddew u dment li l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat, l-istituzzjoni tista’ tadotta dak l-approċċ sa meta l-awtorità kompetenti tinforma lill-istituzzjoni li dak l-approċċ ma jkunx għadu permess.

Istituzzjoni li tkun tixtieq tieqaf tuża l-approċċ stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika b’dan lill-awtorità kompetenti tagħha minn tal-anqas tliet xhur qabel ma tieqaf tużah. L-istituzzjoni tista’ tieqaf tapplika dak l-approċċ, sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx oġġezzjonat f’dak il-perjodu ta’ tliet xhur.”;

(2)

l-Artikolu 325g huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 325g

Rekwiżiti ta’ fondi proprji għal riskju ta’ kurvatura

1.   L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli stipulati fil-paragrafu 2 għal kull fattur ta’ riskju tal-istrumenti soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura, ħlief għall-fatturi ta’ riskju msemmija fil-paragrafu 3.

Għal fattur ta’ riskju partikolari, l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu dawk il-kalkoli fuq bażi netta għall-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura li fihom dak il-fattur ta’ riskju.

2.   Għal fattur ta’ riskju partikolari k inkluż fi strument wieħed jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-riskju ’l fuq għall-pożizzjonijiet ta’ kurvatura nnettjat ta’ dak il-fattur ta’ riskju (

) u r-riskju ’l isfel għall-pożizzjonijiet ta’ kurvatura nnettjat ta’ dak il-fattur ta’ riskju (
) kif ġej:

Image 1

Image 2

Image 3

Image 4

fejn:

i

=

l-indiċi li jindika l-pożizzjonijiet kollha tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 u inkluż il-fattur ta’ riskju k;

xk

=

il-valur attwali tal-fattur ta’ riskju k;

Vi (xk )

=

il-valur tal-istrument i kif stmat skont il-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni abbażi tal-valur attwali tal-fattur ta’ riskju k;

Image 5

=

il-valur tal-istrument i kif stmat skont il-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni abbażi ta’ ċaqliq ’il fuq tal-valur tal-fattur ta’ riskju k;

Image 6

=

il-valur tal-istrument i kif stmat skont il-mudell tal-ipprezzar tal-istituzzjoni abbażi ta’ ċaqliq ’l isfel tal-valur tal-fattur ta’ riskju k;

Image 7

=

il-piż tar-riskju applikabbli għall-fattur tar-riskju k iddeterminat skont it-Taqsima 6;

sik

=

is-sensittività delta tal-istrument i fir-rigward tal-fattur ta’ riskju k, ikkalkulat skont l-Artikolu 325r.

3.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, għall-kurvi tal-fatturi ta’ riskju li jaqgħu taħt il-klassijiet ta’ riskju ġenerali taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax (GIRR — general interest rate risk), riskju ta’ firxiet tal-kreditu (CSR — credit spread risk) u riskju tal-komoditajiet, l-istituzzjonijiet għandhom iwettqu l-kalkoli stipulati fil-paragrafu 6 fil-livell tal-kurva sħiħa minflok fil-livell ta’ kull fattur ta’ riskju li jappartjeni għall-kurva.

Għall-finijiet tal-kalkoli msemmija fil-paragrafu 2, fejn xk hija kurva ta’ fatturi ta’ riskju allokati għall-klassijiet ta’ riskju GIRR, CSR u tal-komoditajiet, sik għandha tkun is-somma tas-sensittivitajiet delta mal-fattur ta’ riskju tal-kurva fil-maturitajiet kollha tal-kurva.

4.   Sabiex jiddeterminaw rekwiżit ta’ fondi proprji fil-livell tal-bucket għar-riskju ta’ kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom, skont il-formola segwenti, jaggregaw ir-riskji ’l fuq u ’l isfel għall-pożizzjonijiet ta’ kurvatura nnettjati, ikkalkulati skont il-paragrafu 2, tal-fatturi ta’ riskju kollha assenjati għal dak il-bucket skont is-Sottotaqsima 1 tat-Taqsima 3:

Image 8

fejn:

b

=

l-indiċi li jindika bucket ta’ klassi ta’ riskju partikolari;

Kb

=

ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura għall-bucket b;

;

;

;

pkl

=

il-korrelazzjonijiet intrabucket bejn il-fatturi tar-riskju k u l kif preskritt fit-Taqsima 6;

k, l

=

l-indiċijiet li jindikaw il-fatturi ta’ riskju kollha tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1 li huma assenjati għall-bucket b;

(

Image 9

)

=

ir-riskju ’l fuq għall-pożizzjonijiet ta’ kurvatura nnettjat

(

Image 10

)

=

ir-riskju ’l isfel għall-pożizzjonijiet ta’ kurvatura nnettjat

5.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 4, għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji fil-livell tal-bucket għar-riskju ta’ kurvatura tal-bucket 18 tal-Artikolu 325ah, tal-bucket 18 tal-Artikolu 325ak, tal-bucket 25 tal-Artikolu 325am u tal-bucket 11 tal-Artikolu 325ap, għandha tintuża l-formola segwenti:

Image 11

6.   L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont il-klassi ta’ riskju għar-riskju ta’ kurvatura (RCCR) billi jaggregaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kollha fil-livell tal-bucket għar-riskju ta’ kurvatura fi klassi ta’ riskju partikolari kif ġej:

Image 12

fejn:

b, c

=

l-indiċijiet li jindikaw il-buckets kollha ta’ klassi ta’ riskju partikolari li tikkorrispondi għall-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1;

Kb

=

ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura għall-bucket b;

;

;

γbc

=

il-korrelazzjonijiet interbucket bejn il-buckets b u c kif stabbiliti fit-Taqsima 6.

7.   Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura għandu jkun is-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura tal-klassi ta’ riskju kkalkulat skont il-paragrafu 6 għall-klassijiet ta’ riskju kollha li għalihom jappartjeni tal-anqas fattur ta’ riskju wieħed tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1.”;

(3)

fl-Artikolu 325h(2), il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

ix-xenarju ta’ “korrelazzjonijiet baxxi”, fejn il-parametri ta’ korrelazzjoni ρkl u γbc li huma speċifikati fit-Taqsima 6 għandhom jiġu sostitwiti bi

Image 13

u

Image 14

, rispettivament.”;

(4)

l-Artikoli 325i u 325j huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 325i

Trattament ta’ strumenti indiċi u strumenti multisottostanti oħra

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jużaw approċċ look-through għall-istrumenti indiċi u strumenti multisottostanti oħra skont dan li ġej:

(a)

għall-finijiet ta’ kkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji; għar-riskju delta u ta’ kurvatura, l-istituzzjonijiet għandhom iqisu li huma detenturi ta’ pożizzjonijiet individwali fil-kostitwenti sottostanti tal-indiċi jew strumenti multisottostanti oħra, ħlief għal pożizzjoni f’indiċi inkluż fl-ACTP li għalih għandhom jikkalkulaw sensittività unika għall-indiċi;

(b)

l-istituzzjonijiet huma permessi li jinnettjaw is-sensittivitajiet għal fattur tar-riskju ta’ kostitwent partikolari ta’ strument indiċi jew strument ieħor multisottostanti bis-sensittivitajiet għall-istess fattur ta’ riskju tal-istess kostitwent ta’ strumenti b’isem uniku, ħlief għall-pożizzjonijiet inklużi fl-ACTP;

(c)

għall-finijiet ta’ kkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju vega, l-istituzzjonijiet jistgħu jew jikkunsidraw li huma detenturi tal-pożizzjonijiet individwali fil-kostitwenti sottostanti tal-indiċi jew strumenti sottostanti oħra, jew jikkalkulaw sensittività unika għas-sottostanti ta’ dak l-istrument. F’dan il-każ tal-aħħar, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività unika lill-bucket rilevanti kif stabbilit fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 6 kif ġej:

(i)

meta, jiġu kkunsidrati l-piżijiet ta’ dak l-indiċi, aktar minn 75 % tal-kostitwenti f’dak l-indiċi jkunu mmappjati fl-istess bucket, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività għal dak il-bucket u jittrattawha bħala sensittività b’isem uniku f’dak il-bucket;

(ii)

fil-każijiet l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività lill-indiċi tal-bucket rilevanti.

2.   Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw sensittività unika għal pożizzjoni f’indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu għall-finijiet tal-ikkalkular tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskji delta u ta’ kurvatura dment li l-indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3. F’dak il-każ, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività unika lill-bucket rilevanti kif stabbilit fis-Subtaqsima 1 tat-Taqsima 6 kif ġej:

(a)

meta, jiġu kkunsidrati l-piżijiet ta’ dak l-indiċi kwotat, aktar minn 75 % tal-kostitwenti f’dak l-indiċi kwotat ikunu mmappjati fl-istess bucket, dik is-sensittività għandha tiġi assenjata għal dak il-bucket u trattata bħala sensittività b’isem uniku f’dak il-bucket;

(b)

fil-każijiet l-oħra kollha, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw is-sensittività lill-bucket tal-indiċi kwotat rilevanti.

3.   L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 2 għall-istrumenti li jirreferu għal indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kostitwenti tal-indiċi kwotat u l-piżijiet rispettivi f’dak l-indiċi huma magħrufa;

(b)

l-indiċi kwotat ikun fih minn tal-anqas 20 kostitwent;

(c)

l-ebda kostitwent uniku li jkun jinsab fl-indiċi kwotat ma jkun jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-kapitalizzazzjoni totali tas-suq ta’ dak l-indiċi;

(d)

l-ebda sett li jkun jikkonsisti minn wieħed minn għaxra tal-għadd totali tal-kostitwenti tal-indiċi kwotat, aġġustat ’il fuq san-numru sħiħ li jkun imiss, ma jkun jirrappreżenta aktar minn 60 % tal-kapitalizzazzjoni totali tas-suq ta’ dak l-indiċi;

(e)

il-kapitalizzazzjoni totali tas-suq tal-kostitwenti kollha f’daqqa tal-indiċi kwotat ma tkunx anqas minn EUR 40 biljun.

4.   Istituzzjoni għandha tuża biss, b’mod konsistenti maż-żmien, l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 1 jew l-approċċ stabbilit fil-paragrafu 2 għall-istrumenti kollha li jirreferu għal indiċi kwotat ta’ ekwità jew ta’ kreditu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3. Istituzzjoni għandu jkollha l-permess minn qabel mingħand l-awtorità kompetenti qabel ma taqleb minn approċċ għall-ieħor.

5.   Għal strument indiċi jew multisottostanti ieħor, l-inputs tas-sensittività għall-ikkalkular tar-riskju delta u ta’ kurvatura għandhom ikunu konsistenti, irrispettivament mill-approċċi użati għal dak l-istrument.

6.   L-istrumenti indiċi jew multisottostanti li jġorru magħhom riskji residwi oħra kif imsemmija fl-Artikolu 325u(5) għandhom ikunu soġġetti għas-suppliment tar-riskju residwu msemmi fit-Taqsima 4.

Artikolu 325j

Trattament ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv

1.   Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ta’ pożizzjoni f’CIU bl-użu ta’ wieħed mill-approċċi li ġejjin:

(a)

meta istituzzjoni tkun tista’ tikseb biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali tas-CIU, l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ta’ dik il-pożizzjoni fis-CIU billi tikkalkula l-pożizzjonijiet sottostanti tas-CIU daqslikieku dawk il-pożizzjonijiet kienu direttament miżmuma mill-istituzzjoni;

(b)

meta istituzzjoni tkun tista’ tikseb biżżejjed informazzjoni dwar l-iskoperturi sottostanti individwali tas-CIU, iżda l-istituzzjoni tkun konxja tal-kontenut tal-mandat tas-CIU u jkunu jistgħu jinkisbu kwotazzjonijiet kuljum tal-prezzijiet għas-CIU, l-istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq ta’ dik il-pożizzjoni fis-CIU billi tuża wieħed mill-approċċi li ġejjin:

(i)

l-istituzzjoni tista’ tikkunsidra l-pożizzjoni fis-CIU bħala pożizzjoni unika ta’ ekwità allokata għall-bucket “settur ieħor” fit-Tabella 8 tal-Artikolu 325ap(1);

(ii)

bil-permess tal-awtorità kompetenti tagħha, istituzzjoni tista’ tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq tas-CIU skont il-limiti stabbiliti fil-mandat tas-CIU u fil-liġi rilevanti;

(c)

meta l-istituzzjoni la tissodisfa l-kundizzjonijiet fil-punt (a) u lanqas (b), l-istituzzjoni għandha talloka s-CIU għall-portafoll mhux tan-negozjar.

Istituzzjoni li tuża wieħed mill-approċċi stabbiliti fil-punt (b) għandha tapplika r-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza stabbilit fit-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu u s-suppliment tar-riskju residwu stabbilit fit-Taqsima 4 ta’ dan il-Kapitolu fejn il-mandat tas-CIU jimplika li xi skoperturi fis-CIU għandhom ikunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji.

Istituzzjoni li tuża l-approċċ stabbilit fil-punt (ii) tal-punt (b) tista’ tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tas-CIU, bl-użu tal-approċċ simplifikat stabbilit fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 132a.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn istituzzjoni jkollha pożizzjoni f’CIU li ssegwi parametru referenzjarju tal-indiċi sabiex id-differenza fir-ritorn annwali bejn is-CIU u l-parametru referenzjarju tal-indiċi segwit tul l-aħħar 12-il xahar ikun taħt il-1 % f’termini assoluti, bl-esklużjoni tat-tariffi u l-kummissjonijiet, l-istituzzjoni tista’ tittratta dik il-pożizzjoni bħala pożizzjoni fil-parametru referenzjarju tal-indiċi segwit. Istituzzjoni għandha tivverifika l-konformità ma’ dik il-kundizzjoni meta l-istituzzjoni tassumi l-pożizzjoni u, wara dak, minn tal-anqas kull sena.

Madankollu, meta d-data għall-aħħar 12-il xahar ma tkunx għalkollox disponibbli, istituzzjoni tista’, soġġett għall-permess mingħand l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni, tuża differenza fir-ritorn annwali minn perjodu iqsar minn 12-il xahar.

3.   Istituzzjoni tista’ tikkombina l-approċċi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 għall-pożizzjonijiet tagħha fis-CIUs. Madankollu, istituzzjoni għandha tuża biss wieħed minn dawk l-approċċi għall-pożizzjonijiet kollha fl-istess CIU.

4.   Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, istituzzjoni għandha twettaq il-kalkoli skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

għall-finijiet tal-ikkalkular tar-rekwiżit ta’ fondi proprji skont il-metodu bbażat fuq is-sensittivitajiet stabbilit fit-Taqsima 2 ta’ dan il-Kapitolu, is-CIU għandha l-ewwel tassumi l-pożizzjoni sal-limitu massimu permess skont il-mandat tagħha jew il-liġi rilevanti fl-iskoperturi li jattiraw l-ogħla rekwiżiti ta’ fondi proprji u mbagħad għandha tkompli tassumi pożizzjonijiet f’ordni dekrexxenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu ta’ telf totali;

(b)

għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza stabbiliti fit-Taqsima 5 ta’ dan il-Kapitolu, is-CIU għandha l-ewwel tassumi l-pożizzjoni sal-limitu massimu permess skont il-mandat tagħha jew il-liġi rilevanti fl-iskoperturi li jattiraw l-ogħla rekwiżiti ta’ fondi proprji stabbiliti skont dik it-Taqsima u mbagħad għandha tkompli tassumi pożizzjonijiet f’ordni dekrexxenti sakemm jintlaħaq il-limitu massimu ta’ telf totali;

(c)

is-CIU għandha tapplika ingranaġġ sal-limitu massimu permess skont il-mandat jew il-liġi rilevanti tagħha, fejn applikabbli.

Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-pożizzjonijiet kollha fl-istess CIU li għalihom jintużaw il-kalkoli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu kkalkulati fuq bażi awtonoma bħala portafoll separat bl-użu tal-approċċ stabbilit f’dan il-Kapitolu.

5.   Istituzzjoni tista’ tuża l-approċċi msemmija fil-punt (a) jew (b) tal-paragrafu 1 fil-każijiet biss li fihom is-CIU tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 132(3) u l-punt (a) tal-Artikolu 132(4).”;

(5)

l-Artikolu 325q huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-fatturi tar-riskju delta tal-kambju li jridu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti sensittivi għall-kambju għandhom ikunu r-rati tal-kambju spot kollha bejn il-munita li fiha huwa ddenominat l-istrument u l-munita tar-rappurtar tal-istituzzjoni jew il-munita bażi tal-istituzzjoni fil-każijiet li fihom l-istituzzjoni tkun qed tuża munita bażi f’konformità mal-paragrafu 7. Għandu jkun hemm bucket wieħed għal kull sett ta’ muniti akkoppjati, li jkun jinkludi fattur ta’ riskju uniku u sensittività netta unika.”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-fatturi ta’ riskju ta’ kurvatura tal-kambju li jridu jiġu applikati mill-istituzzjonijiet għall-istrumenti b’sottostanti li huma sensittivi għall-kambju għandhom ikunu l-fatturi ta’ riskju delta tal-kambju msemmija fil-paragrafu 1.”;

(c)

jiżdiedu l-paragrafi 5, 6 u 7 li ġejjin:

“5.   Meta rata tal-kambju li tkun il-varjabbli sottostanti ta’ strument i li jkun soġġett għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura la tkun tirreferi għall-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni u lanqas għall-munita bażi tal-istituzzjoni, l-istituzzjoni tista’ tiddividi l-komponenti korrispondenti

b’1,5 u
stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 325g fejn xk huwa l-fattur ta’ riskju tal-kambju bejn wieħed miż-żewġ muniti tas-sottostanti u l-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni jew il-munita bażi tal-istituzzjoni, kif applikabbli.

6.   Bil-permess mingħand l-awtorità kompetenti tagħha, istituzzjoni tista’ tiddividi, b’1,5 %, il-komponenti

u
stabbiliti fl-Artikolu 325g(2) b’mod konsistenti għall-fatturi tar-riskju tal-kambju kollha tal-istrumenti li jirrigwardaw il-kambju u soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ kurvatura, dment li ċ-ċaqliq ikun applikat b’mod simultanju għall-fatturi ta’ riskju tal-kambju kollha bbażati fuq il-munita tar-rapportar tal-istituzzjoni jew il-munita bażi tal-istituzzjoni, skont kif applikabbli, li jkunu inklużi fl-ikkalkular ta’ dawk il-komponenti.

7.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 u 3, istituzzjoni tista’ tissostitwixxi, bil-permess mingħand l-awtorità kompetenti tagħha, il-munita tar-rapportar tagħha b’munita oħra (“il-munita bażi”) fir-rati kollha tal-kambju spot biex tesprimi l-fatturi ta’ riskju delta u ta’ kurvatura tal-kambju fejn dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

l-istituzzjoni tuża biss munita bażi waħda;

(b)

l-istituzzjoni tapplika l-munita bażi b’mod konsistenti għall-pożizzjonijiet kollha tagħha fil-portafoll tan-negozjar u mhux tan-negozjar;

(c)

l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti tagħha li:

(i)

l-użu tal-munita bażi magħżula jipprovdi rappreżentazzjoni xierqa tar-riskju għall-pożizzjonijiet tal-istituzzjonijiet soġġetti għar-riskji tal-kambju;

(ii)

l-għażla tal-munita bażi hija kompatibbli mal-mod kif l-istituzzjoni timmaniġġja dawk ir-riskji tal-kambju internament;

(iii)

l-għażla tal-munita bażi mhijiex motivata primarjament mix-xewqa li jitnaqqsu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni;

(d)

l-istituzzjoni tqis ir-riskju marbut mal-qlib mill-munita tar-rapportar għall-munita bażi.

Istituzzjoni li tkun ingħatat il-permess li tuża munita bażi kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandha tikkonverti r-rekwiżit ta’ fondi proprji li jirriżulta għar-riskju tal-kambju fil-munita ta’ rapportar billi tuża r-rata tal-kambju spot prevalenti bejn il-munita bażi u l-munita tar-rapportar.”;

(6)

fl-Artikolu 325ae, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“1.   Għal muniti mhux inklużi fl-iktar subkategorija likwida tal-muniti kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 325bd(7), il-piżijiet tar-riskju tas-sensittivitajiet għall-fatturi ta’ riskju tar-rata mingħajr riskju għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Tabella 3

Bucket

Maturità

Piżijiet tar-Riskju

1

0,25 snin

1,7 %

2

0,5 snin

1,7 %

3

sena

1,6 %

4

sentejn

1,3 %

5

3 snin

1,2 %

6

5 snin

1,1 %

7

10 snin

1,1 %

8

15-il sena

1,1 %

9

20 sena

1,1 %

10

30 sena

1,1 %

2.   L-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta’ 1,6 % għas-sensittivitajiet kollha tal-inflazzjoni u għall-fatturi tar-riskju bażi bejn il-muniti.”;

(7)

fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 325ah, it-Tabella 4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 4

Numru tal-bucket

Kwalità tal-kreditu

Settur

Piż tar-riskju

1

Kollha

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, tal-Istati Membri

0,5 %

2

Skala 1 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118

0,5 %

3

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

1,0 %

4

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali

5,0 %

5

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

3,0 %

6

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn

3,0 %

7

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

2,0 %

8

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

1,5 %

9

 

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri

1,0 %

10

Skala 1 tal-kwalità tal-kreditu

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu f’pajjiżi terzi

1,5 %

Skala 2 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu

2,5 %

11

Skala 4 sa 6 tal-kwalità tal-kreditu u mingħajr klassifikazzjoni

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118

2 %

12

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

4,0 %

13

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali

12,0 %

14

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

7,0 %

15

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn

8,5 %

16

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

5,5 %

17

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

5,0 %

18

Settur ieħor

12,0 %

19

Indiċijiet tal-kreditu kwotati b’maġġoranza tal-kostitwenti individwali tiegħu li jkollhom grad ta’ investiment

1,5 %

20

Indiċijiet tal-kreditu kwotati b’maġġoranza tal-kostitwenti individwali tiegħu li jkollhom grad mhux ta’ investiment jew mingħajr klassifikazzjoni

5 %”;

(8)

fl-Artikolu 325aj, it-Tabella 5 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 5

Bucket

1, 2 u 11

3 u 12

4 u 13

5 u 14

6 u 15

7 u 16

8 u 17

9 u 10

18

19

20

1, 2 u 11

 

75 %

10 %

20 %

25 %

20 %

15 %

10 %

0 %

45 %

45 %

3 u 12

 

 

5 %

15 %

20 %

15 %

10 %

10 %

0 %

45 %

45 %

4 u 13

 

 

 

5 %

15 %

20 %

5 %

20 %

0 %

45 %

45 %

5 u 14

 

 

 

 

20 %

25 %

5 %

5 %

0 %

45 %

45 %

6 u 15

 

 

 

 

 

25 %

5 %

15 %

0 %

45 %

45 %

7 u 16

 

 

 

 

 

 

5 %

20 %

0 %

45 %

45 %

8 u 17

 

 

 

 

 

 

 

5 %

0 %

45 %

45 %

9 u 10

 

 

 

 

 

 

 

 

0 %

45 %

45 %

18

 

 

 

 

 

 

 

 

 

0 %

0 %

19

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

75 %”;

20

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(9)

fl-Artikolu 325ak, it-Tabella 6 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 6

Numru tal-bucket

Kwalità tal-kreditu

Settur

Piż tar-riskju

1

Kollha

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, tal-Istati Membri

4,0 %

2

Skala 1 sa 3 tal-kwalità tal-kreditu

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118

4,0 %

3

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

4,0 %

4

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali

8,0 %

5

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

5,0 %

6

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn

4,0 %

7

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

3,0 %

8

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

2,0 %

9

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri

3,0 %

10

Bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu f’pajjiżi terzi

6,0 %

11

Skala 4 sa 6 tal-kwalità tal-kreditu u mingħajr klassifikazzjoni

Il-gvern ċentrali, inkluż il-banek ċentrali, ta’ pajjiż terz, il-banek ta’ żvilupp multilaterali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 117(2) jew fl-Artikolu 118

13,0 %

12

L-awtorità reġjonali jew lokali u l-entitajiet tas-settur pubbliku

13,0 %

13

L-entitajiet tas-settur finanzjarju inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu inkorporati jew stabbiliti minn gvern ċentrali, gvern reġjonali jew awtorità lokali u selliefa promozzjonali

16,0 %

14

Materjali bażiċi, enerġija, industrijali, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

10,0 %

15

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn

12,0 %

16

Teknoloġija, telekomunikazzjonijiet

12,0 %

17

Kura tas-saħħa, utilitajiet, attivitajiet professjonali u tekniċi

12,0 %

18

Settur ieħor

13,0 %”;

(10)

fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 325am, it-Tabella 7 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 7

Numru tal-bucket

Kwalità tal-kreditu

Settur

Piż tar-riskju

1

Superjuri u Skala tal-kwalità tal-kreditu 1 sa 3

RMBS — Prime

0,9 %

2

RMBS — Mid-Prime

1,5 %

3

RMBS — Sub-Prime

2,0 %

4

CMBS

2,0 %

5

Titoli garantiti b’assi (ABS) — Self għall-istudenti

0,8 %

6

ABS — Karti tal-kreditu

1,2 %

7

ABS — Karozzi

1,2 %

8

Obbligi kollateralizzati ta’ self (CLO) mhux ACTP

1,4 %

9

Mhux superjuri u skala tal-kwalità tal-kreditu 1 sa 3

RMBS — Prime

1,125 %

10

RMBS — Mid-Prime

1,875 %

11

RMBS — Sub-Prime

2,5 %

12

CMBS

2,5 %

13

ABS — Self lill-istudenti

1 %

14

ABS — Karti tal-kreditu

1,5 %

15

ABS — Karozzi

1,5 %

16

CLO mhux ACTP

1,75 %

17

Skala 4 sa 6 tal-kwalità tal-kreditu u mingħajr klassifikazzjoni

RMBS — Prime

1,575 %

18

RMBS — Mid-Prime

2,625 %

19

RMBS — Sub-Prime

3,5 %

20

CMBS

3,5 %

21

ABS — Self lill-istudenti

1,4 %

22

ABS — Karti tal-kreditu

2,1 %

23

ABS — Karozzi

2,1 %

24

CLO mhux ACTP

2,45 %

25

Settur ieħor

3,5 %”;

(11)

fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 325ap, it-Tabella 8 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 8

Numru tal-bucket

Kapitalizzazzjoni tas-suq

Ekonomija

Settur

Piż tar-riskju għall-prezz spot tal-ekwità

Piż tar-riskju għar-rata repo tal-ekwità

1

Kbira

Ekonomija tas-suq emerġenti

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet

55 %

0,55 %

2

Telekomunikazzjonijiet, industrijali

60 %

0,60 %

3

Materjal bażiku, enerġija, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

45 %

0,45 %

4

Finanzjarji inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija

55 %

0,55 %

5

Ekonomija avvanzata

Oġġetti tal-konsum u servizzi, trasport u ħżin, attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ sostenn, kura tas-saħħa, utilitajiet

30 %

0,30 %

6

Telekomunikazzjonijiet, industrijali

35 %

0,35 %

7

Materjal bażiku, enerġija, agrikoltura, manifattura, xogħol fil-minjieri u fil-barrieri

40 %

0,40 %

8

Finanzjarji inkluż finanzjarji appoġġati mill-gvern, attivitajiet fil-proprjetà immobbli, teknoloġija

50 %

0,50 %

9

Żgħira

Ekonomija tas-suq emerġenti

Is-setturi kollha deskritti taħt il-buckets bin-numri 1, 2, 3 u 4

70 %

0,70 %

10

Ekonomija avvanzata

Is-setturi kollha deskritti taħt il-buckets bin-numri 5, 6, 7 u 8

50 %

0,50 %

11

Settur ieħor

70 %

0,70 %

12

Indiċijiet b’kapitalizzazzjoni kbira tas-suq u ta’ ekonomija avvanzata

15 %

0,15 %

13

Indiċijiet oħra

25 %

0,25 %”;

(12)

l-Artikolu 325aq huwa emendat kif ġej

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-parametru ta’ korrelazzjoni tar-riskju delta ρκl bejn iż-żewġ sensittivitajiet S u S fl-istess bucket għandu jiġi stabbilit għal 99,90 % fejn waħda tkun sensittività għall-prezz spot ta’ ekwità u l-oħra tkun sensittività għar-rata repo ta’ ekwità, u fejn iż-żewġ sensittivitajiet ikunu relatati mal-istess isem l-emittent tal-ekwità.”;

(b)

fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

80 % bejn żewġ sensittivitajiet fl-istess bucket li jaqgħu f’wieħed mill-bucket tal-indiċi (il-bucket numru 12 jew 13).”;

(c)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Il-parametru ta’ korrelazzjoni ρkl bejn iż-żewġ sensittivitajietWSk u WSl mar-rati repo ta’ ekwità fl-istess bucket għandhom jiġi stabbiliti skont il-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 2.”;

(13)

l-Artikoli 325ar u 325as huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 325ar

Korrelazzjonijiet bejn buckets għar-riskju tal-ekwità

Il-parametru ta’ korrelazzjoni c għandu japplika għall-aggregazzjoni tas-sensittivitajiet bejn buckets differenti.

Għandu jiġi stabbilit fir-rigward tal-buckets tat-Tabella 8 fl-Artikolu 325ap kif ġej:

(a)

15 % meta ż-żewġ buckets jaqgħu fil-buckets 1 sa 10;

(b)

0 % meta wieħed miż-żewġ buckets ikun il-bucket numru 11;

(c)

75 % meta ż-żewġ buckets jaqgħu fil-buckets 12 u 13;

(d)

altrimenti 45 %.

Artikolu 325as

Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-komoditajiet

Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet għall-fatturi ta’ riskju tal-komoditajiet għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Tabella 9

Numru tal-bucket

Isem tal-bucket

Piż tar-riskju

1

Enerġija — kombustibbli solidi

30 %

2

Enerġija — kombustibbli likwidi

35 %

3

Enerġija — elettriku u skambju tal-karbonju

60 %

4

Merkanzija

80 %

5

Metalli — mhux prezzjużi

40 %

6

Kombustibbli gassużi

45 %

7

Metalli prezzjużi (inkluż id-deheb)

20 %

8

Qmuħ u żrieragħ żejtnin

35 %

9

Bhejjem u prodotti tal-ħalib

25 %

10

Komoditajiet agrikoli bażiċi u agrikoli oħra

35 %

11

Komoditajiet oħra

50 %”;

(14)

fl-Artikolu 325av, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għandu jiġi applikat piż tar-riskju ta’ 15 % għas-sensittivitajiet kollha tal-fatturi tar-riskju tal-kambju.”;

(15)

fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 325ax, it-Tabella 11 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella 11

Klassi tar-riskju

Klassi tar-riskjuLH

Piżijiet tar-riskju

GIRR

60

100 %

Nontitolizzazzjonijiet CSR

120

100 %

Titolizzazzjonijiet CSR (ACTP)

120

100 %

Titolizzazzjonijiet CSR (mhux ACTP)

120

100 %

Ekwità (kapitalizzazzjoni kbira u indiċijiet)

20

77,78 %

Ekwità (kapitalizzazzjoni żgħira u settur ieħor)

60

100 %

Komodità

120

100 %

Kambju

40

100 %”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-30 ta’ Settembru 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, Minimum capital requirements for market risk (Rekwiżiti kapitali minimi għar-riskju tas-suq). Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (www.bis.org).


Top