EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0349

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/349 tat-2 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1916 fir-rigward tal-kundizzjonijiet operattivi f’ċerti żoni urbani jew interurbani

C/2020/1121

ĠU L 63, 3.3.2020, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/349/oj

3.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/349

tat-2 ta’ Marzu 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1916 fir-rigward tal-kundizzjonijiet operattivi f’ċerti żoni urbani jew interurbani

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta’ Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8b(4) tagħha,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1916 (2), deher li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet operattivi f’ċerti żoni urbani jew interurbani, it-termini tiegħu ma kinux konsistenti mal-Artikolu 8b(3) tad-Direttiva 96/53/KE.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1916 jiġi emendat kif xieraq.

(3)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 10i(2) tad-Direttiva 96/53/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1916

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu ċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi jew ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi mgħammra b’tagħmir fil-pożizzjoni ta’ waqt l-użu fid-dawl tal-karatteristiċi speċjali ta’ żoni urbani jew interurbani fejn il-limiti tal-veloċità jkunu 50 km/h jew anqas u fejn x’aktarx li jkunu preżenti utenti tat-triq vulnerabbli.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1916 tal-15 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-użu ta’ tagħmir ajrudinamiku ta’ wara skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 297, 18.11.2019, p. 3).


Top