Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1937

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1937 tal-10 ta' Diċembru 2018 li jissostitwixxi l-Anness X tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f'materji relatati ma' obbligi ta' manteniment

    C/2018/8219

    ĠU L 314, 11.12.2018, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1937/oj

    11.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 314/36


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1937

    tal-10 ta' Diċembru 2018

    li jissostitwixxi l-Anness X tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f'materji relatati ma' obbligi ta' manteniment

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f'materji relatati ma' obbligi ta' manteniment (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 jipprovdi lista tal-awtoritajiet amministrattivi msemmijin fl-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Renju Unit u l-Latvja innotifikaw lill-Kummissjoni dwar bidliet għall-awtoritajiet amministrattivi li jridu jitniżżlu fl-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 4/2009.

    (3)

    L-awtoritajiet amministrattivi nnotifikati mir-Renju Unit u mil-Latvja u li huma mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament jissodisfaw ir-rekwiżiti ddikjarati fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat rigward il-liġi applikabbli, il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni rigward kwistjonijiet matrimonjali, ir-responsabbiltà tal-ġenituri u l-obbligi tal-manteniment.

    (5)

    Għalhekk, l-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 għandu jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness X tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Diċembru 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 7, 10.1.2009, p. 1.


    ANNESS

    “ANNESS X

    L-awtoritajiet amministrattivi msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 4/2009 huma kif ġej:

    fil-Latvja, il-Fond ta' Garanzija tal-Manteniment (‘Uzturlīdzekļu Garantiju Fonds’),

    fil-Finlandja, il-Bord tal-Assistenza Soċjali (‘Sosiaalilautakunta/Socialnämnd’),

    fl-Iżvezja, l-Awtorità tal-Infurzar (‘Kronofogdemyndigheten’),

    fir-Renju Unit:

    (a)

    fl-Ingilterra u Wales u l-Iskozja, id-Dipartiment għax-Xogħol u l-Pensjonijiet (DWP) inklużi l-fergħat amministrattivi tagħha tal-Aġenzija tal-Appoġġ tat-Tfal (CSA) u s-Servizz tal-Manteniment tat-Tfal (CMS),

    (b)

    fl-Irlanda ta' Fuq, is-Servizz tal-Manteniment tat-Tfal (CMS).


    Top