Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1006

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1006 tal-15 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1206/2012 f'dak li għandu x'jaqsam mal-bidla tar-razza tal-produzzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi, prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 10287) bħala addittiv fl-għalf tat-tjur tas-simna, tal-ħnienes miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd.) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/3989

    ĠU L 153, 16.6.2017, p. 9–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R1058

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1006/oj

    16.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 153/9


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1006

    tal-15 ta' Ġunju 2017

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1206/2012 f'dak li għandu x'jaqsam mal-bidla tar-razza tal-produzzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi, prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 10287) bħala addittiv fl-għalf tat-tjur tas-simna, tal-ħnienes miftuma u tal-ħnieżer tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni DSM Nutritional Products Ltd.)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-użu tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 10287), li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi żootekniċi”, ġie awtorizzat għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf tat-tjur tas-simna, tal-ħnienes miftuma, u tal-ħnieżer tas-simna mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1206/2012 (2).

    (2)

    Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona tibdil fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kkonċernata billi talab għal bidla fir-razza tal-produzzjoni, minn Aspergillus oryzae (DSM 10287) għal Aspergillus oryzae (DSM 26372). Mal-applikazzjoni ntbagħtet ukoll id-dejta rilevanti ta' sostenn. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem “L-Awtorità”).

    (3)

    Fl-opinjoni tagħha tal-14 ta' Lulju 2016 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 26372) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv għandu l-potenzjal li jkun effikaċi bħala addittiv żootekniku fit-tiġieġ tas-simna, fil-ħnienes miftuma u fil-ħnieżer tas-simna. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (4)

    Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew issodisfati.

    (5)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

    (6)

    Peress li r-raġunijiet ta' sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, jixraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jinħolqu mill-awtorizzazzjoni.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1206/2012 huwa mibdul bit-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, u l-għalf li jkun fih dik il-preparazzjoni, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta' Jannar 2018 skont ir-regoli applikabbli qabel is-6 ta' Lulju 2017 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ġunju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  ĠU L 347, 15.12.2012, p. 12.

    (3)  EFSA Journal 2016; 14(8):4564.


    ANNESS

    ANNESS

    Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija ta' annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħrajn

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

    Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà

    4a1607i

    DSM Nutritional Products Ltd.

    Endo-1,4-beta-ksilanażi

    KE 3.2.1.8

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 26372) b'attività minima ta':

     

    Forma solida: 1 000 FXU (1) g

     

    Forma likwida: 650 FXU/ml

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 26372)

    Metodu analitiku  (2)

    Għal kwantifikazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM 26372) f'addittiv fl-għalf:

    metodu kolorimetriku li jkejjel il-kompost ikkulurit prodott mill-aċidu saliċiliku dinitro (DNSA) u l-frazzjonijiet ksilosiliċi rilaxxati minn azzjoni ta' ksilanażi fuq arabinoksilan).

    Għal kwantifikazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus oryzae (DSM26372) f'taħlitiet lesti u fl-għalf:

    metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta' ksilanażi minn ażoksilan tal-ħafur evidenzjat bil-kulur.

    Tjur tas-simna

    100FXU

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt it-trattament bis-sħana.

    2.

    Id-doża massima rrakkomandata għal kull kilogramm ta' għalf komplet:

    tjur tas-simna: 200 FXU;

    ħnienes (miftuma): 400 FXU;

    ħnieżer tas-simna: 400 FXU.

    3.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun permezz ta' proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż protezzjoni għan-nifs u protezzjoni għall-ġilda.

    4.

    Għall-użu fi ħnienes miftuma li huma għandhom piż bejn wieħed u ieħor ta' 35 kg

    l-4 ta' Jannar 2023

    Ħnienes miftuma

    200FXU

    Ħnieżer tas-simna

    200FXU


    (1)  1 FXU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 7,8 mikromoli ta' zokkor riduċenti (ekwivalent ta' ksilożju) mill-arabinoksilan tal-qamħ fil-minuta f'pH ta' 6,0 u 50 °C.

    (2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.


    Top